Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum SPORTSillum 27 Fiduċja assoluta fil-President tal- MFA Norman Darmanin Demajo minn Cristian Antony Muscat WARA stennija kbira, ilbieraħ saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal- MFA f 'lukanda ewlenija fil-Furjana. Fil-bidu tal- laqgħa nqara r-rapport amminstrattiv mis- Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo, li ta rendikont dettaljat ta' x'għaddiet minnu l-MFA matul l-aħħar sena. Ma setax jonqos li huwa jelenka id-diversi tragwardi li laħqet l-MFA matul is-sena li għaddiet, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' settur tal-'grassroots', edukazzjoni tal-kowċis u 'Football Social Responsibilty'. Wara kien imiss li jinqara r-rapport finanzjarju mit- Teżorier Ivan Mizzi, fejn ġie mħabbar kif l-MFA matul is-sena li għaddiet l-MFA irreġġistrat dħul ta' €6,127,128. Dan intlaħaq f 'temp ta' għaxar xhur sal- aħħar ta' Marzu li għadda. Min-naħa l-oħra, l-infieq tal-MFA kien dak ta' €3, 639, 559 b'deprezzament ta' €710,505 li jammonta għal total ta' €4, 340,064. Dan ifisser li l-MFA għamlet profitt ta' xejn inqas minn €1, 787,114 li minnu jrid jonqos l-ammont ta' € 97,248 għall- profitt nett ta' €1, 582,020. Kif kien mistenni Norman Darmanin Demajo ġie kkonfermat bħala president tal-MFA b'116-il vot favur u 18 kontra. Dan jindika vot qawwi favurih li jirrifletti bl-aktar mod ċar il-fiduċja sfieqa fih fit-tmun tal-MFA bħala president għall-akbar ġid tal-football Malti. Dan ifisser perċentwal ta' 86.56% favurih minn vot ta' dawk kolha li kienu eliġibbli, jiġifieri 134 persuna. Tħabbru wkoll it-tliet membri viċi presidenti tal-MFA, li huma Dr Chris Bonett b'119-il vot, fit- tieni post spiċċa Ludovigo Micallef bi 93 vot, u fit- tielet post spiċċa Alex Manfre b'74 vot. Intant, iż-żewġ kontestanti l-oħra Angelo Chetcuti u Victor Cassar temmew fir-raba' u l-ħames post bi 58 u 28 vot rispettivament. Wara din l-elezzjoni, it-Teżorier Ivan Mizzi ġie wkoll approvat b'mod unanimu. Immedjatament wara din l-elezzjoni kien imiss li ssir l-elezzjoni għall-membri tal-Eżekuttiv Overall tal-MFA, fejn Michael Cutajar u Paul Falzon ġew eletti meta huma kisbu 75 vot u 71 vot rispettivament. Min- naħa l-oħra, Joseph Borg u Mauro Miceli ma ġewx eletti hekk kif kisbu 51 u 40 vot rispettivament. Il-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo flimkien mal-kumplament tal-amministrazzjoni tal-MFA jindirizzaw il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA Ritratti: Chris Mangion Norman Darmanin Demajo, il-president ikkonfermat tal-MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016