Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil ANKE jekk ġieli jkunu kritikati li jeżaġeraw, jibqa' fatt li festa mingħajr armar mhi festa xejn. Dan barra l-fatt li l-għaqdiet tal-armar huma mimlija żgħażagħ li jagħżlu li joqogħdu jaħdmu u jsebbħu l-lokalità tagħhom milli jaħlu ħinhom f 'xi bar jixorbu inkella b'xi vizzji agħar minn hekk. Barra l-ġmiel ta' kif isebbħu l-irħula tagħhom, normalment bl-istil barokk tat-tiżjin tal-festi Maltin, dawn iż-żgħażagħ juru wkoll il-potenzjal tagħhom fit-talenti artistiċi tagħhom li jpaxxu lil dawk dilettanti tal-festa barra l-komunità tal-lokal. Din is-sena jidher li hemm 'trend' ġdida f 'Għawdex fejn f 'ħafna lokalitajiet, għall- ġimgħa tal-festa qed joħolqu rekord f 'xi parti mill- armar tal-festa. Il-ġimgħa li għaddiet, fil-festa tal- Qalb ta' Ġesu fil-Fontana, membru tal-armar tal-festa, Simon Micallef iddeċieda li jarma d-dar tiegħu bl-isbaħ tiżjin mal-faċċata tad-dar tiegħu. Fil-fatt nhar is-16 ta' Ġunju marru tal-Malta Records u ppremjaw lil Simon Micallef bħala rebbieħ ta' rekord nazzjonali tal-akbar faċċata ta' dar imżejna għall-festa. Dan ir-rekord kien l-ewwel illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Għawdex 14 Il-Festi t'Għawdex tar-rekords: Il-Fontana bl-isbaħ faċċata għall-Kunsill tal-Unjoni Presidenza Maltija Ewropea 2017 SERVIZZI TA' MARKETING U KOMUNIKAZZJONI PRESIDENZA MALTIJA GĦALL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA 2017 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javża li ħarġet sejħa għal offerti għal servizzi ta' marketing u komunikazzjoni relatati mal-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt • Tax-Xewkija għandhom arblu akbar minn tan-Nadur iżda l-kuluri tal-bandiera huma l-istess Il-faċċata tad-dar imżejna Il-gallarija tal-każin imżejna miż-żgħażagħ Xewkin Ir-Redcoats għall-Olanda minn John Busuttil GĦALLEWWEL darba, il- klabb tas-softball Għawdxi, Għajnsielem Red Coats li dejjem qed jikber fl-istatura tiegħu se jmorru kamp ta' taħriġ fi Heerhugowaard, l-Olanda. Dan hu l-ewwel kamp ta' taħriġ tagħhom barra l-pajjiż u se jirbħu esperjenza kbira meta se jagħmlu t-taħriġ tagħhom mat-tim ta' Heerhuowaard Herons tal-lokal. Dan il- kamp se jsir bejn l-10 u l-15 ta' Lulju. Dan se jgħin biex itejjeb il-fundamentali tas-softball fil-plejers u fl-istess ħin jgħin biex tinbena 'team spirit' bejn il-plejers. Fl-istess ħin, dawn iż-żgħażagħ Għawdxin se jkollhom ċans igawdu l-ambjent Olandiż, jagħmlu ħbieb ġodda u jitgħallmu fuq kulturi differenti u forsi wkoll aktar liberali, waqt li jaraw pajjiż ġdid bl-eskursjonijiet li se jkollhom matul dan il-kamp fejn barra Kaarlem u Alkmaar se jagħmlu żjara wkoll fil-belt Kapitali, Amsterdam. Tkellimna mal-fundatur u l-għalliem ta' dan il-club, Josef Scicluna li qed iħabatha ma' klabbs Maltin fil-kampjonat anke jekk it-tim Għawdxi hu magħmul minn tfal u żgħażagħ filwaqt li dawk Maltin huma magħmula minn adulti. "Għalhekk dan il-kamp għandu jgħinhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016