Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
minn Gianluca Lia BĦAL kull edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, matul Euro 2016, kien hemm min impressjona u min iddiżappunta. B'hekk, iddeċidejt li nagħti l-opinjoni tiegħi fuq l-aqwa 11 li personalment impressjonawni matul din l-edizzjoni u anke l-11 li tista' tgħid kienu flop totali f 'din il-manifestazzjoni sportiva Ewropea. L-Aqwa 11 Indubbjament, il- goalkeeper tal-Portugall, Rui Patricio, kien l-aqwa goalkeeper f 'dan it- tournament. Element li f 'livell ta' klabb nafu l-importanza tiegħu ma' Sporting Lisbon, iżda forsi qatt ma bsarna li kapaċi jkun personalità deċisiva għat-tim tal-kowċ Fernando Santos, li għadu kemm iġġedidlu l-kuntratt tiegħu mill-FA Portugiża għal erba' snin oħra sas-16-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej li se tkun qed issir fi 13-il pajjiż differenti madwar l-Ewropa. Iniżżel ismu fost goalkeepers importanti li l-Portugall offriet fis-seklu 21. Leonardo Bonucci u Pepe kienu l-aqwa żewġ difensuri ċentrali f 'dan it-tournament. Il-plejer Taljan, għamel il-qabża minn plejer sottovalutat għall-plejer ammirabbli sal-aħħar, filwaqt li Pepe, tista' tgħid li għadda mit- test tal-maturità, fejn ma rajnieh qatt jiġġieled jew jaqla' ammonizzjoni għalxejn, filwaqt li kien iffukat fuq l-irwol tiegħu. Raphael Guerreiro kien sorpriża interessanti f 'dan it-tournament, fejn waqt li kien impenjat mal-Portugall, issiġilla t-trasferiment tiegħu minn Lorient għal ma' Borussia Dortmund mentri fuq il- linja l-oħra, xtaqt indaħħal lill-plejer ta' Wales, Chris Gunter - plejer, li forsi qatt ma ġie apprezzat fil-futbol Brittaniku, iżda li matul dawn l-erba' ġimgħat ta' futbol tal-ogħla livell, kien pedina importanti għal pajjiżu. Renato Sanches u Marko Pjaca kienu żewġ midfielders li għamlu isem għalihom, anke jekk forsi dan tal-aħħar lagħab inqas u nqala' iżjed kmieni, mentri Sanches kien fundamentali għall-Portugall, fejn anke ngħaqad ma' Bayern Munich, Pjaca, kien wieħed mill-plejers li baqa' konsistenti fit-tim Kroat, u huwa wkoll sab ruħu fi klabb kbir hekk kif Juventus investew fih għall-futur. Forsi ma paxxiniex bil- finet soliti tiegħu, iżda dan it-tournament ra lil Nani jittrasforma ruħu fi plejer sempliċi, effettiv u li jissagrifika ruħu għat- tim, elementi li forsi matul il-karriera tiegħu naqsu xi ftit. Aaron Ramsey kien il-mutur ta' Wales f 'nofs il-grawnd. Xellug, lemin jew ċentru, Ramsey dejjem kien pront sabiex jieħu l-inizjattiva għat- tim tiegħu u kienet ħasra li kellu jitlef is-semifinali minħabba sospensjoni. F'tournament fejn rajna timijiet jużaw l-attakkant tradizzjonali, Antoine Griezmann, kien żgur mhux forsi wieħed mill-aqwa, hekk kif ġie anke ddikjarat bħala l-Aqwa Plejer tat- Tournament. Sieħbu Olivier Giroud ukoll kien pedina determinanti, iżda l-għażla taqa' naturalment fuq Cristiano Ronaldo, għaliex nistgħu ngħidu li din id- darba verament kien mexxej ta' pajjiżu f 'tournament internazzjonali, minkejja li kellu bidu pjuttost kwiet f 'dan il-kampjonat. L-aktar 11 li ddiżappuntaw Nibdew din il-lista bil- goalkeeper Iżlandiż, Hannes Halldorsson, li kien il- punt debboli tal-Iżlanda, fejn kontinwament ikkrea l-periklu b'idejh stess matul it-tournament, anke jekk forsi l-goalkeeper Ingliż Joe Hart, kien ħaqqu iżjed dan l-irwol, speċjalment għall-fatt li nafu x'livell ta' prestazzjonijiet kapaċi joffri, speċjalment ma' Manchester City fl-Ingilterra. Fost l-erba' difensuri li ddiżappuntaw, insibu lil Chris Smalling u lil Gary Cahill li qatt ma qabdu art flimkien, kemm bħala impostazzjoni ta' logħob kif ukoll bħala komunikazzjoni. Ivan Strinic tal-Kroazja kien difensur ieħor li ma kienx għall-altezza tal- kawża Kroata, anke forsi ppennalizzat mill-fatt li ma tantx jilgħab ma' Napoli fis-Serie A fl-Italja, mentri difensur ieħor li kien deludenti, kien Vasiliy Berezutski tar-Russja, li għall-esperjenza vasta li jġorr, kien mistenni ħafna iżjed minnu. Indubbjament, David Alaba kien wieħed mill- iżjed midfielders li ħallew impressjoni ħażina matul dawn il-Kampjonati. Lagħab fi kwalunkwe pożizzjoni iżda qatt ma kien effettiv ħlief fl-ewwel ħames minuti tal-partita kontra l-Ungerija meta laqat il- lasta. Id-duo Tork Arda Turan u Hakan Calhanoglu naqsu milli jħallu impatt f 'dan it-tournament, minkejja l-fatt li t-Turkija kienet qiegħda tiddependi ħafna fuq il-kwalitajiet tagħhom. L-Ukren Andriy Yarmolenko, li dejjem jissemma' li jista' jingħaqad ma' klabbs kbar, kien inviżibbli matul dan it- tournament, fejn saħansitra ma kienx effettiv lanqas fil-konfront kontra l-Irlanda ta' Fuq. Nagħlqu b'Harry Kane u Mario Gotze, li kienu żewġ attakkanti li ddiżappuntaw bil-bosta. Wieħed kien il- verżjoni difettuża tal-plejer li naraw kull nhar ta' Sibt ma' Tottenham Hotspur filwaqt li l-ieħor, wera jew aħjar ikkonferma, li bħalissa xejn mhu għaddej minn mument tajjeb fil-karriera tiegħu. illum Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Sports 32 L-Aqwa 11 u l-aktar 11 li ddiżappuntaw waqt il-Kampjonati Ewropej fi Franza Rui Patricio R. Guerreiro M. Pjaca L. Bonucci C. Gunter Nani A. Griezmann Pepe R. Sanches A. Ramsey C. Ronaldo H. Halldorsson I. Strinic A. Turan C. Smalling V. Berezutski H. Calhanoglu H. Kane G. Cahill D. Alaba A. Yarmolenko M. Gotze