Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
minn Veonica Lynn Mizzi MEDJA ta' 15-il tarbija fis-sena titwieled lil omm li tabbuża mill-eroina. Fil-fatt, matul is-sena li għaddiet, kien hemm 13-il każ b'kollox. Minkejja dan, mhux kull waħda minn dawn it-trabi tirrikjedi trattament differenti għal dak ta' trabi oħra u infatti, dawn ikunu jistgħu jmorru d-dar ma' ommijiethom wara ġimgħa li jkunu twieldu. Fl-2015, kienu tmienja dawk it-trabi ta' twelid li kellhom bżonn jingħataw il-morfina bħala trattament sabiex tinqata' d-dipendenza tagħhom fuq l-opjaċi li tkun ġiet mgħoddija tul it-tqala. It-trabi imbagħad, jiġu eżaminati b'mod regolari minn pedjatra speċjalizzata sabiex ikunu ċerti li t-tarbija tkun qed tiżviluppa b'mod tajjeb. Din is-sena, diġà twieldu ħamest itrabi lil dawn l-ommijiet waqt li ħames ommijiet oħra li jużaw id-droga, qegħdin jistennew tarbija. Dan joħroġ minn intervista li għamlet l-ILLUM ma' Dr. Anna Maria Vella, li hi tabiba fis-sezzjoni tad-Detox, li partikolarment ilha ssegwi n-nisa tqal għal dawn l-aħħar 21 sena. Fil-fatt, Vella tistqarr li mill-esperjenza tagħha, li kieku kellha tikklassifika liem huma dawk is-sustanzi li l-iktar jagħmlu ħsara lit- tarbija waqt it-tqala, tpoġġi l-alkoħol fl-ewwel post. "Li tieħu l-alkoħol waqt it-tqala hu ħafna agħar mill-eroina, u d-dannu li ssir fuq it-tarbija huwa permanenti, bit-tarbija qatt ma tkun tista' tilħaq il- potenzjal tagħha mentalment. U dan sempliċiment minħabba li l-omm tkun xorbot." Vella sostniet li s-sustanzi hekk meqjusa legali huma l-iktar li jagħmlu ħsara fuq it-tfal, waqt li tpoġġi s-sigaretti fit-tieni post. "Sigarett iddum tpejpu forsi ftit inqas minn ħames minuti, u f 'dak il-ħin kollu, lit-tarbija tiegħek, mhux tagħtiha ossiġnu. Li tħalli tarbija li għadha qed tiżviluppa mingħajr ossiġnu, tħalli effetti kbar fuq il-moħħ, fin-nifs, fost ħafna effetti oħrajn." It-tabiba kompliet tgħid kif fit-tielet post tal-aktar sustanzi li jagħmlu dannu, titfa' l-pilloli li ħafna drabi jiġu abbużati bħall- kalmanti, jew l-anti-dipressivi, warajhom jiġu l-amfetamini, il- kokaina u fl-aħħar tiġi l-eroina. "Ħafna drabi nittimbraw lin-nisa li jieħdu l-eroina bħala nisa kattivi, u ngħidu kemm huma mill-agħar u x'qed jagħmlu lill-uliedhom, imma fil-verità, l-eroina hija l-inqas waħda tossika minn dawn is- sustanzi." 'L-agħar parir li tista' tagħti hu biex tieqaf tieħu d-droga' Anna Maria Vella kompliet issostni li għalkemm kapaċi tinstema' kontradittorja, l-agħar parir mediku li tista' tingħata mara tqila li tieħu l-eroina hi li tieqaf teħodha. "Jekk mara tqila li tieħu l-eroina, tieqaf teħodha, din titlef it-tarbija u jkollha korriment fi ftit ġranet. Is-sintomi li jkollha t-tarbija tan-nuqqas li tħoss mid-droga, ikunu kbar ħafna." Tkompli tispjega li ma tistax taqbad u twaqqaf l-eroina f 'daqqa, iżda jeħtieġ li tieħu sostitut għaliha. Fil-fatt, tkompli tispjega Vella, meta titwieled it- tarbija, din se jkollha effetti ta' nuqqas ta' droga, dak li jissejjaħ 'withdrawal symptoms'. "Għalhekk aħna nosservawhom biex naraw is-sintomi li jkollhom. Fost is-sintomi li jibdew wara madwar 24 siegħa mit-twelid, ikun hemm trabi li jitriegħdu, oħrajn li jkunu se jirremettu, u jkunu irritabbli. Jekk it-tarbija turi xi sintomi minn dawn, jintbagħtu l-NPICU li hu l-intensive care unit tat-trabi, u hemm jibdewlhom il-morfina għal ċertu ġranet," spjegat Vella. Kompliet tgħid kif meta t-tarbija imbagħad tkun stabbli, jibdew inaqqsu d-doża, u f 'madwar tliet ġimgħat, it-tarbija tkun kompletament mingħajr droga, u l-ebda withrawal symptoms. "Ma tkunx għadha dipendenti fuq id-droga, u hi tarbija normali," tkompli tgħid Vella. Kien illum | Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Aħbarijiet 10 TECHNICAL ATTACHÈ Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Technical Attachè f'oqsma varji ta' policy fi Brussell (Belgju) fi hdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Gimgha, 12 ta' Awwissu 2016. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Lulju 2016. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://opm.gov.mt/en/PAHRO/RESOURCING/Pages/Forms%20and%20Templates/Forms-and- Templates.aspx 'L-alkoħol u s-sigaretti huma agħar L-ILLUM titkellem ma' Dr. Anna Maria Vella dwar in-nisa tqal li jużaw id-droga Ħebb għaliha għax tilfitlu 85 kalzetta SIRJAN ta' 43 sena ingħata l-libertà proviżorja wara li ammetta li ħebb għas- sieħba tiegħu u heddidha bi vjolenza quddiem it- tfal minorenni tagħhom. Ir-raġel, li ismu u dawk tal-partijiet l-oħra ma jistgħux jixxandru fuq ordni tal-Qorti, ġie ordnat biex ma jkellimx u ma jagħmilx kuntatt dirett mas-sieħba tiegħu. Wara li ammetta l-akkużi, ir-raġel talab jindirizza lill-Qorti biex jiċċara xi punti li tqajmu fir-rapport li sar lill- pulizija. Taħt ġurament, ir-raġel insista li qatt ma refa' jdejh fuq it-tfal u li kien jirrabja mas-sieħba biss meta kien jasal lura d-dar wara ġurnata xogħol u jsib is-sink mimli platti maħmugin. Inkella, qal, ħafna drabi kien jispiċċa jkollu jsajjar u jaħsel il-ħwejjeġ hu wkoll wara x-xogħol. Hu qal li ma setax jiflaħ iktar imġiba bħal din mis- sieħba tiegħu, u forsi kien għalhekk li kien jgħolli ftit leħnu. Bid-dmugħ f 'għajnejh u vuċi miksura, wara lejl imqatta' fil-lock-up tal-pulizija, ir-raġel qal li s-sieħba tiegħu kienet anke tilfitlu mal-85 kalzetta; waħda minn kull par, biex issa spiċċa b'85 kalzetta kollha differenti.