Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet 8 L-akbar proġett ta' akkomodazzjoni soċjali se jsir f 'Ħal Farruġ Il-bjut kollha se jkunu miksijin b'pannelli solari Tkompli minn paġna 1 ILMINISTRU Farrugia sostna wkoll li għalkemm kien hemm reazzjoni u qam dibattitu dwar il- proposta ta' Mintoff Bland, il-Ministeru ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat ilaqqa' working group ta' nies intiżi fl-akkomodazzjoni soċjali u li huma parti mit- tim tal-istrateġija kontra l-faqar biex seta' joħroġ bi proposti li jwieġbu għar- realtajiet tas-suq illum. Intant din il-gazzetta hija infurmata li l-akbar biċċa tal-investiment li se jagħmel il-Gvern fi proġett ta' housing soċjali se jkun ikkonċentrat f 'Ħal Luqa, preċiżament f 'Ħal Farruġ. Hawnhekk mistennijin jinbnew numru ta' blokok ta' apartamenti li mbagħad jitqassmu fost dawk li jinsabu fil-lista ta' stennija quddiem l-Awtorità tad- Djar, liema lista bħalissa tlaħħaq it-3,000 applikant. Appart Ħal Farruġ, siti oħrajn għalkemm iżgħar, se jkunu f 'Ħal Kirkop, is- Siġġiewi, Żurrieq u Bormla fejn il-bini ta' appartamenti tal-Gvern se jsiru minflok dik li llum hija magħrufa bħala 'Hanover Buildings' fejn mistennijin jinbnew b'kollox mas-56 unit tal- Gvern. F'reazzjoni għal rapporti li dehru fuq sezzjonijiet tal-midja dwar dan l-aħħar sit, il-Ministru spjega kif il-Ministeru flimkien mas- sezzjoni tal-Wirt Storiku tal-Awtorità tal-Ippjanar, "qed jagħmlu studju fid- dettal dwar il-post, biex jekk fil-binja jew fil-madwar hemm wirt storiku, dan ikun ippreservat." Hu kien qed jirreaġixxi għat-tħassib li esprima l-kuratur tal- Mużew Bir Mula mal-ġurnal 'The Times' meta sostna li minflok isir dan il-proġett ta' akkomodazzjoni soċjali, il-bini preżenti li ilu mitluq u fi stat ta' degredazzjoni għal snin sħaħ, għandu jkun restawrat. Bil-panelli u mingħajr dritt tal-bejt Intant dwar dan l-istess proġett li mistenni jiswa €50 miljun b'kollox, l-ILLUM hija infurmata li r-residenti mhux se jkollhom dritt għall-bjut minħabba li dawn se jkunu kollha miksija b'panelli solari. L-enerġija li se tiġi mill-panelli se tintuża għall-elettriku tal-komun, li jinkludi wkoll l-elettriku li jintuża għall-operat tal-lift. Dak li jibqa' mill-enerġija mhux użata jissarraf fi flus li jmorru għal fond li minnu ssir il-manutenzjoni tal- istess blokok. Minkejja li r-residenti mhux se jkollhom dritt għall-bejt, fattur komuni ħafna fl-aħħar snin għal bosta li xtraw proprjetà mill-privat wara bidliet fil-liġi li ppermettiet il- kostruzzjoni ta' penthouses, l-appartamenti se jkunu kollha iċċertifikati mil-lat ta' effiċjenza fl-enerġija, kif wara kollox huwa l-obbligu ta' kull proprjetà illum qabel tinxtara jew tinbiegħ. Il-Gvern jixtieq jirrispetta d-dehra taż-żona Intant mal-ILLUM il- Ministru Farrugia sostna li l-Gvern ħa deċiżjoni konxja li fejn il-proġett ta' akkomodazzjoni soċjali se jinkorpora 'infills' jew spazju vojt bejn bini u ieħor, mhux se jeżerċità d-dritt tiegħu li jgħolli aktar sulari minn dawk li diġà hemm fil-preżent fil-madwar. Dan qed isir, kompla jgħid Farrugia, biex id-dehra taż-żona tkun rispettata. Min-naħa l-oħra, fejn se jinbnew blokok li huma 'stand alone' jew fejn mhux se jkun hemm bini madwarhom, il-Gvern se jtella' sulari skont kemm tagħtih permess il-liġi. Għalqu t-tenders, jiġu magħżula l-kuntratturi u jitlaq ix-xogħol Intant il-preparazzjoni qabel jibda l-proġett wasal fl-aħħar stadji tiegħu hekk kif il-Gvern diġà għażel il- periti għal kull sit. Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ħareġ it-tenders għall-iskavar u twaqqigħ (fil-każ ta' Bormla), liema proċess għalaq nhar il- Ġimgħa li għadda. Issa kull tender mistenni jmur quddiem bord ta' evalwazzjoni li ġie maħtur, biex b'hekk, malli jkunu magħżula l-kuntratturi jibda x-xogħol. Huwa mistenni li x-xogħol jibda fit-tielet kwart ta' din is-sena, bl-ewwel akkomodazzjoni lesta tkun dik fuq siti żgħar. Mal-ILLUM il-Ministru Michael Farrugia qal li hu jibqa' dejjem jemmen li l-bżulija għandha dejjem tkun ippremjata. Minkejja dan sostna li b'dan il-proġett, il-Gvern irid jibgħat messaġġ ċar li hu se jkun qiegħed iwieżen fejn iħoss li persuna jkun jixraqilha l-wens. Farrugia fakkar, kif dan il-proġett se jkun l-akbar wieħed tat- tip tiegħu fi snin twal u li se jkollu l-għan li jwieġeb għall-problema kbira li sab il-Gvern preżenti, hekk kif kellu jiffaċċja nuqqas kbir ta' akkomodazzjoni soċjali u lista ta' madwar 3,000 persuna fil-lista ta' stennija. għall-Kunsill tal-Unjoni Presidenza Maltija Europea 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL KIRI TA' 'MULTIFUNCTIONAL PRINTERS' PRESIDENZA MALTIJA GĦALL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA 2017 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javża li ħarġet sejħa għall-offerti għal kiri ta' 'multifunctional printers' għal waqt il-konferenzi li se jsiru matul il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt Pjanta tal-proġett ta' akkomodazzjoni soċjali f 'Ħal Farruġ bħala parti minn proġett ikbar li se jibda din is-sena