Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
illum | Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 24 Kummerċjali Il-lukanda Waterfront tikseb iċ-Ċertifikat ta' Eċċellenza ta' TripAdvisor għall-2016 Il-lukanda Waterfront f 'Tas- Sliema ntgħażlet għaċ- Ċertifikat ta' Eċċellenza għall-2016 grazzi għall- kummenti pożittivi u konsistenti li kisbet fuq TripAdvisor għas-servizz superjuri li toffri. Dan ir-rikonoxximent, li issa daħal fis-sitt sena tiegħu, jiċċelebra n-negozji tal-ospitalità li jkunu kisbu reċensjonijiet tajbin ħafna fuq TripAdvisor mingħand il-vjaġġaturi li jkunu żaruhom fis-sena li tkun għaddiet. Iċ-Ċertifikat ta' Eċċellenza jista' jinkiseb minn postijiet ta' akkomodazzjoni, ristoranti u attrazzjonijiet li jinsabu madwar id-dinja kollha li kontinwament iwasslu esperjenza ta' kwalità lill- konsumatur. "Nirringrazzja minn qiegħ qalbi u ninsab grat lejn kull impjegat f 'kull livell tal-lukanda Waterfront, li d-dedikazzjoni konsistenti tagħhom biex joffru servizz eċċellenti lill-mistednin tagħna wasslet għal dan iċ-ċertifikat prestiġġjuż," qal il-Maniġer Ġenerali Raphael Cauchi. "Kull wieħed u waħda minna jagħmel ħiltu kollha biex kull ġurnata tkun speċjali għall-mistednin tagħna biex ikunu jistgħu jieħdu lura magħhom esperjenza li ma jinsew qatt." "Permezz taċ-Ċertifikat ta' Eċċellenza, it-TripAdvisor jagħti unur lin-negozji tal- ospitalità li b'mod konsistenti rċivew tifħir u kritika pożittiva mingħand il-vjaġġaturi," qalet Heather Leisman, Viċi President tal-Marketing tal-Industrija ta' TripAdvisor. "Dan ir-rikonoxximent jgħin lill-vjaġġaturi jidentifikaw u jibbukkjaw proprjetajiet li b'mod regolari jwasslu servizz mill-aqwa. TripAdvisor huwa kburi li jaqdi dan ir-rwol integrali biex jgħin lill-vjaġġaturi jħossuhom aktar kunfidenti fid-deċiżjonijiet tagħhom biex jibbukkjaw." Iċ-Ċertifikat ta' Eċċellenza jqis il-kwalità, il-kwantità u kemm ikunu reċenti r-reċensjonijiet li jkunu tressqu mill-vjaġġaturi fuq TripAdvisor fuq perjodu ta' sena. Biex jikkwalifika, negozju jrid iżomm klassifikazzjoni ġenerali fuq TripAdvisor ta' mill-inqas erba' jew ħames stilel, ikollu għadd minimu ta' reċensjonijiet u għandu jkun ilu mniżżel fuq TripAdvisor għal mill-inqas 12-il xahar. Audi u Continental Cards Ltd. jagħżlu lil Amber bħala l-Ambaxxatriċi lokali Audi u Continental Cars Ltd għandhom pjaċir iħabbru li għadhom kemm iffirmaw kuntratt mal-kantanta Amber biex hi tkun l-Ambaxxatriċi uffiċjali lokali għall-Audi. Amber ser tkun qiegħda tidher f 'kampanja ġdida għal Audi Malta. Amber riċentament ħarġet żewġ diski 'What They Say' u 'Messed up Love', mill-album il-ġdid tagħha, li t-tnejn li huma laħqu l-quċċata taċ-charts lokali. L-album se jkun fuq stil pop u Amber qed tiktbu flimkien mal-Muxu, Elton Zarb u artisti oħra internazzjonali. Continental Cars Ltd, ir- rappreżentanti tal-Audi f 'Malta, flimkien ma'Amber u l-management tagħha, Wicked & Loud, iċċelebraw dan il-ftehim ġewwa x-showroom tal-Audi fl-Imsida. Is-Sur Sandro Cauchi, General