Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 29 Qatt ma bsart li kont ħa niskorja iktar minn 100 gowl - Christian McClean JEKK hemm plejer li jista' jitqies bħala wieħed mill-aqwa prodotti tal-handball lokali tul l-aħħar snin, m'hemmx dubju li dan mhuwa ħadd ħlief il- plejer ta' Kavallieri Handball Club, Christian McClean. Inkredibbli huwa l-fatt li matul l-aħħar staġun, huwa rebaħ l-unur tal-aqwa skorer tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal- Handball, fejn saħansitra rnexxielu jiskorja iktar minn 100 gowl. Din il- gazzetta għamlet kuntatt ma' dan il-plejer innifsu, fejn tana iktar dettalji kemm rigward x'kien jinvolvi l-aħħar staġun għal Kavallieri Handball Club, kif ukoll għalih nnifsu bħala plejer ewlieni ta' dan it-tim. McClean sostna li, "bħala staġun, kien wieħed diffiċli għat-tim tal- Ewwel Diviżjoni tagħna tal-Kavallieri, fejn tlifna lill-plejers James Rausi u Matthew Aquilina qabel ma beda l-kampjonat nazzjonali minħabba 'long term injuries'. In- nuqqas ta' dawn inħass ħafna għalkemm mill- banda l-oħra, plejers żgħar ta' potenzjal bħal Liam Harrsion, Matthias Caruana u Luigi Rizzo kellhom opportunità jilagħbu fit-tim tal- kbar fl-età ta' 18-il sena. Madankollu, naħseb li kien wieħed mill-ftit staġuni fejn il-livell tat- timijiet fl-Ewwel Diviżjoni kien bilanċjat bir-rebħ tal- kampjonat jiġi deċiż biss fl-aħħar ġurnata. Din hija ħaġa pożittiva, fejn jidher li l-handball Malti qed ikompli jitjieb fil-livell. Fuq nota personali, din kienet it-tieni darba fil- karriera tiegħi fejn irbaħt dan l-unur, iżda qatt ma bsart li kont ħa nkun wieħed mill-ftit plejers li niskorja iktar minn 100 gowl fil-Kampjonat lokali tal-handball, speċjalment bil-livell tajjeb ta' goalkeepers bħal Daniel Tanti, Clinton Mifsud, John Scicluna kif ukoll ta' plejers Maltin u barranin ta' kwalità. Mingħajr ebda dubju, nixtieq inkompli nitgħallem u ntejjeb il- livell tiegħi fil-handball kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ, ħalli nkun nista' nagħti lura lil dan l-isport li tant inħobb. Nixtieq nirringrazzja lil sħabi tal-klabb ta' Kavallieri li mingħajrhom, dan l-unur ma kienx ikun possibli, kif ukoll lil Anthony Xuereb, Joanne Fenech u 'Salming Shoes Malta' tas- sapport kontinwu li huma jtuni," temm jgħid Christian McClean. Christian McClean jipprepara biex jagħti penalti favur Kavallieri qabel wieħed mill-konfronti kontra Phoenix fl-aħħar staġun Andrea Dovizioso jirbaħ il-pole position tal-Moto GP tal-Olanda IS-SEWWIEQ Taljan Andrea Dovizioso rebaħ il-pole position tal-Moto GP tal-Olanda biex b'hekk, illum se jkun qed jibda mill-quċċata ta' dan l-istess Moto GP. Warajh fit-tieni post temm il-kompatrijott Taljan, Valentino Rossi, waqt li l-Brittaniku Scott Redding temm għall- ewwel darba fil-karriera tiegħu fit-tielet post tal- gradwatorja. Is-sewwieq fenomenu Spanjol, erba' darbiet champion tad- dinja, Marc Marquez, kellu jikkuntenta biss bir-raba' post. Intant, għalkemm is- sewwieq Taljan, Andrea Iannone, temm fid-disa' post, illum se jkun qed jibda biss mill-aħħar post minħabba li ġie punit talli fl-aħħar Moto GP tal- Katalunja fi Spanja, kien involut f 'inċident ma' Jorge Lorenzo. Din hija l-klassifikazzjoni finali tal-pole position għall- Moto GP tal-lum ġewwa l-Olanda: 1. Andrea Dovizioso - Ducati Team 2. Valentino Rossi - Movistar Yamaha MotoGP 3. Scott Redding - Octo Pramac Yakhnich 4. Marc Marquez - Repsol Honda Team 5. Cal Crutchlow - LCR Honda 6. Yonny Hernandez - Aspar MotoGP Team 7. Pol Espargaro - Monster Yamaha Tech 3 8. Aleix Espargaro - Team Suzuki Ecstar 9. Andrea Iannone - Ducati Team 10. Danilo Petrucci - Octo Pramac Yakhnich 11. Jorge Lorenzo - Movistar Yamaha MotoGP 12. Maverick Viñales - Team Suzuki Ecstar Andrea Dovizioso fl-azzjoni waqt il- pole position tal-bieraħ fl-Olanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016