Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum EURO 2016 : Il-Maltin min jaħsbu li jista' jirbaħ ? minn Ruben Anthony Xuereb FIXXHUR li għaddew, il- poplu Malti ma sema' xejn ħlief fuq skandli politiċi minn fuq kull forma ta' media disponibbli, u hekk kif is-sitwazzjoni lokali birdet xi ftit, bdiet tisħon dik tar-Renju Unit, b'diskussjonijiet dwar il- Brexit. Wara dan il-perjodu, mod eċċellenti biex jinfetaħ l-istaġun tas-sajf kien li l-poplu Malti jingħaqad mal-bqija tal-Ewropej biex igawdi l-logħob tal-futbol tal-Euro 2016. Fi stil Malti, flimkien ma' grupp ta' ħbieb, u forsi b'xi flixkun birra jew tnejn, numru kbir ta' nies ma naqsux milli joħorġu jsegwu l-logħob f 'bars u każini, ħafna minnhom armati b-big screens, li kważi jtuk impressjoni li qiegħed tara l-logħba f 'xi grawnd fi Franza. Oħrajn jippreferu jaraw il-logħob fil-kwiet u d-devozzjoni tas-salott ta' darhom, hekk kif jagħtu l-appoġġ lit-tim favorit tagħhom, filwaqt li forsi jkollom lil marthom tgerger f 'xi kamra oħra tad-dar, titlob li dawn l-imberkin logħob jgħaddu mill-aktar fis possibli, għalkemm ta' min li wieħed jirrimarka avvenimenti bħall-Euro u t-Tazza tad-Dinja, ikunu segwiti bl-istess ħeġġa minn numru kbir ta' nisa wkoll. Lil hinn mil-logħob, ix-xorb u l-burdell, il- Euro 2016 s'issa kienet ikkaratterizzata minn livelli għolja ta' sigurtà fi Franza kollha, u temp mhux dejjem favorevoli għal- logħob. Rajna wkoll nuqqas ta' spirtu sportiv min-naħa tal-partitarji Russi, li almenu pattew għalih ħafna Irlandiżi. Fil-fatt, fuq siti soċjali bħal Facebook rajna filmati ta' bosta Irlandiżi jiċċelebraw bl-isbaħ spirtu ta' ħbiberija li wieħed jista' jkollu waqt avveniment sportiv. B'xi mod jew ieħor, kemm jekk tkun iffissat fil-futbol, u anke jekk assolutament ma jkunx jogħġbok, avveniment bħat-Tazza Ewropea xorta jħallik b'xi forma ta' opinjoni fuq l-eżitu tal-kampjonat. Il-gazzetta ILLUM ħarġet fit-toroq tal-Belt Valletta u staqsiet lil xi nies jekk hux qegħdin isegwu l-kampjonat, min fl-opinjoni tagħhom jista' jirbaħ u jekk kienx hemm xi plejer li impressjona s'issa. Jordan Vella (15) - Ħad-Dingli Raymond Meli (57) - Marsa Joseph Nappa (64) - Valletta Carlo Stivala (38) - Birżebbuġa "Xi kultant insegwi xi logħba, imma mhux dejjem. Jien naħseb li jew Spanja jew l-Italja l- aktar li għandhom ċans jirbħu, u bħala plejers, le ta', ħadd ma laqatni." "Qiegħed insegwi l-logħob mhux ħażin. Naħseb li bħala ċans li jirbħu, l-aktar li għandhom il-Ġermanja u ftit forsi l-Italja u Spanja. Xi ħadd minnhom. Bħala plejers, din id-darba don- nhom it-timijiet il-kbar lanqas impressjonaw tal-għaġeb. It-Taljani impressjonawni ftit billi għamlu l-ewwel logħba tajba, imma issa naraw." "Mhux kollha qed insegwiha, imma ħafna mil- logħob segwejthom. Hemm ħafna timijiet tajbin. Jien ngħidlek li jekk it-Taljani jirbħu lill-Spanja, hemmhekk qegħdin. Hemm erba' plejers tajbin. Hemm dak ta' Wales, skorja ma nafx kemm. Tgħidlix x'jisimhom, imma hemm wieħed tal- Belgium ukoll tgħidx kemm skurja." "Jien kollha qed insegwihom il-logħob. It-tim favorit tiegħi huwa l-Ingilterra, imma naħseb li l- Italja u Spanja aktar għandhom ċans din is-sena. Jekk impressjonanix xi plejer għadni le s'issa. Ronaldo ssoltu...imma s'hemm." Naomi Camilleri (15) - Ħal Qormi "Jien, l-aktar li nsegwi meta jilagħbu l-Ingliżi, imma naqbel li probabbilment Spanja jew l-Italja jirbħu. Il-bqija ma nifhimx fil-plejers, lanqas biss naf isimhom jien." Mary Muscat (59) - Fgura John - (Turist mill-Awstralja) Il-koppja Darcy (Turisti minn Ċipru) "Mhux li nsegwi t-turnew ħafna jien. Meta jilagħbu l-Ingliżi forsi nara l-logħba tagħhom. Bħala ċans ta' rebħ ma nafx…forsi l-Ġermanja. U plejers li impressjonawni ma nafx ngħidlek. Sturridge jogħġobni lili…għax dak tal-Liverpool." "Rajt xi ftit logħob qabel ġejt hawn, iżda ma tantx stajt nara ħafna minn mindu wasalt Malta. Probabbilment naħseb li Spanja jew il-Kroazja l-aktar li għandhom ċans jirbħu forsi. U plejers… le ta', ħadd ma nista' ngħid li impressjonani." "Mhux il-logħob kollha segwejna, għax qegħdin vaganza minn Ċipru. Il-logħba Kroazja kontra Spanja kienet tajba, u naħseb li l-Kroazja huma vera tajbin. Bħala ċans li jirbħu… żgur li mhux l-Ingilterra; aktar naħseb il-Kroazja, jew forsi l-Belġju. Kien hemm ħafna plejers tajbin. Il- goaler ta' Wales vera kien tajjeb, prattikament kellu jdejh kullimkien. Anke Iniesta ta' Spanja plejer tajjeb ħafna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016