Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn iċ- ċikliżmu? L-imħabba tiegħi lejn iċ-ċikliżmu bdiet minn età żgħira. Fis-sittinijiet, it-tim nazzjonali Malti kien qiegħed jipprepara sabiex imur jipparteċipa fil-Logħob Olimpiku li kien se jsir f 'Ruma. Jien kont noqgħod bieb ma' bieb ma' spiżerija fejn fost il- ħaddiema, kien hemm ċertu Sam Portelli li kien jagħmel il-massaġġi liċ-ċiklisti. Bażikament, dan Portelli laqqagħni ma' Joe Polidano li kien wieħed miċ-ċiklisti tat-tim u kien dan tal-aħħar li daħħalni fil-klabb ta' Ħal Qormi, fejn minn hemmhekk nista' ngħid li bdietli l-karriera fiċ- ċikliżmu. X'taħseb dwar is-sigurtà fit-toroq Maltin? Taħseb li ċ-ċiklisti huma protetti biżżejjed? Ma nistax ngħid li l-periklu fit- toroq Maltin mhux hemm, anzi llum kiber għaliex it-toroq huma mimlija daqs bajda. Barra minnhekk, illum kulħadd mgħaġġel, bla paċenzja u ħadd ma jċedi. Aħna qegħdin naħdmu sabiex ninkoraġġixxu iżjed nies jutilizzaw ir-rota li wara kollox isservi għal ħafna raġunijiet, bħalma jkun in-nuqqas ta' karozzi li eventwalment jgħin lill-ambjent u anke sabiex ikollna poplu iżjed b'saħħtu. Kif inhu sejjer it-tim nazzjonali taċ- ċikliżmu bħalissa? Mil-lat lokali fil-ġimgħat li għaddew, bdew il-Kampjonati Nazzjonali taċ-Ċikliżmu. Però, barra minn hekk, illum iċ-ċiklisti m'għadhomx jistennew lill- Federazzjoni sabiex jieħdu sehem f 'xi ħaġa, għaliex ġieli jaqbdu u jipparteċipaw barra u jekk imorru bħala tim nazzjonali, hemmhekk ovvjament imorru f 'isem il- Federazzjoni. Nista' ngħid li l-livell tjieb, speċjalment fiċ-ċikliżmu femminili, fejn morna tajjeb ħafna fl-Iżrael, fejn ksibna 55 punt, b'Marie Claire Aquilina tiddomina x-xena. Inti kont ukoll ċiklista ma' tim Sqalli. Xi tgħidilna fuq dik l-esperjenza? Hekk hu. Kienet esperjenza mill-isbaħ, fejn kont noqgħod ġo dar żgħira, f 'Catania. Kont ngħix waħdi, iżda dak iż-żmien kellu parti importanti fil-karriera tiegħi, fejn anke kont spiċċajt bħala l-aqwa ċiklista tal-klabb stess. Madankollu, hemmhekk ġarrabt it-telfa ta' missieri u kelli ninżel lura Malta. Ftit ilu reġgħet qamet il- kontroversja rigward il-mewt ta' Marco Pantani. Xi ħsibijiet għandek fuqha? Ma nistax niċħad li fiċ-ċikliżmu llum il-ġurnata, sfortunatament daħlet ukoll il-korruzzjoni. Meta ċ-ċikliżmu jsir professjonali u jidħlu flejjes kbar u sponsors, hemmhekk tingħeleb l-onestà. Ftit tal-ġimgħat ilu, kien hemm ukoll l-inċident taċ-ċiklist Belġjan li ttajjar minn karozza li suppost kienet qiegħda tgħin fit-tellieqa. X'tikkummenta? Hekk hu. Dawn huma inċidenti li anke Malta ġieli jsiru. Qabel ma norganizzaw xi avveniment, jien dejjem navża lix-xufiera li jkunu qegħdin jgħinuna sabiex il-prijorità tkun iċ-ċiklist, għaliex ġieli jagħti l-każ li tispiċċa f 'xi triq dejqa jew f 'xi roundabout u bla ma trid, tissikka liċ-ċiklist. Irrakontalna kif żviluppa t-Tour ta' Malta matul il-medda tas-snin Bażikament, it-Tour ta' Malta beda madwar 20 sena ilu, fejn jien kont wieħed mill-fundaturi, bil-President ikun Mario Meli. Bdejna b'tapep ġewwa l-Belt Valletta u rħula oħra u llum nistgħu ngħidu li kiber ħafna, għaliex sar Tour importanti ħafna. Barra minn hekk, għandna t-tappa ta' Għawdex li sfortunatament mhux dejjem tkun possibbli li ssir minħabba spejjeż kbar li ġġib illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Cristian Antony Muscat John Zammit - President tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, eksċiklista ta' suċċess u li ilu snin twal jaħdem għall-akbar ġid taċ-ċikliżmu f'Malta Fit-tmun tal-Federazzjoni Sports 34 "Hemm min jonfoq sa €7,000 biex ikollu rota u apparat relatat maċ-ċikliżmu professjonali. Biex tkun ċiklist professjonali, trid tkun ġo fik u appassjonat tassew " John Zammit fil-passat meta kien wieħed mill-aqwa ċiklisti Maltin "Ilum, il-periklu fit- toroq Maltin kiber għaliex it-toroq huma mimlija daqs bajda"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016