Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Sports 32 L-Arġentina jfittxu li jwettqu tpattija sportiva fuq iċ-Ċilì minn Gianluca Lia L-ARĠENTINA u ċ-Ċilì se jkunu qegħdin jikkontestaw il-45 edizzjoni tal-Copa America, f 'ripetizzjoni tal-finali tas-sajf li għadda, meta t-tim nazzjonali taċ- Ċilì kien rebaħha f 'dahru propju fuq l-Albiceleste wara l-għoti tal-penalties, sabiex rebaħ l-ewwel unur fl-istorja tiegħu. Madankollu, ir- rebbieħ ta' din l-edizzjoni se jkun qiegħed iniżżel ismu bħala r-rebbieħ tal-edizzjoni storika tal-Copa America Centenario. F'għeluq il-100 sena mit- twelid tal-ogħla awtorità kalċistika fl-Amerika ta' Isfel, jiġifieri l-CONMEBOL, l-istess assoċjazzjoni f 'kollaborazzjoni mal- CONCACAF, li hija l-entità li tikkonċerna l-futbol fl- Amerika ta' Fuq, organizzat edizzjoni speċjali tal-Copa America, bl-isem ta' Copa America Centenario 2016. Din hija l-45 edizzjoni tal-Copa America, bl- ewwel waħda tmur lura għall-1916 bir-rebbieħa jkunu l-Arġentina. Ta' min jirrimarka, li din hija l-ewwel darba li din it-Tazza qiegħda tiġi kkontestata barra mill- Amerika t'Isfel, hekk kif it-tournament qiegħed jiżvolġi fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, qegħdin jieħdu sehem 16-il tim minflok 12 bħas-soltu, minħabba l-fatt li qegħdin jieħdu sehem iżjed timijiet mill-assoċjazzjoni tal- CONCACAF. Madankollu, ir-rebbieħ ta' din l-edizzjoni mhux se jkun qiegħed jakkwista d-dritt li jipparteċipa fil-FIFA Confederations Cup tas-sajf li ġej, hekk kif dak il-post huwa diġà meħud miċ- Ċilì, rebbieħa tal-edizzjoni tas-sajf li għadda li kienet taqa' taħt iċ-ċiklu tradizzjonali ta' kull erba' snin, propju kontra l-avversarji tal-lejla. Għal din l-edizzjoni, tnediet tazza ġdida li ħa tkun miżmuma b'mod permanenti mir-rebbieħa finali tat- tournament. Interessanti huwa l-fatt li l-kumpanija li ħadet ħsieb il-kreazzjoni ta' tazza ġdida għal dan l-avveniment speċjali, hija l-istess waħda li ħadet ħsieb it-twelid tal- mudell il-ġdid tal-FA Trophy. Kif diġà semmejna, kienu 16-il tim li ħadu sehem f 'din il-kompetizzjoni, fejn kienu maqsumin hekk: 10 mill-CONMEBOL: Arġentina, Bolivja, Brażil, Ċilì, Kolombja, Ekwador, Paragwaj, Perù, Urugwaj u Venezwela. 6 mill-CONCACAF: Stati Uniti, Messiku, Kosta Rika, Ġamajka, Panama u Haiti. L-aspettattivi għal din il- finali huma kbar u ġustifikati, għaliex meta fit-tim tiegħek tkun taffordja ssemmi ismijiet bħal Lionel Messi, Gonzalo Higuaín, Angel Di Maria u Ever Banega f 'nifs wieħed, ifisser li hemm verament fulkru ta' plejers ta' ċertu stoffa. It-triq sal-finali kienet pjuttost faċli għat- tim immexxi minn Geraldo 'Tata' Martino, fejn rebħu l-grupp b'punti massimi wara t-tliet rebħiet konsekuttivi kontra l-istess Ċilì, kontra l-Panama u kontra l-Bolivja. Il-captain Lionel Messi ma lagħabx il-partiti kollha, iżda fil-ftit ħin li kien ikun fil- grawnd, xorta waħda ħalla impatt importanti, bħal per eżempju meta lagħab l-aħħar 20 minuta kontra l-Panama u rnexxielu jiskorja tripletta u anke jagħmel assist għal sħabu. Fir-rawnds ta' wara, l-Arġentina lagħbu mal- Venezwela u l-Istati Uniti fejn b'mod konvinċenti rebħu l-logħbiet bl-iskor ta' 4-1 u 4-0 rispettivament. Il-pajjiż sħiħ qiegħed jistenna bil- ħerqa l-finali tal-lejla, hekk kif l-Arġentina ilhom ma jirbħu tazza maġġuri sa mill-1993, meta dakinhar l-Albiceleste rebħu l-edizzjoni tal-Copa America wara li fil-finali għelbu lit-tim tal-Messiku. Matul din il-mixja sal-finali, ma setax jonqos li l-plejer ta' Barcelona, Lionel Messi, jikser rekord ieħor, hekk kif grazzi għall-gowl fantastiku kontra l-Istati Uniti, huwa sar l-iżjed plejer li qatt skorja gowls mal- Arġentina b'total ta' 55 gowl, biex qabeż lil Gabriel Omar Batistuta. Min-naħa l-oħra, Juan Antonio Pizzi rnexxielu jwassal liċ-Ċilì sal-finali, minkejja li ilu fil-gwida tat- tim minn Jannar li għadda biss u l-ħatra tiegħu kienet milqugħa b'ċerta kritika minħabba l-karriera tiegħu bħala kowċ. L-ewwel partita tiegħu, b'kumbinazzjoni kienet kontra l-Arġentina u wara dik pattew bil-kbir mal-ewwel għaliex għelbu lil Venezwela bl-iskor ta' 4-1. Madankollu, fil-partiti ta' wara, iċ-Ċilì tilfu sakemm l-ewwel rebħa waslet fit-tieni partita tal-gruppi kontra l-Bolivja. Segwew rebħiet kontra l-Panama, il-Messiku u l-Kolombja sabiex issa qegħdin fil-finali. Ma nistgħux iżda, ma nħarsux lura u ma nsemmux ir-rebħa impressjonanti ta' 7-0 kontra l-Messiku fil-kwarti tal- finali. Jekk ma rebaħx qalb il-partitarji dakinhar, l-aħħar pass irid jagħmlu fil-finali kontra l-Arġentina. Il-finali se tkun id-89 dwell bejn dawn iż-żewġ timijiet, bl-Arġentina jgawdu vantaġġ sostanzjali fl-ammont ta' rebħ, hekk kif rebħu 59 darba kontra La Roja, kif inhuma iktar magħrufin iċ-Ċilì. Dawn tal-aħħar, ħarġu rebbieħa biss f 'seba' okkażjonijiet filwaqt li fit-22 konfront l-ieħor, il- partita ntemmet f 'riżultat ta' draw. It-tim nazzjonali tal-Arġentina It-tim nazzjonali taċ-Ċilì

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016