Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 24 Kummerċjali 12-il rebbieħ ta' Carlsberg għall-Euro 2016 12-il rebbieħ ixxurtjat qed jgħixu l-Euro 2016 bis-saħħa ta' Carlsberg, il-Birra Uffiċjali tal-UEFA Euro 2016. Ir-rebbieħa pparteċipaw f 'diversi inizjattivi organizzati minn Carlsberg, li kienu jvarjaw minn kompetizzjoni tal-bartenders għall- konsumaturi tan-negozji, sa promozzjoni bi scratch card u promozzjoni fuq il- pakketti għall-konsumaturi. Susan Weenink, Head of Marketing & Communications ta' Simonds Farsons Cisk plc, qalet, "Ninsabu kuntenti ħafna li qed nippremjaw kemm lill-konsumaturi kif ukoll lill-klijenti tan-negozju għal-lealtà u x-xogħol tagħhom. Din hi opportunità sabiħa għall-konsumaturi ta' Carlsberg f 'Malta biex jesperjenzaw l-atmosfera tal- Euro fiżikament fil-post." Ir-rebbieħa tal- kompetizzjoni tal-bartenders li fiha ġie ppremjat min serva bl-aħjar mod, kienu Marisa u Andrew Farrugia li fl-10 ta' Ġunju raw il-logħba tal-ftuħ ta' Franza kontra r-Rumanija. Christian Civelli u Mark Mallia rebħu l-premju tal-'Best Carlsberg Display' u marru jaraw il-logħba tal- Ingilterra kontra Wales, fis-16 ta' Ġunju, f 'Pariġi. Nenad Kopanja u Tamara Palkova kienu r-rebbieħa fortunati tal- promozzjoni fuq il-pakketti u, fis-17 ta' Ġunju, taru lejn Toulouse biex jaraw il-logħba tal-Italja kontra l-Iżvezja. Alexandru Hasu u Alina Sabrina se jaraw l-ewwel logħba tal-Kwarti Finali fit-30 ta' Ġunju f 'Lille flimkien ma' Mark Scerri u Mario Piscopo li rebħu l-promozzjoni tal-iscratch card. Daphne Camilleri u Antoine Scalpello se jmorru għal-logħba finali fl-10 ta' Lulju wara li kienu r-rebbieħa tal-inċentiv ta' lealtà li kien għaddej fil- ħwienet kummerċjali matul il-ġimgħat ta' qabel bdiet l-Euro 2016. Mike Tabone, Brand Executive tal-Carlsberg, Simonds Farsons Cisk plc qal li, "Carlsberg għandha relazzjoni twila mal-futbol, u l-Euro 2016 tal-UEFA hi t-8 kampjonat Ewropew tal-UEFA sponsorjat mill-Carlsberg bħala l-Birra Uffiċjali tat- Tornew. B'din l-assoċjazzjoni, Carlsberg tista' tippremja lill- klijenti leali b'rigal li aktarx hu l-aħjar esperjenza, iċ-ċans li jkunu jistgħu jsegwu dirett il- logħbiet ta' waħda mill-akbar kompetizzjonijiet tal-futbol fl-Ewropa." Carlsberg ilha wkoll il-birra uffiċjali tat-tim Ingliż għal dawn l-aħħar 20 sena, u wieħed mill-membri fundaturi tal-Istadju tal-Wembley, il-Birra Uffiċjali tal-Barclays Premier League, u l-Isponsor Uffiċjali ta' numru ta' klabbs ewlenin differenti fid-dinja. Il-birra Carlsberg hi magħmula, ippakkjata, irreklamata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Uħud mill-fortunati li rebħu l-opportunità li jaraw logħbiet tal-Euro 2016 b'mod dirett Banif iġedded il-kollaborazzjoni mal-MCAST Għall-ħames sena konsekuttiva, Banif Bank ġedded il-kollaborazzjoni tiegħu mal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST biex jagħti appoġġ għall-wirja annwali ta' l-aħħar tas-sena bl-isem 'Leave a Mark', bħala parti minn ftehim li jara liż-żewg entitajiet jaħdmu flimkien fuq proġetti li jqarrbu l-edukazzjoni lejn id-dinja tax-xogħol. Il-Bank ingħaqad ma' numru ta' entitajiet minn diversi setturi tal-industrija biex jagħti għajnuna finanzjarja lill-Istitut biex tkun tista' tittella' wirja ta' xogħol mill-istudenti. "Il-wirja ta' din is-sena se tkun ċelebrazzjoni ta' ġenerazzjoni ġdida ta' artisti li se juru ħilithom, filwaqt