Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum Sports 31 għall-Olimpjadi ta' Rio ftuħ, kif ukoll il-weightlifter Kyle Micallef li ħa post Rodmar Pulis, wara li dan weġġa' spalltu fil-ġimgħat li għaddew. Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll l-atleta Charlotte Wingfield, flimkien ma' Luke Bezzina li ġie nominat b'mod proviżorju mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jieħu post Kevin Moore li qed jaffaċċja akkużi ta' doping, wara li nstab pożittiv għal test tad-doping matul ix-xahar li għadda, liema aħbar ħasdet lill-isport lokali. Intant, waqt konferenza stampa li saret ftit tal- jiem ilu, fl-indirizz tiegħu, il-president tal-Kumitat OIimpiku Malti, Julian Pace Bonello, qal li Malta se jkollha l-akbar kontinġent tul l-aħħar 16 -il sena u l-għan tagħhom bħala kumitat huwa dak li kull atleta jipproduċi l-aqwa wirja jew riżultat possibli fid-dixxiplina sportiva partikolari li jkun qed jieħu sehem fiha. Huwa kompla billi bl-aktar mod voċiferu ċaħad rapporti li dehru f 'sezzjonijiet tal-media fil-jiem li għaddew u li fihom ġie rrapurtat li kien ingħata xi trattament preferenzjali lil ċerti atleti rigward selezzjoni għall-Olimpjadi, u qal li l-Kumitat OIimpiku Malti mmexxi minnu għamel dak kollu possibli biex Malta tkun tista' tikkompeti bl-aqwa team. Bi spunt għal dan, dan il-ġurnal talab lil Julian Pace Bonello jispjega fid-dettall kif ġew magħżula l-atleti u ta' min tkun l-aħħar kelma biex dawn jintgħażlu - jekk hux tal-assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet li minnhom jiġu l-atleti jew tal-Kumitat Olimpiku Malti. Huwa kien pront wieġeb li jkunu s-46 assoċjazzjoni jew federazzjoni membru fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti li jinnominaw lill-aħjar atleti tagħhom għall-għażla finali, imma mbagħad kollox jiddependi mill-Kumitat Olimpiku Malti biex jagħżel l-aqwa atleti possibli u li jistgħu jagħmlu isem għal pajjiżna. Dan isir wara bosta sessjonijiet ta' skrutinju min- nies esperti u midħla sew tad-diversi dixxiplini sportivi f 'pajjiżna. Hawnhekk, il-president tal-Kumitat Olimpiku Malti, ġie mistoqsi domanda oħra rigward jekk huma kinux inkludew l-isem ta' Nathan Lee Xuereb biex jiġi kkunsidrat mit-Tripartite Commission tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali - l-IOC. Dan għall-fatt li dan l-atleta li għamel unur kbir għal pajjiżna fl-aħħar snin, tħalla barra mil-lista tal-atleti magħżula għalkemm huwa rrankjat fl-34 post fid-Double Trap, mill-Federazzjoni Mondjali tal-Isparar. Julian Pace Bonello wieġeb li din kienet sitwazzjoni kemxejn delikata iżda kollox kien spjegat sal-inqas dettall lil Nathan Lee Xuereb innifsu f 'laqgħa li kienet saret miegħu lura f 'Jannar li għadda. Huwa kompla li dan it-tiratur żagħżugħ kien tħalla barra mil-lista finali tal-Kumitat Olimpiku Malti, għax ma kellux il-prerekwisiti meħtiega mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex ikun jista' jieħu sehem fil-kompetizzjoni tad-Double Trap tal-Olimpjadi. Min-naħa l-oħra, Eleanor Bezzina, li tieħu sehem fil- kompetizzjonijiet imsejħa '10 metre pistol indoor' u '25 metre outdoor' kellha l-prerekwisiti kollha meħtieġa biex tagħmel dan. Il-president tal-Kumitat Olimpiku Malti saħaq li mhux il-pjaċir tiegħu u lanqas tal-membri tal- Kumitat sħabu li joħolqu polemika, hekk kif l-għan ewlieni tagħhom huwa dak li jissalvagwardjaw l-interess tal-isport Malti u li jagħmlu minn kollox biex tkompli tinħoloq kultura sportiva f 'pajjiżna. Huwa għalhekk li huma jiddedikaw ammont twil ta' sigħat ta' xogħol li huwa kollu volontarju u mingħajr ebda interessi, ħlief dawk tal-akbar ġid tal-isport Malti. Dan il-ġurnal talab lill-istess Julian Pace Bonello xi jkun qed jiġri jekk sfortunatament iweġġa' xi atleta ftit jiem biss qabel dawn l-Olimpjadi, fejn huwa tenna li r-regoli tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jistipulaw li dan ma jistax ikun sostitwit minn atleta ieħor u għalhekk fl-eventwalità li jiġri dan, Malta jkollha tikkompeti b'atleta jew atleti inqas. Intant, dan il-ġurnal għamel mistoqsija lill-Kap tal-Mediċina fi ħdan il- Kumitat Olimpiku Malti, Dr Lucienne Attard, li tokkupa wkoll l-irwol ta' Kap tal-Organizzazzjoni Nazzjonali kontra d-Doping f 'Malta, iktar magħrufa bħala n-NADO, jekk tħossx li għandha kunflitt ta' interess rigward il-każ ta' doping ta' Kevin Moore. Dan hekk kif il-fatt li t-tabiba tal- Kumitat Olimpiku Malti tieħu ħsieb il-kontinġent kollu Malti mil-lat mediku, Kevin Moore jaqa' wkoll taħt l-awspiċi tagħha, waqt li simultanjament se tkun qed issewgi l-każ ta' doping tal- istess atleta Malti-Awstraljan. Iżda hija kienet pronta u wieġbet bl-aktar mod affermattiv li mhux minnu li hija t-tabiba personali ta' Kevin Moore, hekk kif dan jgħix ferm 'il bogħod minn Malta, fl-Awstralja, u hi mhix infurmata fuq il-ħajja medika tiegħu, hekk kif sa issa qatt ma kellha bżonn tagħmel dan. Hija aċċennat għall-fatt li taħtha jaqgħu l-atleti kollha Maltin u mhux Kevin Moore biss, u żgur li l-fatt li hija tinsab fit-tmun tan-NADO, se tkun qed tagħmel minn kollox biex ma tgħattix il-każ ta' doping ta' Kevin Moore, għalkemm tinsab ċerta mill- integrità assoluta ta' Kevin Moore. Tkellem ukoll ix-Chef de Mission, David Azzopardi, li bħal Julian Pace Bonello qal li xejn ma kien kuntent b'xi rapporti li dehru fil-media sportiva lokali fl-aħħar jiem u li jikkonċernaw il-Kumitat Olimpiku Malti, waqt li qal li l-atleti Maltin mhux se jkunu qed imorru għal vaganza f 'Rio, iżda se jkollhom test importanti biex juru eżattament xi jsarrfu fl-isport. Indirizza lil dawk preżenti wkoll, id-Direttur tal-Isport fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti, Mario Micallef, li wara li ħabbar l-ismijiet uffiċjali tas-seba' atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lil pajjiżna f 'Rio, qal li għalkemm pajjiżna huwa wieħed żgħir, jinsab ċert li l-atleti kollha Maltin magħżula mill-Kumitat Olimpiku Malti se jkunu qed jagħtu ġieħ u jagħmlu unur għal pajjiżna. Andrew Chetcuti Luke Bezzina Charlotte Wing eld Nicola Muscat Eleanor Bezzina William Chetcuti Kyle Micallef Il-maskot u ċjali tal- Olimpjadi - Vinicius