Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum www.mita.gov.mt Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq il-web portals : Din is-sejħa għal informazzjoni tista' tiġi mniżżla b'xejn minn fuq is-sit tal-MITA : www.mita.gov.mt/r - Cloud Services – R088/16 Data ta' ħruġ: 18 ta' Lulju 2016 / Data ta' għeluq: 16 ta' Settembru 2016 Kull min hu interessat f 'din is-sejħa għal informazzjoni hu mitlub jibgħat l-informazzjoni meħtieġa sal-Ġimgħa 16 ta' Settembru 2016. Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' email fuq cmd.mita@gov.mt u jiġu kkwotati kemm it-titlu kif ukoll in-numru ta' referenza tas-sejħa għal informazzjoni. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QIEGĦDA TAGĦMEL SEJĦA GĦAL INFORMAZZJONI Sejħa għal INFORMAZZJONI www.gov.mt agħar mill-eroina fuq it-tarbija' hemm diversi filmati fuq siti soċjali li jġibu t-trabi jirtogħdu u jbatu minħabba li jkunu neqsin mid-droga u għal dan, Vella tgħid li, "t-trabi tagħna ma nħalluhom qatt jaslu f 'dak l-istat għaliex nagħtuhom il- kura li għandhom bżonn." 'Aħjar li t-tfal jibqgħu mal- omm naturali tagħhom' Minkejja dan, din il-gazzetta staqsiet jekk imbagħad ikunx hemm xi effetti fit-tul li jibqgħu fuq it-tarbija. "Minn studji li saru deher li fit-tul, jiġifieri fi tfal sa tliet snin u iktar, jekk l-omm tieħu ħsiebhom u tkun mamà tajba, it-tfal ma jidhirx li jkollhom effetti permanenti. Il-problema hija t-trobbija ħażina, u għalhekk ma nistgħux ngħidu li kull omm li ħadet id-droga hi omm ħażina." Vella qalet li fil-21 sena ta' esperjenza tagħha rat ħafna tipi ta' interventi, u fiż-żmien kienu awtomatikament jittieħdu t-tfal minn mal-omm meta jsiru jafu li din tabbuża mill-eroina. Minkejja dan, Vella hi kritika ta' din it-tip ta' sistema hekk kif issostni li t-tfal mhumiex aħjar minn dawk li baqgħu mal- ġenituri tagħhom. "Imma jekk l-omm, tibqa' tipprostitwixxi ruħha u ma tiħux ħsieb tagħha nnifisha u tat-tfal, dawn mhux se jitħallew magħha," tkompli tgħid Vella. Tgħid ukoll li l-ikbar akkwist fil-programm offrut minn dan iċ-ċentru kien meta tneħħiet il-biża' li jekk it-tfajla se tfittex l-għajnuna, se titteħdilha t-tarbija. Vella qalet li "kif in-nisa bdew jifhmu li aħna ma neħdulhomx it-tfal, iktar jagħmlu kuraġġ biex itejbu ħajjithom." Fil- fatt, mit-13-il omm li welldu s-sena li għaddiet, tlieta biss itteħdulhom it-tfal biex intbagħtu f 'foster care, b'waħda minn dawn it-tliet ommijiet qiegħda ssegwi programm sabiex ma tibqax dipendenti fuq id-droga. Għaldaqstant, ir- rata ta' ommijiet li jżommu lil uliedhom hi waħda tajba ħafna, b'10 minn 13-il tarbija tibqa' ma' ommha. Meta din il-gazzetta staqsiet jekk it-tfal jibqgħux mal-omm anke jekk din tibqa' tieħu d-droga, Vella tgħid li dan jiddependi. "Illum jeżistu nies li jgħidulek li l-ġimgħa kollha jkunu sew, imma mbagħad, is-Sibt filgħaxija jkunu jridu xi ħaġa. Allura dawn jieħdu lit-tfal għand in-nanniet u imbagħad imorru għalihom il-Ħadd filgħodu wara li jkunu ħarġu l-jum ta' qabel." Vella tgħid li biż-żmien, dawk il-każi wrew li huma ommijiet tajba. Fil-fatt issostni li mill-esperjenza tista' tgħid li l-aqwa omm għall-ulied hi l-omm naturali tagħhom, u l-ikbar inkwiet tal-ulied fil-fatt huma l-ġenituri tagħhom. "Meta t-tfal jittieħdu minn mal-ġenituri tagħhom, jgħidulna, 'Make mummy better' u jibgħu jinkwetaw fuq il-ġenituri tagħhom u mbagħad it-tfal ma jirnexxilhomx jgħixu normali ma' familja oħra għax huma jsiru l-carers tal-ġenituri tagħhom," kompliet tgħid Anna Maria Vella. 