Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-qamar kwinta li kellna f 'Aquarius se jfis- ser tibdil f 'dak li għandu x'jasam mal-ħajja tax-xogħol. Fejn hemm il-probabbiltà li tħoss li wasal iż-żmien li tbiddel ix-xogħol li int għandek bħalissa. Dan kont ġa qed tħossu madwarek, iżda issa b'dan il-qamar kwinta li għadu kif spiċċa, se jsaħħaħ dan il-ħsieb li ilu madwarek, u ma tkunx bi kbira li fi ftit żmien, tkun qed tagħmel xogħol differenti li jaf ikun pass pożittiv ħafna għalik. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 21 u 39. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-qamar kwinta li kellna f 'Pisces se jfisser ik- tar tħassib dwar direzzjoni differenti li int se tibda tieħu dwar dak li għandu x'jaqsam l- aktar miegħek personalment. Jaf li dan il-qamar kwinta jagħmlek aktar konxju dwar lil min għandek verament tafda u ma tafdax. Jaf jagħmlek tagħraf min huma l-vera ħbieb ġenwini li int għandek. Hi fażi ta' aktar għarfien fik innifsek u dan huwa pożittiv biex tevita in-negattiv. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 22 u 32. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Il-qamar kwinta li kellna f 'Aries, se jġiblek iktar stabbiltà madwarek minn dak li kont qed tesper- jenza dan l-aħħar. Din l-istabbiltà sejra tinħass l- iktar fil-mod ta' kif int se tibda tippjana, kif int se tibda tqassam, u kif int se tibda tagħraf dak kollu li jdur madwarek. Se tkun aħjar fl-iskeda ta' kif tqassam ix-xogħol tiegħek. Tippjana iktar ħin għalik u għal relazzjoni. Però, l-impor- tanti hu li tibda tagħraf iktar lilek innifsek aħjar. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 15, 26 u 38. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-qamar kwinta li kellna f 'Taurus se jfisser li int ma tistax tibqa' iktar tittrateni jew iddum iżjed fid-deċiżjonijiet li tkun trid tieħu. Dan il-qamar kwinta se jkollu effett ġewwa fik li jagħmlek aktar flessibbli sabiex sitwazzjonijiet li qabel kont tkarkar bihom, issa dawn jibdew ikunu solvuti f 'aktar żmien aċċettabbli, u dan int se jkun qed jagħmlek aktar trankwill minn dik il-pressjoni li kien ikollok ġewwa fik. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 31. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-qamar kwinta li kellna f 'Gemini se jkun ifis- ser direzzjoni ġdida u iktar stabbiltà fil-karriera tiegħek. Dan il-qamar kwinta se jagħtik dik l-enerġija li dejjem xtaqt sabiex int tkun tista' tav- vanza f 'dak li tixtieq li għalkemm kien qed jiġri, kien qed isir b'pass bil-mod. Issa l-karriera tiegħek bħal qisha sabet dik iċ-ċavetta ideali sabiex tavvanza b'ritmu aktar qawwi, imma de- jjem iżżomm lilek innifsek ġenwin. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-qamar kwinta li kellna f 'Cancer se jkun ifis- ser direzzjoni aktar preċiża ta' fejn trid tkun fl- imħabba. Dan il-qamar kwinta se jagħtik iktar direzzjoni ta' fejn eżattament trid tasal int fl-imħabba tiegħek, Sitwazzjoni, li għalkemm int tħoss li hija stabbilità, għadha mhix, u għalhekk fil-ġranet li ġejjin, ġewwa int se tħoss aktar din l-imħabba f 'liema direzzjoni għandha tkun. Agħrad lilek u dak li esperjenzajt sa issa. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 19, 29 u 38. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-qmaar kwinta li kellna f'Leo se jkun idisser di- rezzjoni ta' ftit iktar ħin ta' riflessjoni, kemm mil-lat tal-ħajja ta' madwarek, imma wkoll sabiex ikun ħin ta' iktar rilassament madwarek, li hi xi ħaġa li vera- ment għandek bżonn. Għalhekk, dan il-qamar kwinta għalik se jkun qed jiftaħlek żewġ direzzjonijiet li bħalissa huma ferm importanti madwarek li tibda tirrifletti aktar u ssib ħin tirrilassa. Agħraf dan kollu għaliex huwa importanti. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 10, 25 u 37. