Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Sports 30 Stennija kbira għall-Olimpjadi minn Cristian Antony Muscat AVVENIMENT ferm mistenni ta' kull erba' snin huwa dak tal-Olimpjadi. Propju mill-5 sal-21 t'Awwissu li ġej, se jkun qed isir il-Logħob Olimpiku ġewwa Rio fil-Brażil, fejn se jkun qed jiġi fis-seħħ festival mill-isbaħ ta' sport, permezz ta' diversi dixxiplini sportivi. F'dawn il-Logħob, huma mistennija jieħdu sehem record ta' pajjiżi f 'numru daqstant ieħor record ta' dixxiplini sportivi differenti. Iktar minn 10,500 atleta ġejjin minn 206 Kumitati Olimpiċi Nazzjonali, fosthom dak Malti, huma skedati li jieħdu sehem waqt dawn il-Logħob. Fost dawn, se jkun hemm ukoll żewġ pajjiżi li se jkunu qed jagħmu dan għall- ewwel darba. Dawn huma l-Kosovo u s-Sudan. Bi 306 sett ta' medalji, il-Logħbiet se jkunu qed jinkludu 28 sport Olimpiku - fosthom ir- rugby sevens u l-golf, li ġew miżjuda bħala sport olimpiku mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali lura fl-2009. Dawn l-avvenimenti sportivi se jkunu qed isiru fi 33 post differenti fil-belt ospitanti ta' Rio, u f 'ħames postijiet oħra fl-ibliet kbar ta' Sao Paulo; l-ikbar belt fil-Brażil, Belo Horizonte, Salvador, Brasilia li hija l-belt kapitali tal-Brażil u Manaus. Dawn se jkunu wkoll l-ewwel Logħbiet Olimpiċi taħt il-presidenza ta' Thomas Bach bħala president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Interessanti huwa l-fatt li Rio se tkun l-ewwel belt mill-Amerika ta' lsfel li se tkun qed tilqa' fiha l-Olimpjadi. Dawn se jkunu wkoll l-ewwel Olimpjadi li se jkunu qed isiru f 'pajjiż li jitkellem bil-Portugiż, waqt li se tkun ukoll l-ewwel edizzjoni li se tkun qed issir fl-istaġun tax-xitwa tal-pajjiż ospitu, għalkemm fl-Ewropa jkun is-sajf. Barra minn hekk, din l-edizzjoni se tkun ukoll l-ewwel waħda li se tkun qed issir fl-Amerika Latina sa mill-1968, kif ukoll l-ewwel waħda sa mis-sena 2000 u t-tielet waħda overall li se tkun qed issir fl-Emisfera tan-Nofsinhar. Dawn l-ewwel Olimpjadi se jkunu wkoll l-ewwel Logħob tax-xorta tagħhom, li se jkunu qed isiru fl-Amerika ta' Isfel, biex b'hekk l-Afrika għadu l-uniku kontinent li fih qatt ma saret edizzjoni tal-Olimpjadi. Din se tkun ukoll l-ewwel edizzjoni tal-Olimpjadi li fiha kemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ kif ukoll dik tal-għeluq mhumiex se jkunu qed isiru fi stadium tal-atletika, hekk kif dawn se jkunu qed isiru fil-Maracana Stadium minflok, li huwa stadium tal-football magħruf mad-dinja kollha. L-avvenimenti se jkunu qed iseħħu f '34 post differenti, mifruxa fuq erba' distretti li huma Barra de Tijuva, Copacabana, Deodoro u Maracana. Il-logħbiet tal-aktar sport popolari, il-football, se jkunu qed jintlagħbu f 'diversi stadia barra mill-belt ta' Rio. Id- distrett ta' Barra de Tijuva li jinsab fin-nofsinhar ta' Rio se jkun qed jilqa' fih l-aktar dixxiplini sportivi fosthom il-boxing, table- tennis, badminton, ġinnatsika u l-maġġoranza tal-avvenimenti tal-atletika. Barra minn hekk, il-villaġġ Olimpiku u anke dak Paralimpiku jinsabu f 'din iż-żona. Id-distrett ta' Copacabana li jinsab ferm viċin tad-distrett ta' Barra de Tijuva, u li huwa tant magħruf għall-bajja li hija twila xejn inqas minn erba' kilometri, se tkun qed tilqa' diversi sport fosthom dak tal-qdif, ibburdjar, atletika, canoeing, kayaking u beach volleyball. Iż-żona msejħa Deodoro li tinsab fil-Punent tal-belt ta' Rio, se tkun