'Il-maternità ġġegħelhom jibdlu ħajjithom' Anna Maria Vella titkellem dwar is-sens qawwi ta' maternità li għandha fiha l-mara, u tant kemm dan l-aspett huwa qawwi, li jispiċċa jkun punt importanti sabiex mara li tkun qed tieħu d-droga, tiddeċiedi biex tibdel ħajjitha. "Tara ħafna nisa li qabel ikunu jiġru 'l hemm u 'l hawn, imma hekk kif isiru jafu li qed jistennew tarbija, jagħmlu l-almu tagħhom biex jippruvaw itejbu ħajjithom. Hawn min mhux mal-ewwel tqala jagħmel hekk, imma jibda jħoss dan il-bżonn mat-tieni, jew it-tielet tqala, u aħna nibqgħu nagħtu l-appoġġ tagħna" tispjega Vella. Meta tarbija jkollha bżonn tingħata trattament sabiex ma tkunx dipendenti fuq id-droga, wara xi żmien tintbagħat f 'wards bħal Disneyland, fejn hemm ikunu jistgħu joqogħdu mal-omm 24 siegħa kuljum. Vella tgħid li, "jkun hemm nisa li ma jimpurtahomx u jħallu t-tarbija hemm u jitilqu, imma l-maġġoranza assoluta tal- ommijiet lanqas biss jiċċaqalqu minn ħdejn uliedhom." 'L-Ewropa ċċertifikat li għandna l-aqwa programm' It-tabiba Vella tkellmet dwar is-servizz li ċ-ċentru tad- detox joffri lil dawn in-nisa li jkunu qed jużaw id-droga. Tgħid kif dawn, flimkien ma' professjonisti oħra, ikollhom diskussjonijiet dwar kif se tkun qed tipproċedi t-tqala u x'inhuma l-pjanijiet għal wara t-tqala, minbarra laqgħat regolari bejn il-kapijiet tad- dipartimenti fl-isptar li dawn l-ommijiet se jiġu bżonn meta jkunu se jwelldu. "Dan il-'care plan' ġie magħżul mill-Ewropa bħala l-aqwa prattika fl-Ewropa, għaliex aħna nieħdu ħsiebhom ħafna u nixmu mal-ommijiet pass pass. Fil-fatt, f 'Settembru li ġej se jiġi għat-tielet darba, grupp ta' professjonisti għat-taħriġ mill- Eġittu, biex inħarrġuhom kif għandhom jiġu segwiti dawn in-nisa," żiedet tgħid Vella. "Jekk mara tqila li tieħu l-eroina, tieqaf teħodha, din titlef it- tarbija fi ftit ġranet" Akkużat li seraq 16-il ġiżirana minn fuq anzjani RAĠEL ta' 27 sena mill- Belt Valletta ġie mressaq il-Qorti u mixli b'16-il każ ta' serq ta' ġiżirajjen minn fuq nisa anzjani bejn Novembru tas-sena l-oħra u Mejju ta' din is-sena. Il-pulizija akkużat lil Kersten Camilleri li wettaq ir-reati fil-Ħamrun, Ħal Qormi, Birkirkara u l-Belt Valletta u li kkawża ġrieħi ta' natura gravi fuq ħafna min-nisa. Camilleri kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta' sentenza sospiża għal sentejn li kien ingħata f 'Novembru 2012. L-avukat tiegħu Arthur Azzopardi, ma talabx għal-libertà provviżorja u l-akkużat inżamm taħt arrest. Il-Maġistrat Claire- Louise Stafrace semgħet il-kawża. L-ispetturi Robert Said Sarreo u Robert Vella ressqu l-akkużi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016