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Il-qamar kwinta li kellna f'Virgo se jkun ifisser xi ftit pawsa mir-ritmu li qbadt fil-ħajja tiegħek. Dan sabiex int tkun tista' tikkonċentra fuq fejn wasalt sa issa, aktar u aktar tissoda f'dak li int akkwistajt, u meta jkun jinħass li int int stabbilejt din il-pawsa, tinħall u tkompli terġa' taqbad ir-ritmu u tkom- pli żżid u titqawwa f'dak li jikber madwarek. Dan jista' jkun fl-imħabba, fil-karriera, hu fejn hu, int għandek tkompli tissaħħaħ. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 28 u 31. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Il-qamar kwinta li kellna f'Libra se jkun ifisser li int trid tagħraf li ma tibqax fi stat ta' iżolament, maqtugħ minn ċertu aspetti tal-ħajja, imam bil- mod tibda tiftaħ ċertu toroq biex tal-inqas, tisma' ide- at li dawn jafu jagħtuk forma ta' direzzjoni. Għalkemm int magħruf li tħobb timxi fuq dak biss li int tħoss, dan il-qamar kwinta jaf isarraf sabiex int tifraħ ftit il-bieb magħluq li int għalaqt. Li tisma' u tirrifletti m'intix se tagħmel ħażin. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 29 u 36. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Il-qamar kwinta li kellna fi Scorpio se jkun ifis- ser li int trid tagħraf li s-sitwazzjoni tal-passat ikkaġunat problemi madwarek, issa huwa l-waqt li int b'saħħtek biżżejjed li tmur u tersaq quddiem din is-sitwazzjoni, u wara dan iż-żmien kollu tirranġa. Meta din tkun irranġata, int se tħossok qisek neħħejt xkora tqila minn fuq spallejk. Se tħossok li wettaqt ħaġa tajba li se tagħtik dik id-direzzjoni ta' fejn taf fejn qiegħed aktar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 29 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Il-qamar kwinta li kellna f'Sagittarius se jkun ifisser għalik li int trid tagħraf sew fejn int trid timxi, fejn int trid tmur u liema direzzjoni trid taqbad. Ma tistax tgħix fil-passat, ma tistax tibqa' mwaħħla mal-passat. Ħares 'il quddiem. Sitwazzjonijiet li int tħoss li weġġajt fihom, kun kapaċi agħlaq il-ktieb sabiex il-futur tiegħek ikun iktar b'saħħtu. Min wiegħdeku sa issa qatt ma wasal, tħallihx iżommok tgħix fit-tama. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 10, 25 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-qamar kwinta li kellna f'Capricorn se jkun ifis- ser għalik li trid iżżid iktar l-abbiltà tiegħek, kemm fil-karriera u kemm fil-ħajja ta' madwarek. Abbiltà trid tkun waħda ta' direzzjoni iktar konkreta u ma tridx tibża' minn deċiżjoni li trid tieħu. Dan int se tagħmlu fl-interess tiegħek, u żgur fil-mument huwa ż-żmien opportun li int tagħraf tagħmel dan. Parir ikun tajjeb imma attwalment int trid tagħraf dak li huwa tajjeb għalik. Tibżax. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar toffrilek gwida pożittiva għall-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 24 u 30. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www. pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Ejjew il-fiera bejn it-23 ta' Ġunju u t-3 ta' Lulju Iltaqgħu ma' PaulJon u bbenifikaw minn skontijiet speċjali Skont 1: Min jabbona għall-Gazzetta ILLUM miegħi għal 4 xhur, jingħata xahar b'XEJN Skont 2: Min jabbona għall-Gazetta ILLUM miegħi għal 7 Xhur jingħata xaharejn b'XEJN Skont 3: Min jabbona għall-Gazzetta ILLUM miegħi għal sena, jingħata 3 xhur b'XEJN Skont 4: Min Jixtri l-ktieb il-ġdid tiegħi mill-fiera, jkun jista' jakkwistah għall-prezz speċjali ta' €27 minflok €32, skont ta' €5, u tingħata kopja tal-gazzetta ILLUM b'xejn, u tingħata wkoll kopja tal-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 10 ta' Lulju, b;xejn Mela ejja l-fiera, iltaqa' miegħi u mur id-dar kuntent bl-iskonti li tkun ħadt. Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagtu t-tweġiba korretta tagħkom b'sms fuq 99013600. L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ xahar b' Xejn l-ILLUM bil posta b'kollox. Ir-rebbieħa tal-aħħar kompetizzjionijiet kienu: 1. Sharon Cutajar – Rabat 2. Tania Mifsud – Marsascala 3. Alice Brincat - Żurrieq 4. Josphine Bugeja - Rabat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016