Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Għawdex 14 Ġurnata ma' Miriam Dalli f'Għawdex Għawdex - Investiment fl-innovazzjoni minn John Busuttil DIL-ĠIMGĦA ġejt mistieden li nakkumpanja lill-membru Parlamentari Ewropea f 'isem is- Soċjalisti, Miriam Dalli f 'mawra f 'Għawdex. Mawra li fiha Miriam Dalli tkellmet ma' diversi imprendituri u nies li jaħdmu fis-settur tal- kummerċ Għawdxi. B'hekk il-membru Parlamentari Ewropew setgħet tara u tmiss b'idejha dak li l-imprendituri Għawdxin qed jinsġu biex Għawdex jirbaħ fuq l-insularità doppja. Fil- fatt waqt il-laqgħat tagħha ma' diversi setturi tal- kummerċ, Dalli qaltilna li baqgħet skantata għall-ideat modernissimi u innovattivi li l-Għawdxin qed joħolqu filwaqt li jippruvaw jieħdu minn dak li toffri l-Ewropa, mhux biss l-ideat iżda wkoll il-fondi. Miriam Dalli fil-fatt bdiet titlob lil kull wieħed u waħda li żaret l-kuntatti biex hi tkun tista' tgħin minn Brussel. "Huwa pożittiv li tara t-tkabbir ekonomiku li Għawdex qed jesperjenza, " qalet Miriam Dalli. "Fl- istess ħin irridu nżommu f 'moħħna l-insularità doppja li Għawdex ibati minnha għaliex f 'każ bħal dan jibqa' jkollok żgħażagħ li xorta jħossu li m'għandhomx futur fil-gżira tagħhom stess. Dan ifisser li hemm bżonn li anke l-politika Ewropea tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi differenti ta' gżira bħal Ghawdex u taddotta miżuri speċifiċi għal dan. Irridu nkunu innovattivi u permezz ta' kollaborazzjoni akbar bejn il-gvern u l-privat jinħolqu intrapriżi ġodda biex ikun hemm impjiegi ġodda għall- Għawdxin u b'mod partikolari għaż- żgħażagħ." Il-proġett GOZITANO L-ewwel laqgħa kienet ma' Abraham ta' 'Vini e Capricci' li ħalla lil MEP Laburista ferm interessata bil- proġett li qed jinħema fil-kumpless 'Gozitano' fejn bl-għajnuna ta' grupp ta' bdiewa u raħħala qed jaħdmu biex dan il-kumpless isir 'state of the art' fi żmien tliet snin. Proġett li għalih talbu fondi ta' €12-il miljun mill-Unjoni Ewropeja u li Miriam Dalli wegħditu li se tgħin mal-Kummissjoni Ewropeja biex dawn il- fondi jingħataw. Il-proġett li se jkun uniku f 'Malta u Għawdex se jkun ta' turiżmu Gastronomiku, fejn turisti jkunu jistgħu joqogħdu fil- post, jgħixu mal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u ta' ikel artiġġjanali Għawdxi, ikunu jistgħu jduquh u anke jixtru. Se tkun speċi ta' lukanda agrituristika iżda li tisejjaħ turiżmu gastronomiku. Skont Abraham se jkun hemm anke speċi ta' ħanut tal-laħam fejn il-laħam li jiġi mibjugħ minn hemm ikun ġej minn annimali li jkollhom dieta speċjali. Qalilna wkoll li se jsiru anke torti tal-lampuki u tal- ġbejniet li se jissejħu t-torta tal-kunjata, "għax ir-riċetta se ttihieli l-kunjata tiegħi stess" qalilna Abraham waqt li Miriam Dalli weġbitu bi tbissima li hi sabiħa li l-kunjata tkun daqshekk apprezzata anke mir-raġel ta' bintha. Abraham qalilna li dan se jkun żvilupp rurali qawwi f 'dan il-kumpless u se jħaddem madwar 80 Għawdxi u Għawdxija. Miriam Dalli qaltlu li dan hu investiment tajjeb li għandu jkompli mal-wegħda tal-gvern li jkun hemm aktar xogħol f 'Għawdex għall- Għawdxin. "Ħadt gost nara proġett bħal dak propost minn Gozitano. Turiżmu staġjonali mhux se jsolvi l-isfidi t'Għawdex imma hemm bżonn ta' investiment u innovazzjoni li jħarsu wkoll is-sostenibilità ambjentali tal-gżira Għawdxija. Fil-Parlament Ewropew se nkompli nwassal dan il-fatt biex naraw li ċ-ċirkostanzi speċifiċi t'Għawdex ikunu indirizzati kif suppost." Qaltilna Dalli meta tlabnieha l-kummenti tagħha wara din il-laqgħa li ħadet kważi siegħa. "Ħadt gost nara l-isforz li imprendituri Għawdxin qed jagħmlu biex jippromwovu l-innovazzjoni f 'Għawdex. F'dinja li l-ħin kollu tinbidel setturi tradizzjonali jridu jżommu lilhom infushom aġġornati u jaddataw maż- żminijiet. L-investiment fi ħsibijiet innovattivi jista' jgħin setturi sħaħ f 'Għawdex biex jibqgħu kompetittivi. Il-proġett li l-Gozitano f 'Għawdex jinbidel f 'post fejn jista' jiġi attirat turiżmu gastronomiku li jippromwovi l-prodotti tal-ikel tradizzjonali Għawdxi mhux biss jistgħu jagħtu spinta lit-turiżmu f 'Għawdex imma jistgħu jgħinu lir-raħħala u lill-bdiewa Għawdxin jibqgħu kompetittivi u jkomplu jaħdmu l-art tagħhom b'mod sostenibbli." Il-Birra Artiġjanali 'Lord Chambray' L-MEP Soċjalista marret ukoll iżżur il-birrerija artiġjanali ta' Samuele, it- Taljan li ddeċieda li jinvesti f 'Għawdex fl-unika birra artiġjanali li qatt kien hawn f 'pajjiżna, Lord Chambray. Birra li rebħet diġà diversi unuri madwar l-Ewropa bl- aħħar waħda li hi magħmula mill-fjura tal-kappar u korjandru tirbaħ l-unur fil-Ġermanja li hi l-birra artiġjanali Numru Wieħed fid-dinja. L-imprenditur Taljan li għad għandu 29 sena issa ilu sentejn diġà jintroduċi din il-birra artiġjanali f 'Għawdex fejn wara li dawwarna madwar "Hu pożittiv li tara t-tkabbir ekonomiku li Għawdex qed jesperjenza" Mark Grech ifiehem lil Miriam Dalli dwar l-ewwel 5 star Boutique Hotel f 'Malta u Għawdex Miriam Dalli titkellem ma' salesgirl tal-Bortex li jinsab fid-Duke's Shopping Centre

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016