Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

minn Veronica Lynn Mizzi BOSTA persuni li ilhom isuqu l-muturi tagħhom fit-toroq Maltin għal snin sħaħ, issa qed jaħtfu l-opportunità li jagħmlu l-liċenzja tal-mutur b'ċilindrata baxxa sa 125cc permezz tal-iskema l-ġdida mħabbra fil-baġit tas-sena li għaddiet, u b'hekk qed jirregolarizzaw ruħhom. Dan qalu mal-ILLUM John Mamo, direttur ta' kumpanija tat-tagħlim ta' sewqan tal-mutur għal dawn l-aħħar 30 sena, u bejjiegħ ewlieni tal-muturi lokalment, li sostna kif ammont ta' persuni li kienu qegħdin isuqu muturi żgħar minkejja li ma kellhomx liċenzja, issa qed jagħmlu dawn il-korsijiet sabiex isuqu bil-permess. "Kellna ħafna nies li kienu ilhom isuqu l-muturi tagħhom, għal snin twal, uħud minnhom anke 15-20 sena, u permezz ta' din l-iskema ddeċidew li jirregolarizzaw ruħhom." Mamo kompla jispjega li hemm diversi raġunijiet għalfejn dawn il-persuni ma jkunux applikaw mill-ewwel sabiex jiksbu l-liċenzja A1, li ilha teżisti snin sħaħ. "Jista' jkun li dawn in-nies kienu jibżgħu jagħmlu t-test, u anke forsi kienu jarawh li jieħu wisq żmien, jekk diġà jkunu jafu kif isuqu," kompla jgħid John Mamo. Dan għaliex dan il-permess il-ġdid jirrikjedi biss għaxar sigħat kors, waqt li l-liċenzja ordinarja titlob li s-sewwieq jitla' għat-testijiet tal- prattika u tat-teorija wkoll, bil-proċess jieħu medja ta' xahrejn jew tliet xhur. Jiżdiedu bi 15-il darba, il-liċenzji maħruġa għall- muturi b'magna kbira In-numru ta' persuni li huma fil-pussess ta' liċenzja sabiex isuqu mutur fit-toroq Maltin kompla jikber, u din is-sena prattikament sploda, b'800 persuna tingħata ċ-ċertifikat biex issuq mutur ta' 125cc fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena. John Mamo qal li sa issa, marru mal- 185 persuna fl-iskola li hu jmexxi sabiex jagħmlu l-kors magħhom biex jakkwistaw il-liċenzja. "Dan minkejja li l-iskola tagħna ma bdietx tagħti dawn il-korsijiet mill- bidu tas-sena, iżda ftit wara skejjel oħra sakemm stajna noħolqu sistema effiċjenti ta' kif se jkun qed jaħdem dan il-kors," sostna Mamo. Din iż-żieda kienet ftit jew wisq prevedibbli, anke jekk forsi mhux fin-numri li kibret bihom, minħabba l-bosta vantaġġi li joffri mutur, il-kriterji ferm sempliċi li wieħed irid jissodisfa sabiex japplika, u anke l-prezz ferm baxx introdott din is- sena ta' €10 għal- liċenzja tat-triq għal mutur b'ċilindrata baxxa ta' mhux iktar minn 125cc. Minkejja dan, żieda sorprendenti dehret b'mod partikolari fil-liċenzji ta' muturi ikbar, b'saħħa tal- magna ferm ikbar. In-numru ta' liċenzji maħruġa minn Transport Malta għal dawn it-tip ta' muturi f 'din is-sena sa issa, jilħaq iċ-ċifra ta' 360, u dan meta mqabbel mal-ammont tas-sena ta' qabel ta' 24 liċenzja biss. Dan jikkwantifika għal żieda ta' 1400% jew 15-il darba iktar mill-ammont tas-sena l-oħra. John Mamo, qal lil din il-gazzetta li dan jista' jkun grazzi għall-istess liċenzja tal-muturi ż-żgħar li tiġi akkwistata wara li persuna jkollha l-liċenzja tal- karozza. Dan għaliex, skont Mamo, is-sewwieqa qed jakkwistaw il-kunfidenza fit-triq u jidraw