Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isparar u speċjalment id- dixxiplina li int tipprattika - l-air pistol? Bdiet b'kumbinazzjoni għax jien ġejja minn background ta' sport differenti, fosthom in-netball u l-waterpolo. Kumbinazzjoni kont mort nara dan l-isport, u tħajjart biex nibda nipprattikah. Minn hemmhekk kont tkellimt ma' Lawrence Darmanin, ekspresident tal-Malta Air Rifle & Pistol Shooting Club u kien hu li ħeġġiġni bis-sħiħ biex nibda. Prattikament bdejt mis- Sajf tal-2009 u minn hemmhekk qatt ma ħarist lura. Irrakkontalna l-esperjenza tiegħek fin-Netball. Huwa sport totalment differenti mill-air pistol shooting, partikolarment minħabba l-fatt li huwa sport kollettiv u mhux individwali. Barra minn hekk, huwa sport li jibbaża fuq is-saħħa wkoll. Domt nilagħbu għal madwar 16-il sena, fejn anke rrappreżentajt lit-tim nazzjonali ta' Malta. Prattikament kelli nieqaf nipprattikah meta rajt li ma stajtx nibbilanċja sew bejnu u bejn l-isparar. U dik fil-Waterpolo. Jien persuna li nħobb il-baħar, jiġifieri kienet naturali għalija li nagħmel xi ħaġa simili. Fis-sena 2000 konna erġajna għaqqadna t-tim tan-nisa ta' San Ġiljan, sabiex ħadna sehem fil-kampjonat tan-nisa, li llum il-ġurnata m'għadux jeżisti. Kif bdejt tipprattika l-isparar wara dawn l-isports? Bdejt nipprattikah fl-2009, fejn sena wara kont irrappreżentajt lil Malta fil-Commonwealth Games ġewwa l-Indja. Ipparteċipajt anke fil-Welsh Open Championships, fejn irbaħt midalja tal-fidda u tal-bronż. Minkejja li bdejt ta' età pjuttost kbira, 31 sena, xorta waħda rnexxieli navvanza f 'dan l-isport, fejn saħansitra irbaħt il-midalja tad- deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Żgur li se tibqa' tiftakar l-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saret fil-Lussemburgu fl- 2013, hekk kif int kont l-unika atleta mara Maltija li rbaħt midalja tad- deheb. Dan patta bis-sħiħ għad- diżappunt li kellek sentejn qabel fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru f 'Liechtenstein. Irrakkontalna l-esperjenza tar-rebħ ta' din il- midalja tad-deheb fil-Lussemburgu. Din kienet l-ewwel midalja tad- deheb għal Malta fl-isparar, jiġifieri kienet ta' ċertu prestiġju. Barra minn hekk tgħinnek fl-exposure u ttik motivazzjoni sabiex tavvanza iżjed fih u tipparteċipa f 'iżjed manifestazzjonijiet. Din ir-rebħa fissret għalija wkoll l-għeluq ta' kapitlu u bidu ta' ieħor. Dan minħabba li kont għalaqt il-kapitlu tad-dispjaċir li kelli wara li ma tajtx prestazzjoni kif xtaqt fil-Logħob tal-Pajjiżi iż-Żgħar f 'Liechtenstein fl-2011. Għalkemm f 'April ta' dik is-sena rbaħt l-'iScottish Open Championships' fl-Iskozja u ftit xhur qabel irbaħt ukoll il-midalja tal-fidda fil-'Welsh Open Championships' f 'Cardiff, dan ma kienx biżżejjed biex ninsa t-telfa li kelli sentejn qabel fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f 'Liechtenstein. Din il-midalja fissret ukoll li jekk tittrenja u tkun determinat se tasal - qatt ma trid taqta' qalbek għalkemm jiġu mumenti mhux daqstant sodisfaċenti u tibda tikkunsidra biex tieqaf mill- isport li tant tkun tħobb. Tina iktar dettalji rigward x'kienet tinvolvi l-epserjenza tiegħek fil- Lussemburgu waqt dawn il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Fil-Lussemburgu ħassejtni 'home' għall-fatt li kont naħdem hemm fl-2008. Infatti nixtieq nirringrazzja lill-Maltin li jaħdmu u jgħixu fil-Lussemburgu li ġew jagħtuna s-sapport tagħhom f 'kull dixxiplina. Fl-isport tal-air pistol l-ambjent fir-'range' ikun ta' skiet perfett minħabba li t-tiratur irid iżomm il-konċentrazzjoni, imma waqt li kienet għaddejja l-finali, li tisma' dak is-sapport Malti wara kull tir kien wisq sabiħ. Għalkemm jiena tlajt waħdi fuq il-podju, inħoss li r-rebħa kienet mit-tim kollu tal- isparar. Dan l-isport kif jgħinek psikoloġikament? Kull sport jgħinek kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament. Id-dixxiplina li fih kull tip ta' sport jgħinek tkun persuna li tirrispetta lil ħaddieħor u tkun kapaċi taħdem fl-ambjent ta' tim u dejjem tipprova tagħti l-almu tiegħek f 'kull ma tagħmel. F'dan l-isport jispikka l-fatt li trid iżżomm konċentrazzjoni u kontroll tiegħek innifsek u dan iħalli effett tajjeb fil-ħajja ta' kuljum. Kif jirnexxielek tqassam u ssib bilanċ bejn ix-xogħol u t-taħriġ? illum | Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Cristian Antony Muscat Eleanor Bezzina - waħda minn żewġ nisa Maltin biss li tipprattika l-isport tal- air pistol u li fl-aħħar snin għamlet unur kbir għal Malta, fosthom bir-rebħ tal- midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu fl-2013. Hija se tkun waħda mis-seba' atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta waqt l-Olimpjadi ta' Rio bejn il-5 u l-21 ta' Awwissu li ġej. Fil-mira li tikseb riżultat prestiġjuż Sports 34 "Żgur li din ħa tkun esperjenza kbira għaliex li tirrapreżenta lil pajjiżek fl-Olimpjadi huwa dejjem sabiħ. Se nagħmel l-almu tiegħi biex nikseb riżultat prestiġjuż għal Malta."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016