Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
minn Ruben Anthony Xuereb GĦATTIENI sena konsekuttiva, fl-2015 l-Uffiċċju tal-Ombudsman ra żieda fin-numru ta' lmenti li rċieva. Fil-fatt, fl-2015 l-uffiċċju ħa ħsieb total ta' 611-il każ, żieda ta' 13.5% fuq is-sena ta' qabel. Mill-ilmenti li rċieva l-uffiċċju tal-Ombudsman fl-2015, dwar dipartimenti varji tal- gvern, jidher li għat-tieni sena konsekuttiva, l-aktar li saru lmenti mill-pubbliku kienu fil-konfront tal-Water Services Corporation (WSC) u ARMS Ltd, il-kumpanija li tieħu ħsieb tipproċessa ħlasijiet tal- kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fil-fatt, il-WSC u ARMS bejniethom kienu kawża ta' 32 ilment, li jimmarka żieda ta' 23% fuq l-2014, meta fil-konfront ta' dawn iż-żewġ entitajiet kienu saru b'kollox 26 ilment. Fl-2013 saru 13-il ilment. Minkejja dan, l-2012 tibqa' l-aktar sena fl-aħħar snin li fiha saru lmenti kontra dawn iż-żewġ entitajiet flimkien, b'total ta' 44 ilment. Transport Malta ġew fit-tieni post għall-ammont ta' lmenti mressqa mill-pubbliku lill- uffiċċju tal-Ombudsman b'24 ilment, li ammontaw għad- doppju tal-ilmenti mressqa, fl-istess perjodu matul is-sena ta' qabel. Il-Kummisjoni għas-Servizzi Pubbliċi (PSC) daħlet għall- ewwel darba fil-klassifika tal-akbar ammont ta' lmenti u ġiet fit-tielet post, bi 22 ilment fir-rigward tagħha. Fir raba' post, u b'kuntrast kbir mis-snin ta' qabel, fejn ma kien hemm ebda lment, insibu d-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali li fl-2015 kiseb 21 ilment fil-konfront tiegħu. U fil-ħames post, ikklassifika l-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'żieda konsiderevoli ta' 150% mis-sena ta' qabel, b'total ta' 20 ilment. Mit-total ta' 611-il każ li ħa ħsieb l-uffiċċju, 405 kienu investigati mill-Ombudsman, 76 mill-Kummissarju għas- Saħħa, 65 mill-Kummissarju għall-Ambjent u Pjanar u 65 mill-Kummissarju għall- Edukazzjoni. Bejn Jannar u Diċembru tal-2015, l-ammont ta' investigazzjonijiet magħluqin żdied b' 14%, minn 311 fl-2014 għall-354 fl-2015. Il-każi li baqgħu pendenti sal- aħħar tal-2015 kienu 276, żieda ta' 23% fuq is-sena preċedenti. It-tipi ta' lmenti li rċieva l-uffiċċju tal-Ombudsman ġew impoġġija f 'kategoriji differenti li jvarjaw bejn : • Diskrepanza fil-liġi jew applikazzjoni wisq riġida ta' xi liġi jew regolament. • Diskriminazzjoni • Nuqqas ta' trasparenza • Nuqqas ta' informazzjoni provduta • Dewmien jew nuqqas f 'azzjoni • Inġustizzja u nuqqas ta' bilanċ Din tal-aħħar kellha l-aktar ilmenti dwarha, b'101 ilment dwar inġustizzja u nuqqas ta' bilanċ, li jammontaw għal 25% tal-ilmenti kollha li rċieva l-uffiċċju. Minn stħarriġ li għamel l-uffiċċju tal-Ombusdsman fost il-persuni li preżentaw ilmenti mal-istess uffiċċju, jirriżulta li saru aktar ilmenti mill-irġiel milli min-nisa, b'75% tal- ilmenti jsiru minn irġiel. Id-demografika tal-etajiet tan-nies li għamlu użu mill- uffiċċju tal-Ombudsman turi li l-ogħla ammont ta' lmenti saru minn nies f 'età 'l fuq minn 55 sena, b'ammont ta' 45%, filwaqt li dawk bejn l-età ta' 18 u 24 sena għamlu l-inqas ilmenti, b'total ta' 2% biss. Jidher li l-każi investigati varjaw fiż-żmien ta' kemm damu biex jissolvew fejn il-maġġorparti ħadu aktar minn