Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum Intervista 13 għall-akbar difensur tal-għasfur Dr Mort ukoll l-Amerka t'Isfel, u pajjiżi bħall-Brażil, Arġentina u Costa Rica li huma pajjiżi tal-ġenn. Joe qal kif is-safar barra jużah kemm biex jara l-għasafar, u anke biex niltaqa' ma' popli u kulturi differenti u nsir naf kif jgħixu. "Ara x-xjuħija ma dddejaqnix. Niddejjaq biss li m'għadnix żagħżugħ għax baqa' xi postijiet fid-dinja li nixtieq inżur." Joe qal li hu kien fortunat għax meta kien mal-Gvern, kien jagħmel parti mill-ambjent u jirrapreżenta lil Malta fil-Kunsill tal-Ewropa. Xogħol li ħadu f 'madwar 40 pajjiż biex jagħmel 'appraisal reports'. Semmieli xi gżejjer li kważi ħadd ma sema bihom u hemmhekk ra ġenna ta' għasafar ibejtu. Pajjiż jew aħjar poplu li affaxinah hu dak Ġappuniż, fiż-żona ta' Hokkaido fejn hemmhekk ra poplu sħiħ jaħdem volontarjament mal-gvern biex konferenza internazzjonali tirnexxi. "Il-Ġappun tal-ġenn u hemm nies li bħalhom m'hawnx fid-dinja". Il-BirdLife mhix daqstant popolari f 'Għawdex Iżda Joe ma jdumx kwarta jitkellem fuq suġġett li ma jerġax idur fuq l-għasafar fejn qalli li f 'Malta mill-2,000 membru hawn l-aktar membri żgħażagħ fil- Birdlife, iżda dispjaċut li fil-gżira fejn inħolqot din l-assoċjazzjoni, jiġifieri Għawdex hemm l-inqas membri. "Għax Għawdex hemm kultura li ma jkunux membru fl-ebda klabb jew assoċjazzjoni. Lanqas membri fi klabbs tal-banda ma ssib min irid jidħol. Hawn kultura li ma jidħlux membri. Anke politikament, ma jintrabtux wisq bil-miftuħ ma' xi karru jew ieħor, inkella jgħidulek lil min ivvutaw. Il-vot hu sigriet u ħadd ma jgħidlek lil min ivvota. Dik hi l-kultura tagħna l-Għawdxin. Jien stess ma ngħidx lil min nivvota iżda ngħid biss li m'hemmx ċans li nivvota jew xi darba vvutajt lil min hu favur il-kaċċa u l-insib," kompla jgħid Joe Sultana. 'Minn 100 politiku, żgur issib 10 briganti minnhom' U la qbadna fuq il-politika staqsejtu x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-politika "Infakkrek biss li Kristu għażel l-appostli hu u minn 12 li għażel kien hemm wieħed li ttradih. Minn 100 politiku żgur li se ssib 10 briganti minnhom. Iżda hemm ħafna politiċi li għamlu u jagħmlu ġid lill-poplu Malti u Għawdxi." Bis-safar tiegħu, Joe iltaqa' ma' diversi reliġjonijiet, allura tlabtu kif jħares lejn ir-reliġjon, "Ara l-fanatiżmu, tkun xi tkun ir-reliġjon hu ħażin. Trabbejt Kattoliku fejn missieri kien jeħodni l-Knisja kuljum u l-Ħadd irrid nisma' lill- arċipriet idawwar tliet sentenzi bil-Latin għal priedka sħiħa li tieħu siegħa. Nemmen li trid tirispetta kull reliġjon u naħseb li l-problema li hawn bħalissa hu li mhux kull reliġjon għandha kap li jmexxiha bħalma r-reliġjon Kattolika għandha lil dan il-Papa li hu sempliċiment tal-ġenn." 