iktar kif għandha taġixxi persuna fuq mutur, fit-toroq Maltin. Minn hemmhekk imbagħad, wara xi żmien isuqu l-mutur iż-żgħir, ikunu akkwistaw biżżejjed esperjenza fit-triq sabiex ikunu kunfidenti japplikaw għal-liċenzja 'A' biex isuqu muturi b'magni ferm ikbar. Minn ċifri mogħtija minn Transport Malta, in-numru ta' liċenzji maħruġa din is- sena sa issa f 'kull kategorija, esperjenza żiediet kbar, għajr għall-kategorija A1 li rat tnaqqis, minħabba li issa, il-liċenzja l-ġdida tagħmilha ferm iktar faċli li ġġib din il-liċenzja, minflok isiru l-lezzjonijiet normali li bħala medja jieħdu mat-tliet xhur sakemm finalment, student ikun lest jitla' għat-test. Il-proċess biex wieħed jakkwista l-liċenzja għall- muturi 125cc huwa wieħed pjuttost faċli u ma jiħux wisq żmien. Persuni li għandhom liċenzja B tal- vetturi, jiġifieri dawk li jistgħu jsuqu karozza komuni, sa minn din is-sena kellhom l-opportunità li jsuqu wkoll muturi żgħar, jiġifieri ta' ċilindraġġ li ma jaqbiżx il-125cc jekk jattendu għal kors. Diversi skejjel joffru dawn il-korsijiet intensivi fuq bażi regolari għal dawk li jixtiequ jġibu din il-liċenzja fi żmien qasir. Ir- rekwiżiti għal din il-liċenzja huma biss li l-istudent ikun fil-pussess ta' liċenzja tal-karozza, u minn hemm, kollox f 'idejn l-iskola, biex l-istudent irid jattendi seba' sigħat ta' sessjonijiet tal- prattika, u tliet sigħat ta' lezzjonijiet tat-teorija. Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum 'Kienu bla liċenzja, u issa qed jirregolarizzaw ruħhom' normali li bħala medja is-sena kellhom anke jekk forsi mhux fin-numri li kibret bihom, minħabba l-bosta vantaġġi li joffri mutur, il-kriterji ferm sempliċi li wieħed irid jissodisfa sabiex japplika, u anke l-prezz ferm baxx introdott din is- sena ta' €10 għal- liċenzja tat-triq baxxa ta' mhux iktar minn 125cc. sorprendenti ikbar. In-numru isiru l-lezzjonijiet normali li bħala medja jieħdu mat-tliet xhur sakemm finalment, student ikun lest jitla' għat-test. Il-proċess biex wieħed jakkwista l-liċenzja għall- muturi 125cc huwa wieħed pjuttost faċli u ma jiħux wisq żmien. Persuni li għandhom liċenzja B tal- vetturi, jiġifieri dawk li jistgħu jsuqu karozza komuni, sa minn din normali li bħala medja L-iskema l-ġdida tal-permessi biex issuq mutur, qed taqta' l-irregolaritajiet EU FUNDS SUPPORT OFFICER Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' EU Funds Support Officer fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV iddettaljata jridu jintbagħtu fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Tal-Pilar, 31B, Triq Marsamxett, Valletta VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 12 ta' Awwissu 2016. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Lulju 2016. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://opm.gov.mt/en/PAHRO/RESOURCING/Pages/Forms%20and%20Templates/Forms-and- Templates.aspx Uħud mill-pożizzjonijiet li qegħdin jidhru f'din is-sejħa għall- applikazzjonijiet jistgħu jkunu kkunsidrati għall-ko-finanzjament mill- Fondi tal-Unjoni Ewropea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016