qed tospita seba' kompetizzjonijiet Olimpiċi, li huma l-pentathlon modern, sparar, l-isport ekwestriju, iċ-ċikliżmu (Mountain Bike u BMX), canoeing u kayaking kif ukoll il-fencing. Id-distrett tal-Maracana jinkludi fih l-istadium famuż mad-dinja kollha tal-Maracana, li se jkun qed jilqa' fih kemm iċ- ċerimonja tal-ftuħ kif ukoll dik tal-għeluq tal-Olimpjadi, flimkien ma' xi logħbiet tal- football. Dan l-istadium jista' jilqa' fih massimu ta' 90,000 spettatur, li jfisser xejn inqas minn 10,000 spettatur iktar milli tesa' l-arena prinċipali tal-Park Olimpiku ta' Londra fl-Ingilterra. Il-kompetizzjonijiet tal- maratona u tal-arċerija se jkunu qed isiru fis- Sambodromo Stadium, waqt li l-avvenimenti tat-trakka u tal-field athletics se jkunu qed isiru fil-Joao Havelange Stadium, li oriġinarjament kien jesa' 45,000 spettatur, iżda li għal dawn il-Logħob se tkun qed tiżdiedlu l-kapjenza għal 60,000 spettatur. Rimarkabbli huwa l-fatt li matul dan il-Logħob Olimpiku, se jkun riintrodott l-isport tal-golf, wara assenza ta' xejn inqas minn 112-il sena. Dan l-isport huwa ferm popolari f 'Rio, fejn fl-aħħar 10 snin, attira l-interess ta' madwar 17,000 player ġdid f 'din il-belt. Barra minn hekk, dak li huwa magħruf bħala Rugby Sevens, fejn timijiet tar-rugby ikunu komposti minn seba' players u mhux minn 15, ukoll se jkunu qed jieħdu sehem waqt dawn l-Olimpjadi, waqt li l-windsurfing se jkunu mneħħija mill-programm tal- ibburdjar u se jkun mibdula mill-kite surfing. Intant, it-triathlon, barra li se tkun parti mil-Logħob Olimpiku se tkun ukoll parti mil- Logħob Paralimpiku għall- ewwel darba fl-istorja. Huwa fatt magħruf li l-Brażil huwa l-aktar magħruf għall-football, iżda hemm sport ieħor li fih il-Brażiljani impressjonaw ferm fl-aħħar snin, u li forsi wieħed ftit li xejn jagħti kas. Fost dawn hemm il-beach volleyball, fejn tajjeb wieħed jiftakar li fl- Olimpjadi tal-2012 f 'Londra, id-duo Alison Cerutti u Emanuel Rego rebħu medalja tal-fidda f 'dan l-isport waqt li Larissa Franca u Juliana Felisberta rebħu l-bronż. Sport ieħor li l-Brażiljani jimpressjonaw fih huwa dak tal-judo, fejn fl-Olimpjadi ta' Londra, huma rebħu medalja tad-deheb u tlieta tal-bronż. L-aspettattivi tal-Brażiljani f 'dawn iż-żewġ dixxiplini msemmija huma kbar għal- Logħob Olimpiku ta' Rio. Il-motto ta' dawn il- Logħbiet se jkun 'Viva Sua Paixao', li jfisser 'Għix il- Passjoni Tiegħek'. Interessanti huwa l-fatt li kull stadium, ħlief għall-Morambi Stadium, intuża għat-Tazza tad-Dinja tal-Football fl-2014 li kienet saret ukoll fil-Brażil. Il-logo uffiċjali tal-Logħob Olimpiku ta' Rio huwa kompost minn tliet figuri li jirrapreżentaw il-muntanja famuża 'Sugarloaf ' li tinsab f 'Rio stess u li hija għolja xejn inqas minn 396 metru. L-istess logo jinkludi fih ukoll it-tliet kuluri li jinsabu fuq il-bandiera Brażiljana, jiġifieri l-blu, l-aħdar u l-isfar. Fost l-aktar pajjiżi li mistennija jittrijonfaw waqt dawn l-Olimpjadi, bħall- edizzjonijet preċedenti, hemm l-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja. Intant, seba' atleti Maltin se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta waqt dawn l-Olimpjadi. Dawn se jkunu t-tiraturi William Chetcuti u Eleanor Bezzina, l-għawwiema Nicola Muscat u Andrew Chetcuti, li se jkun qed iġorr il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal- Il-Villaġġ Olimpiku ta' Rio de Janiero

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016