disa' xhur biex jissolvew, filwaqt li kien hemm każi oħrajn li saħħansitra damu inqas minn xahrejn bl- investigazzjoni għaddejja fuqhom. Dan ovvjament ivarja skont kemm-il każ ikun kumpless. Kollox ma' kollox, il-membri tal-pubbliku li nqdew mill- uffiċċju tal-Ombudsman, kienu kuntenti bis-servizz, b'aktar minn 60% tan-nies mistoqsijin dwar il-kwalità tas-servizz irrispondew li kienu sodisfatti u aktar minn 50% esprimew sodisfazzjon dwar it-tul ta ħin li ħa l-każ tagħhom. Il-pubbliku b'mod ġenerali, jidher li jinsab kuntent mis-servizz tal-uffiċċju tal-Ombudsman, fejn 62% jikkunsidraw li l-Ombudsman huwa kredibbli ħafna u għandhom moħħhom mistrieħ b'dak li jgħid. Il-persentaġġ tan-nies li rrispondew li ma kinux kuntenti bir-riżultat tal- investigazzjoni, kien ta' 23%, li jista' ma jurix nuqqas min-naħa tal-uffiċċju, iżda sempliċiment riżultat dwar xi każ fejn ir-riżultat tal- investigazzjoni nqata' kontra dak li għamel l-ilment, skont il-liġi u l-ġustizzja. Ta' min jinnota li dan huwa persentaġġ żgħir li jirrifletti sodisfazzjon fl-eżitu tal-investigazzjonijiet tal-każi mressqa mill-pubbliku. Minkejja ż-żieda fin-numru ta' lmenti li rċieva l-uffiċċju s-sena l-oħra, xorta jidher li hawn 8% li għadhom jirrikorru għand xi membru parlamentari meta jkollhom xi problema, bit tama li l-ilment tagħhom jiġi solvut… forsi anke mingħajr bżonn ta' xhur ta' investigazzjoni. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Progressjoni simplifikata lejn kwalifikazzjoni professjonali kwalifikazzjoni professjonali Taghlim fit-teorija Taghlim fit-teorija u fil-prattika u fil-prattika Tahrig minn professjonisti Tahrig minn professjonisti fl-industrija fl-industrija Beneficcji minn internships Beneficcji minn internships lokali u internazzjonali lokali u internazzjonali Fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi se tibda fuq triq ta' studju li se twasslek biex issir professjonist ikkwalifikat fl-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu ta' għada. Dan huwa dak li sħabna fl-industrija qegħdin ifittxu għall-ġejjieni u huwa dak li se jippermettilek tibdel il-passjoni tiegħek f'karriera. Id f'id mal-persunaġġi ewlenin fl-industrija lokali u internazzjonali tkun tista' teċċella. Ibda Kors Fultajm fl-ITS! f \instituteoftourismstudies L-ISTITUT TAL-ISTUDJI TURISTIĊI registrar.its@gov.mt +356 23793 231/232 (Malta) + 356 22507 800 (Gozo) Ibda Kors Fultajm fl-ITS! UŻA L-CODE BIEX TNIŻŻEL KOPJA TAL-PROSPECTUS 16/17 L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu kif ġej: It-Tnejn, 25 ta' Lulju 2016 sal-Ġimgħa, 5 ta' Awwissu 2016 Dati: ITS Main Campus, Bajja ta' San Ġorg, San Ġiljan, Malta ITS Gozo Campus, Triq l-Isqof Buttigieg, Qala, Għawdex Post: 8:00am sas-1:00pm (Mit-Tnejn sal-Ġimgħa Biss) ĦIN MIŻJUD: 8:00am sat-3:00pm (Il-Ħamis, 28 ta' Lulju u l-Ġimgħa, 5 ta' Awwissu) Ħinijiet: : www.its.edu.mt Għandi lment dwar il-kont tad-dawl u l-ilma... L-akbar ammont ta' lmenti li rċieva l-Ombudsman -2015 kienu dwar il-WSC u l-ARMS Kif taħseb li ġie trattat il-każ tiegħek? Tajjeb Ħażin Sodisfaċenti 1O% 46% 21% 23% Ma nafx L-eks Ombudsman Joseph Said Pullicino jindirizza konferenza. Ħdejh il- President Marie Louise Colerio Preca u l-Prim Ministru Joseph Muscat