'L-Għawdxin meqjusin bħala ċittadini tat-tieni klassi' Għalaqna l-argument tagħna dwar jaħsibx li l-kultura Għawdxija hix differenti minn dik Maltija, "Il- kultura Għawdxija hi bħal dik ta' ċertu rħula żgħar f 'Malta. Aħna Għawdex dejjem konna magħduda bħala ċittadini tat-tieni klassi u għadna meqjusa hekk sal-lum minn ħafna. Anke meta kont ngħallem f 'Malta kont inħossha ħafna din. "Idejjaqni dan il-fatt kif iħarsu lejna l-Maltin, li jaħsbuna injoranti. Li ma tkunx taf skola ma jfissirx li int injorant. L-injorant hu dak li ma jindunax li ma jaf xejn u jagħmilha tal-bravu. Missieri ma kienx edukat iżda ma kienx injorant, għax kien jaf li ma jafx. Kien prudenti, kien joqgħod lura għax kien jaf li ma jafx. Ħares lejn Facebook, u tara nies li ma jafu xejn u jagħmluha ta' opinjonisti u politiċi, ta' mħallfin u ġurati," kompla jgħid Sultana. "Nibqa' nirispetta lil missieri li ma kienx jaf skola u għalhekk riedni bilfors nitgħallem l-iskola għax hu kien jaf kemm bata aktar minn żewġ ħutu li kienu għalliema. Jien kien moħħni biex niġri wara l-friefet u ħsiebni fin-natura iżda llum nirringrazzjah li baqa' jsostni li nsir għalliem. Ħaġa oħra li ma nistax għaliha hi li tkun Malta u jgħidulek 'lanqas tidher li int Għawdxi', bħal speċi qed jgħaddulek kumpliment meta jien kburi li jien Għawdxi." Joe Sultana qal ukoll li kultant hu l-Għawdxi stess li jġib fuqu dan kollu għax għad hemm min għandu kumpless ta' inferjorità meta jqabbel lilu nnifsu mal-Malti. Staqsejtu jekk l-Għawdxi ma jitkellimx bid-djalett tiegħu mal-Malti għax jistħi, u jsostni li mhux il-każ, hu hi naturali li l-Għawdxi ma jitkellimx bid- djalett meta jkun qed jitkellem ma' Malti. "Lill-Għawdxi nikkritikah għax ma jagħmilx l-affarijiet sew u għalih kollox jgħaddi u jagħmel kollox nofs kedda. Darba kienu kkritikawni għax jien kont għidt li rrid nara lil Għawdex presepju, u qaluli li huma ma jridux jkunu pasturi. Qas jien ma rrid inkun pastur imma Għawdex irridu jkun presepju bla pasturi għax hekk joħroġ il-ġmiel tiegħu." Mina jew pont? Meta staqsejtu jekk jaqbilx mal-mina jew pont qalli li hu jisimpatizza ma' min irid jaqsam kuljum għax-xogħol, "iżda irridu naċċettaw ir-realtà tagħna. Nemmen li hemm bżonn ikollna vapuri tajbin li jwasslu t-trakkijiet tagħna il-Belt u anke lill-ħaddiema tagħna. Issa jekk ikollna l-mina x'se nagħmlu għat-traffiku qawwi li jimla Għawdex? U l-Maltin b'Għawdex traffikuż se jiġu? M'iniex kontra kommunikazzjoni tajba biex l-Għawdxin ma jbatux. Joe qal li l-Gvern irid jaħseb fix-xjuħija f 'Għawdex għax il-ġenerazzjoni Għawdxija qed tixjieħ, "iż-żgħażagħ tagħna qed jitilqu lejn Malta. Qed jibnu l-familji tagħhom f 'Malta għax il-komunikazzjoni bejn il- gżejjer mhix tajba biżżejjed." "Għawdex m'għadux jiġbed lill-Għawdxin daqs kemm qed jiġbed lill-Maltin lejh," sentenza ta' min jixtarra li biha Joe temm l-intervista. Għawdex m'għadux jiġbed lejh lill- Għawdxin daqs kemm jiġbed lill- Maltin " " Joe Sultana, ornitoloġista u ko-fundatur ta' BirdLife Malta