Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 511 • 31 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva ma' Eleanor Bezzina Ara paġni 34 u 35 BACK TO SCHOOL BACK TO SCHOOL Agostino Matrenza Street, San Gwann (behind Junior's Toy Shop) T: 27132214 M: 79578738 E: globalhomelimited@gmail.com Domus Malta Trabi Maltin jingħataw il-morfina minn Veronica Lynn Mizzi TMINT itrabi kellhom jingħataw il-morfina matul is-sena li għaddiet minħabba li waqt it-tqala, l-omm kienet qed tagħmel użu mill-eroina. Minkejja dan, minn total ta' 13-il tarbija li twieldu matul l-2015 lil ommijiet li jieħdu d-droga, ħamsa minnhom ma kellhomx bżonn jieħdu l-morfina jew jieħdu xi tip ta' trattament jew terapija partikolari. Fil-fatt, dawn it-trabi marru lura d-dar mal-omm wara ġimgħa mit-twelid. L-ommijiet kienu kollha jieħdu l-eroina, methadone jew opjaċi oħra. Din is-sena hemm ħames nisa li jużaw id-droga u qed jistennew tarbija u ħamsa oħra li diġà welldu matul din is-sena. Minkejja dawn in-numri, Dr. Anna Maria Vella mid-detox unit temmen li hemm ħafna iktar ommijiet li jieħdu d-droga u ma jirrikorrux għall-għajnuna, minħabba l-biża' li se jitteħdulhom it-tfal. Waħedha, tattakka u tweġġa' tmien Pulizija minn Ruben Anthony Xuereb ILĠIMGĦA li għaddiet, il-Pulizija kienet infurmata li fi Triq tal-Barrani, quddiem il-LIDL kien hemm mara li kienet qed tiġri ħafja f 'nofs ta' triq, bil-periklu li tintlaqat minn xi karozza u tweġġa'. Minn stħarriġ li sar wara l-inċident, irriżulta li l-mara hi Diane Bajada, xebba Busuttil, oħt il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil. L-istess mara, kienet involuta f 'argument ta' allegat vjolenza domestika li jinvolvi l-eks raġel tagħha, Eucharist (Chris) Bajada ftit tal-ġimgħat ilu, fejn dan, issa jinsab mixli l-Qorti fuq akkużi ta' vjolenza domestika. Minn informazzjoni li għandha din il- gazzetta, jidher li l-passi kontra Chris Bajada ttieħdu taħt pressjoni biex il-każ kontrih jitmexxa f 'qasir żmien, minkejja l-fatt li fid-diżgwid ta' bejnu u bejn Diane Bajada, instemgħet biss il-kelma tagħha kontra dik tiegħu, mingħajr ma nstema' ebda xhud affidabli. L-argument allegatament vjolenti mal-eks raġel, ma jidhirx li serva ta' detriment biex Diane Bajada ma tidħolx f 'aktar inkwiet. Sorsi qrib tal-Pulizija qalu lill-ILLUM kif nhar l-20 ta' Lulju, wara r-rapport dwar mara fi Triq tal-Barrani, l-ewwel żewġ uffiċjali tal-Pulizija li waslu fuq il-post sabu lill-mara tiġri ħafja u ssabbat fuq il-karozzi li kien hemm għaddejjin mit- triq traffikuża, jew weqfin fuq id-dwal tat-traffiku. Tkompli f 'paġna 6 Ara paġni 10 u 11 Ara paġni 14 u 15 L-ewwel 5 Boutique Hotel f 'Għawdex Jindika li jista' joħroġ mal-PL Ara paġna 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016