Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum Sports 33 Kollox lest biex l-ASMK torganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 BĦALISSA, l-ASMK, qed tipprepara biex torganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali 2016 fejn għal darb'oħra grazzi għal SportMalta se tkun qed issir fil-Kumpless Sportiv ta'Ħal-Kirkop nhar il-Ġimgħa 5 t'Awwissu li ġej. Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta' din is-sena, l-ASMK, se tkun qed tagħlaq is-sena finanzjarja 2015/2016 taħt il-Kaxxier il-ġdid, Manuel Camilleri li ġie elett f 'Diċembru li għadda, kif ukoll ħa tikkonferma l-karigi tal-Assistenti Uffiċjali u l-Kumitati tas-Sezzjonijiet li huma l-Autocross, il-Motocross, l-Enduro u t-Trials. Kull sezzjoni trid teleġġi sa massimu ta' ħames persuni fil- Karigi ta' President, Segretarju, Kaxxier u żewġ rappreżentanti ta' kull sezzjoni. Illum is- Sezzjonijiet għandhom funzjoni importanti ħafna u independenti fis-sezzjoni rispettiva. Dan iwassal lill- Kumitat Eżekuttiv għall- aħjar deċiżjonijiet li jkollu bżonn jieħu minn żmien għall-ieħor. Waqt din il- laqgħa, jiġu mressqa wkoll emendi għall-iStatut kif ukoll Referendum Ġenerali fuq tibdil ġenerali li jkun propost. Nhar it-Tnejn 25 ta' Lulju, il-Kumitat Eżekuttiv approva r-regoli l-ġodda tas-sezzjoni Autocross li se jidħlu fis-seħħ minn Ottubru li ġej. Kif kien imħabbar iktar kmieni matul din is-sena, matul l-istaġun li ġej, l-ASMK se tkun qed tintroduċi kategorija ġdida, il- kategorija bl-isem 'Super Class' fl-Autocross. F'din il-klassi se jkunu qed jaqgħu dawk il-karozzi kollha b'magni sa 1421cc armati skont ix-xewqa tas-sewwieq mingħajr restrizzjonijiet ħlief dawk tas-sigurtà. Din il-kategorija se tiżdied mat-tnejn l-oħra li diġà għandha l-ASMK fis-sezzjoni Autocross. Din ħa tizdied ma' dik il-klassi l-oħra tat-tip ta' sport li finanzjarjament jista' jlaħħaq miegħu kulħadd. Din hija l-kategorija Standard għal dawk li jridu jikkompetu fuq vettura ta' baġit baxx u ma' dik tal-Modified għal dawk ta' baġit medju, iżda din il-kategorija l-ġdida 'Super Class' se tkun għal min irid juża baġit bla limitu. Dawn il-Kategoriji kollha se jkollhom Kampjonat Nazzjonali għal kull kategorija rispettiva. Kull min jixtieq jakkwista kopja ta' dawn ir-regoli, jista' jidħol fuq is-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt jew fuq is-sit soċjali Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew bl- email info@asmk.org.mt. Katrina Zammit fuq Renault 5 Staġun b'ħafna riżultati tajbin għat-tim 'Got Running Athletics' immexxi minn Mark Herrera ISSA li l-istaġun tal- atletika Maltija wasal fit-tmiem tiegħu, nistgħu nagħtu ħarsa lejn ir- riżultati li kiseb it-tim tal-atletika, Got Running Athletics, li huwa kkowċjat mill-atleta prominenti Malti, Mark Herrera. Dan it-tim huwa kompost minn 18-il atleta, fejn dawn jitħarrġu bħala tim wieħed tliet darbiet fil- ġimgħa, kif ukoll fi ġranet oħra fejn ikollhom skeda li jridu jsegwu b'reqqa. Fost dawn l-atleti nsibu min jispeċjalizza fuq 'track distances', bħal Mark Herrera, atleta b'rekords nazzjonali fuq id-distanza tat-3000m steeplechase, Mark Mifsud li huwa atleta ġdid fix-xena lokali, fejn dan l-aħħar spiċċa fit-tielet post waqt il-Kampjonati Nazzjonali tal-400m b'ħin tajjeb ħafna ta' 50.19-il sekonda. Dawn iż-żewġ atleti matul is-sena d-dieħla se jkunu qed jitħarrġu biex ikunu parti mit-tim Malti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u kompetizjonijiet internazzjonali oħra. Kien hemm ukoll l-atleti James Ansatasi, Matthew Sciculna, David Cassar, David Herrera, Andrew Gauci u Llyod Zarb li kisbu ħinijiet tajbin varji bejn id-distanzi tal-1500m san- nofs maratona. Scicluna reġa' kompla fejn ħalla s-sena l-oħra bi prestazzjoni tajba waqt it-tellieqa tat- tmien mili ta' Għawdex fejn reġa' ġie fit-tieni post u tejjeb il-ħin tiegħu b'iktar minn minuta. Min-naħa l-oħra, Cassar, li huwa atleta veteran irnexxielu jinżel taħt it-18-il minuta fit-tellieqa tal-5Km, b'titjib ta' aktar min-nofs minuta. Importanti li ngħidu li dawn l-atleti m'ilhomx wisq f 'dan l-isport iżda l-progress li wrew u qed iwettqu huwa ta' sodisfazzjon kbir kemm għall-kowċ kif ukoll għalihom personali. Ta' min insemmu wkoll lill-membri nisa f 'dan it-tim, fejn kien hemm prestazzjonijiet tajba minn Joanne Gauci li apparti li kisbet riżultati tajba fir-road races, bdiet tagħmel ukoll it-'track races'. Kellhom ukoll prestazzjonjiet tajba Alison Portanier Mifsud, Femke Stigter u Karla Borg fuq distanzi ta' 5Km. Stigter ipparteċipat ukoll f 'maratoni barra mill-pajjiż fejn kisbet 'personal bests', wieħed wara l-ieħor. Membru ġdid f 'dan it-tim huwa Clinton Schembri Francalanza li apparti li jitħarreġ fl- atletika, jieħu sehem ukoll f 'kompetizzjonijiet magħrufa bħal Spartan Races, fejn apparti li jkollok distanzi twal x'tiġri, wieħed ikollu ostakli varji li jrid jirbaħ. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, insemmu lil Leslie Camilleri, Morgan Parnis u Charlene Grech li wkoll kisbu riżultati sodisfaċenti matul l-istaġun, iżda ma setgħux jieħdu sehem fit-'track races' għal dan l-istaġun minħabba impenji oħra. Issa li dan l-istaġun għadda, Herrera, qed iħares lejn dak li jmiss fejn fil- ġranet li ġejjin, it-tim jerġa' jibda bit-taħriġ tiegħu biex kull atleta li jitfa' l-impenn tiegħu, jerġa' jkompli jikseb riżultati aqwa milli kellu qabel. It-tim 'Got Running Athletics' huwa sponsorjat minn Urban Jungle - House of Sport, Nyoo - Destination Wellness, Garmin Malta u Jan Farrugia - Sport Message Therapy. Mark Herrera flimkien mat-tim li huwa jmexxi bħala kowċ, 'Got Running Athletics' Ritratt: Mario Micallef