Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Xokk u vokazzjonijiet Ewropej N har il-Ġimgħa filgħodu l-Ewropa qamet għall-aħbar li l-poplu ta' wieħed mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kien iddeċieda li jitlaq minn dan il-blokk. Kienet definittivament pillola qarsa għall-Unjoni Ewropea, li f 'dawn l-aħħar snin kienet diġà mifnija bi problemi u sfidi ekonomiċi, kif ukoll dawk ta' sigurtà. Definittivament, kif deskritt minn bosta, ir-riżultat tar-referendum jimmarka l-agħar, jew wieħed mill- agħar, mumenti ta' dan il-blokk politiku minn meta twaqqfet il-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1958. Għalkemm l-għażla mhux dik li bħala gazzetta xtaqna, għalkemm preferejna li r-Renju Unit u l-poplu jagħżel li jibqa' biex dak li għandu jiġġieled, jiġġieldu minn ġewwa, xorta nirrispettaw id-deċiżjoni sovrana ta' poplu li ħass li kellu jabbanduna l-proġett Ewropew. Anke jekk inħossu li diġà nħoloq vojt li fih qed tinbet inċertezza, mhux se nitilgħu fuq pedestall u nippruvaw niddieħqu b'għażla li saret fil- libertà kollha. Dan huwa mument li ħalla lill-UE f 'xokk u għalhekk jeħtieġ ħsieb profond. Jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea, minflok tirraġuna bi qrusa bħal m'għamel Juncker aktar kmieni din il-ġimgħa, tipprova tifhem fejn setgħet marret tant ħażin u fejn iddevjat mit-triq li l-Ewropej jixtiequ jaraw lill-istess unjoni tieħu. Jidher li l-proġett ta' Ewropa aktar federali, fejn il-poter huwa ċċentralizzat dejjem iktar fi Brussell, mhux qed jinżel tajjeb ma' ħafna Ewropej. U mhux bla raġuni, għax l-UE li dejjem biegħulna l-politiċi, anke lokalment, kienet waħda ta' pajjiżi differenti, sovrani li jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu u jaqblu fuq kif, bħala għaqda ta' pajjiżi, tista' tipprospera l-aħjar fil-progress. Ħafna pajjiżi u ħafna popli għadhom mhux lesti li jissagrifikaw is-sovranità tagħhom, jiġifieri l-abbiltà li jkunu huma li jiddeċiedu x'inhu l-aħjar għal pajjiżhom f 'diversi oqsma. U dan huwa parti minn dak li l-poplu Brittaniku rriġetta nhar il-Ħamis li għadda. Jidher ukoll li l-partiti tal-lemin estrem qed isibu art pjuttost fertili fl-Unjoni Ewropea, grazzi għall-partiti 'l-kbar' li fil-maġġoranza tagħhom jidhru li qed ibiegħu ruħhom u jitfgħu fil-ġenb il-bżonnijiet u l-weġgħat tan-nies. Bniedem (Nigel Farage) li sa ftit snin ilu kien meqjus bħala 'miġnun perfett', bħala xi ħadd li għandu jiġi injorat u bħala 'buffu', illum irnexxielu jiġbed xejn inqas minn 17-il miljun votant lejn il-kawża tiegħu. Għalfejn? Fejn tħalla tant vojt biex seta' jimtela' minn xi ħadd assolut bħal Farage? Min ħallieh dan il-vojt? U l-UE x'eżami tal-kuxjenza għamlet biex tara għalfejn tant miljuni ta' nies madwar il-kontinent kollu qed jersqu lejn xaqliba politika perikoluża? Dawn misshom kienu l-mistoqsijiet li għamlu nies bħal Jean Claude Juncker, qabel ma ħareġ jgħid li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-UE "mill- aktar fis." F'dan il-mument storiku, l-UE u l-mexxejja m'għandhomx il-lussu tal-arroganza u lanqas tal-prepotenza. Lanqas għandhom il-lussu li jippuntaw subgħajhom. Wara r-riżultat tar-referendum u allura l-bidu ta' proċess biex jitlaq l-ewwel membru mill-UE, il-mexxejja Ewropej għad fadlilhom biss post biex ikunu umli. Jekk ma jridux li bħall-Imperu Ruman l-UE, li dejjem kienet b'saħħitha u reżiljenti, tibda tikkrolla sakemm tisfaxxa. U Malta? Malta parti minn dan il-proġett Ewropew u għandha tħossha ddiżappuntata li se titlef alleat tant b'saħħtu f 'din l-għaqda ta' pajjiżi, fuq diversi kwistjonijiet fosthom fuq il-kwistjoni tal-armonizzar tat-Taxxa. Naturalment, hemm l-opportunitajiet ukoll li dan l-aħħar żvilupp drammatiku jista' jħalli fuq pajjiżna, fosthom fil-qasam edukattiv fejn huwa mistenni li minħabba żidiet qawwijin fil- miżati, tiżdied id-domanda għal korsijiet terzjarji u post-terzjarji bil-lingwa Ingliża f 'pajjiżna. Huwa ta' benefiċċju wkoll li minħabba r-relazzjonijiet b'saħħithom bejn Malta u r-Renju Unit, aħna nistgħu nservu ta' pont bejn l-UE u l-gżira Brittanika, speċjalment fid-dawl tal- fatt li meta Malta jkollha l-Presidenza tal-UE s-sena d-dieħla, se tkun responsabbli minn negozjati li għandhom ifasslu qbil ta' kif ir-Renju Unit se joħroġ mill-UE. Dan ifisser li minn din it-traġedja Ewropea, Malta tista'għal darb'oħra isservi ta' pont essenzjali u importanti bejn partijiet differenti f 'sitwazzjonijiet diplomatiċi li jistgħu jkomplu jgħarrqu lill- UE minflok jgħinuha. Għalhekk dan huwa l-mument li pajjiżna, minflok jintilef fil-ħolm li jħallina l-art u f 'ideat li jħalluna barra, waħedna fil-kesħa tal-iżolazzjoni, jirrijaferma l-vokazzjoni Ewropea tiegħu billi jaċċerta li jkun parti ċentrali minn tranżizzjoni kalma f 'dan il-baħar imqalleb. Jekk ma nafu dan lil ħadd, nafuh definittivament għas- suppost spirtu Ewropew li nħaddnu u għar-Renju Unit, li dejjem kien u nisperaw li jibqa' alleat tajjeb u ħabib fil- mumenti tal-bżonn. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016