li toħloq djalogu mal-industrija u ma' stakeholders lokali u internazzjonali, " qal Tyrone Grima, Direttur tal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST. Matul is-snin, il-Bank ta numru ta' opportunitajiet lill-istudenti tal-arti u tal-fotografija, permezz ta' proġetti li jissejħu Life Cases, fejn l-istudenti jkunu qegħdin jieħdu esperjenza reali tal-industrija billi jaħdmu ma' klijent li jikkummissjona x-xogħol. Ix-xogħol finali u l-artisti jingħataw prominenza billi x-xogħol tagħhom jidher f'diversi okkażjonijiet fosthom fid-djarju annwali tal-Bank, fuq is-sit elettroniku, midja soċjali u fil-fergħat tal-Bank. "Dawn il-proġetti jagħtu esperjenza imprezzabbli lill- istudenti, għaliex ikunu jistgħu jieħdu idea ta' kif l-istudju tagħhom jintegra fl-industrija tax-xogħol," qal Karl Dingli, Kap tas-Servizzi Korporattivi ta' Banif Bank. "Din il-kollaborazzjoni li għandna mal-Istitut, tgħin lill-Bank iżżomm l-impenn lejn il-komunità permezz ta' appoġġ lejn l-edukazzjoni u l-arti, waqt li nsaħħu r-relazzjoni tagħna ma' dan l-Istitut li jagħmel xogħol edukattiv eċċellenti. Imma aktar importanti, se nkunu qed nagħmlu l-parti tagħna biex nipprovdu opportunitajiet lill- artisti tal-futur." Luca Azzopardi jippreżenta l-idea ta' installazzjoni lil Banif Bank, meħuda għall-wirja li ġejja tal-MCAST Ħdax-il sit ta' Heritage Malta jirċievu unuri għall-2016 minn TripAdvisor Disa' siti ta' Heritage Malta ngħataw Ċertifikat ta' Eċċellenza filwaqt li tnejn mis-siti rebħu wkoll il-premju skont l-għażla tal-viżitaturi għas-sena 2016 minn TripAdvisor, l-ikbar sit elettroniku fid-dinja dedikat għall-ivvjaġġar. Il-Mużew Nazzjonali tal- Gwerra, it-Tempji tal-Imnajdra, it-Tempji ta' Ħaġar Qim, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, it-Tempji tal- Ġgantija, il-Mużew Marittimu ta' Malta, il-Katakombi ta' San Pawl u l-Forti Sant' Iermu rċivew ċertifikat ta' eċċellenza li jingħata biss lil dawk l-istabbilimenti li b'mod konsistenti jirċievu kummenti tajbin ħafna fuq TripAdvisor filwaqt li t-Tempji ta' Ħaġar Qim u l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni rebħu wkoll il-premju skont l-għażla tal-viżitaturi. Skont is-sit elettroniku uffiċjali www.tripadvisor.com, "Ir-rebbieħa taċ-ċertifikat ta' eċċellenza jinsabu madwar id- dinja kollha u jirrappreżentaw l-aqwa negozji u stabbilimenti oħra mniżżla fis-sit u li minnhom l-aqwa għaxra fil-mija biss jiġu mogħtija dan iċ-ċertifikat. Il-premju skont l-għażla tal-viżitaturi huwa l-ogħla unur mogħti minn TripAdvisor. Dan il-premju huwa bbażat fuq miljuni ta' kummenti u opinjonijiet minn vjaġġaturi minn madwar id-dinja kollha u dan l-unur jirrifletti 'l-aqwa fost l-aqwa' għas-servizz, kwalità u s-sodisfazzjon tal-klijent fost il-lukandi, destinazzjonijiet, attrazjonijiet u anki prodotti." Biex sit jew negozju jikkwalifika għaċ-ċertifikat ta' eċċellenza, irid iżomm rating ta' erbgħa jew iktar minn ħamsa, skont dawk li jibagħtu l-kummenti tagħhom fuq TripAdvisor. Kriterji oħra jinkludu n-numru ta' kummenti li jintbagħtu matul is-sena in kwistjoni. Għal iktar informazzjoni dwar is-siti li ngħataw dan iċ-ċertifikat, wieħed jista' jżur is-sit eletroniku uffiċjali ta' Heritage Malta www. heritagemalta.org jew iżur il- paġna ta' Facebook tas-siti. It-tempji ta' Ħaġar Qim Il-katakombi ta' San Pawl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016