Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016| illum Aħbarijiet 3 Franco Debono jindika li jista' joħroġ għall-elezzjoni mal-PL 'It-triq tal-PL taqbel ħafna ma' dak li nemmen h jien' minn Veonica Lynn Mizzi ILKUMMISSARJU tal-liġi u eks Membru Parlamentari Nazzjonalista Franco Debono, ma jeskludix, u jagħti x'jifhem li jista' jikkandida ruħu mal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ilbieraħ filgħodu, waqt programm ta' diskussjoni politika fuq l-istazzjon tar-radju tal- Partit Laburista, l-eks deputat Nazzjonalista qal li jħossu komdu jaħdem mal-Partit Laburista, u meta mistoqsi direttament jekk hux se jkun qed joħroġ bħala kandidat mal-Partit Laburista fuq il-ħames distrett, hu wieġeb li qed jikkunsidra kollox. "It-triq tal-Partit Laburista taqbel ħafna ma' dak li nemmen fih jien," kompla jgħid l-eks deputat minn Ħal Għaxaq. Tul il-programm immexxi minn Manuel Micallef, Franco Debono insista li hu jaqbel ħafna mal-istil ta' tmexxija ta' dan il-Gvern, u semma kwistjonijiet li partikolarment kien tkellem dwarhom, anke meta kien għadu fil- Parlament, bħall-kwistjonijiet tal-Power Station ta' Dellimara, ir-riforma fil- Qrati u fil-Ġustizzja, u anke kwistjonijiet dwar il-Parlament u l-imġiba tad-deputati. Dawn il-kummenti li għadda Debono fil- programm, ġew innutati mill-attivist tal-Partit Laburista Manuel Cuschieri, u kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook li qed jikkunsidra jagħmel dan il-pass. Għal dan, kien hemm bosta persuni li kkummentaw li se jkunu qed jappoġġjaw lil Debono, u awgurawlu, jekk finalment jiddeċiedi li joħroġ. Fil-fatt, il- mistoqsija diretta mill-preżentatur waslet wara diversi messaġġi u interventi tas-semmiegħa li staqsew jekk Debono kienx se jkun kandidat fl-elezzjoni. Debono, min-naħa tiegħu, f 'kummenti li tefa' fuq il- paġna tiegħu ta' Facebook qal li japprezza l-kummenti ta' "ħafna Laburisti, anke suldati tal-azzar li mmilitaw fil-Partit minn dejjem ta' dejjem, li qed iħeġġuni nissieħeb u nikkontesta." Qal ukoll li kieku kelli jikkontesta għall- elezzjoni, jkun qed jagħmel dan flimkien ma' "ħbieb tiegħi sa mit-tfulija, Joseph Muscat u Edward Zammit Lewis." Sostna li flimkien mat-tim Laburista, "nagħmel ħilti kollha sabiex Malta tkompli timxi 'l quddiem, u tkun l-aqwa fl-Ewropa." Din ma kinetx l-ewwel darba li Debono ta x'jifhem li jista' jkun kandidat mal-PL fl-elezzjoni ġenerali hekk kif il-gazzetta ILLUM, lura fl-4 ta' Ottubru, kienet irraportat kif dakinhar kien qal li ma jeskludi xejn, għalkemm saħaq li kienu bosta dawk li avviċinawh biex jerġa' jingħaqad mal-PN jew jissieħeb mal-PL. Dakinhar, meta mistoqsi mill-ILLUM, Debono kien sostna, "Jien għandi 41 sena u ma neskludi xejn. Bħalissa imma qed niffoka fuq l-irwol tiegħi bħala Kummissarju tal- Liġijiet u Kap tal-Konvenzjoni kostituzzjonali." F'Ottubru li għadda, mal- ILLUM, Debono kien qal li jeskludi biss li joħroġ mal- Partit Nazzjonalista, iżda skontu, m'għadux irrabjat u mweġġa' għal dak li kien ġara fl-aħħar leġiżlatura. Però jgħid li l-PN messu juskuża ruħu miegħu, għaliex "kif tista', biex inġib eżempju, taqbel ma' riforma fil-ġustizzja, li meta jien ipproponejt ħafna minnha, ġejt imwarrab?" u jagħti x'jifhem li jista' mistoqsi direttament jekk bħala kandidat mal-Partit distrett, hu wieġeb li qed jikkunsidra kollox. "It-triq tal-Partit Laburista taqbel ħafna ma' dak li nemmen fih jien," kompla jgħid l-eks u semma Qrati u fil-Ġustizzja, u anke kwistjonijiet dwar il-Parlament u l-imġiba tad-deputati. Dawn il-kummenti li għadda Debono fil- programm, ġew innutati mill-attivist tal-Partit Laburista Manuel Cuschieri, u kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook li qed jikkunsidra jagħmel dan il-pass. Għal dan, kien hemm bosta persuni li kkummentaw li se jkunu qed jappoġġjaw lil Debono, u awgurawlu, jekk finalment jiddeċiedi li joħroġ. mistoqsija diretta mill-preżentatur waslet wara diversi messaġġi u interventi tas-semmiegħa li Biċċiet tal-bacon jinstabu fil-Quran ta' Mater Dei MIN mar jitlob fil-kamra tat-talb ta' Mater Dei u fetaħ il-Quran, ilbieraħ sab xi ħaġa mhux tas-soltu hekk kif tpoġġew biċċiet tal-bacon qalb il-paġni tal-Kuran. Huwa maħsub li dan sar sabiex 'jiġi vvendikat' Fr Jacques Hamel, il-qassis li nqatel fi Franza, hekk kif instabet karta bi stampa tal- qassis maqtul fi Franza iktar kmieni matul il-ġimgħa li għaddiet. Fuq il-karta, kien hemm miktub, "RIP Fr Jacques Hamel, victim of Islam and its liberal/progressive apologists. A religion with blood on its hand cannot complain that its books are soiled." Il-komunità Iżlamika kkundannat dan il-każ u rrappurtat dak li ġara lis-CEO tal-Isptar u lill-Pulizija. Il- komunità Ahmadiyya f 'Malta ikkundannat dan l-att u qalet li huwa att ta' vilifikazzjoni fuq il-ktieb qaddis tal-Musulmani. Żiedet tgħid li bħala komunità, dejjem ikkundannat kull att ta' estremiżmu u terroriżmu, sar fejn sar u għal-liema raġuni sar.