Manager ta' Continental Cars Ltd, ippreżenta Audi A1 lil Amber. Cauchi qal, "Aħna kuntenti mmens li ffirmajna lill-Amber bħala l-ambaxxatriċi tal-Audi f 'Malta. Continental Cars ikomplu jissaportjaw artisti Maltin biex jiżviluppaw il- karriera mużikali tagħhom. Amber hi waħda mill-aqwa kantanti Maltin, u nemmnu li hi u l-karattru ispiranti tagħha jaqblu ħafna mal-brand tagħna u aħna ħerqana biex inkomplu ngħinuha fil-karriera mużikali tagħha." Waqt li rċeviet iċ-ċwievet tal-Audi A1, Amber qaltilna: "Onorata li se nkun qiegħda naħdem mat-tim ta' Continental Cars u l-Audi. L-Audi A1 hija karozza fantastika fid-dehra, effiċjenti u kumpatta, addatata għat- traffiku u ideali għal xi ħadd bħali li jqatta' ħafna ħin fit-triq. Veru ħerqana biex nibda nsuq din il-karozza li tinkorpora elementi sportivi imma anke ta' klassi." Sandro Cauchi, General Manager ta' Continental Cars Ltd, jippreżenta Audi A1 lil Amber Absolut tkompli żżid l-emozzjoni b'edizzjoni limitata ġdida Dan is-sajf, Absolut tixtieq tkompli żżid l-emozzjoni u ċċaqlaq l-affarijiet bit- tnedija tal-Absolut Mix, l-aħħar prodott fl-għażla ta' fliexken b'edizzjoni limitata tal-marka. Id-disinn kien ispirat mis-sitt kuluri tal- bandiera tal-LGBT Pride u fih triangli semitrasparenti li bihom il-kuluri tal-flixkun jidħlu f 'xulxin b'diversi modi meta tara l-flixkun minn angoli differenti. Dan l-effett li jkanġi jissimbolizza t-taħlita li tinħoloq meta diversi individwi uniċi jitħalltu flimkien. Dan il-flixkun il-ġdid, li ħareġ f 'nofs is-sena, bena fuq il-fliexken l-oħra b'edizzjoni limitata ta' Absolut li kellhom l-intenzjoni li jqanqlu diskussjoni dwar id-diversità u l-aċċettazzjoni. Id-disinn tal-flixkun jirrifletti l-ilwien tal-Absolut tal-edizzjonijiet tal-2008 u l-2015 li kienu ġew żviluppati b'kollaborazzjoni ma' Gilbert Baker, dak li ħoloq il-bandiera tal-Pride, kif ukoll l-ilwien tal-edizzjoni No Labels tal-2009, flixkun mingħajr tikketti jew logos, li ċċelebra l-potenzjal ta' dinja li fiha n-nies huma aċċettati għal dak li huma u mingħajr tikketta. Għat-tnedija ta' din l-edizzjoni limitata, id-ditta żviluppat l-'Absolut Mixr', app li għandha tispira l- #AbsolutNights fid-djar, biex in-nies u l-mużika jitħalltu flimkien b'modi ġodda. L-app 'Absolut Mixr' inħolqot b'kollaborazzjoni ma' Spotify u biha grupp ta' ħbieb jistgħu jqabbdu l-kontijiet Spotify tagħhom flimkien u jħalltu, b'mod awtomatiku, il-playlists tagħhom għal kull okkażjoni, ibbażati fuq il- mużika favorita ta' kulħadd. Biex tipprova din l-app, idħol Absolut.com/ mixr. Gaia Gilardini, id-Direttriċi għall-Komunikazzjoni Globali ta' Absolut, qalet li, "Absolut temmen li meta mħuħ differenti jersqu flimkien, dawn jissaħħu bis-saħħa ta' xulxin. Hi din l-idea li tmexxi 'l quddiem lill-marka tagħna biex tappoġġja l-espressjoni individwali u toħloq dinja li fiha n-nies ikunu ħielsa lejhom infushom u, fl-istess ħin, jgħixu mal-oħrajn mingħajr ġudizzju jew preġudizzji." Dan il-flixkun b'edizzjoni limitata issa jinsab f 'numru ta' ħwienet.