Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Darmanin Demajo mistenni jkun ikkonfermat għall-aħħar tliet snin bħala President John Bundy se jieħu post Anton Attard bħala CEO tal-PBS minn Veronica Lynn Mizzi SA mill-ġimgħa d-dieħla, it-tmun tal-Public Broadcasting Services mhux se jibqa' f 'idejn Anton Attard, iżda se jkun il-preżentatur u DJ veteran John Bundy li se jkun qed jieħu l-kariga ta' CEO. Sorsi infurmati, ikkonfermaw mal-gazzetta ILLUM din il-pożizzjoni l-ġdida ta' Bundy wara li matul il-ġurnata tal-bieraħ kien hemm rapporti ta' din il-ħatra fil-media. Anton Attard ilu f 'din il- kariga għal dawn l-aħħar sitt snin, sa minn Awwissu tal- 2010, fejn taħt id-direzzjoni tiegħu, l-istazzjon kien inkarigat mill-ispettaklu tal-Malta Eurovision Song Contest , il-kanzunetta Maltija fil-Eurovision u anke tal-Junior Eurovision, li f 'żewġ edizzjonijiet, dawk tal- 2013 u tal-2015 rebaħ pajjiżna, permezz ta' Gaia Cauchi u Destiny Chukunyere. Wara l-ispettaklu ta' din is-sena, kien hemm diversi persuni li wrew id-diżappunt tagħhom u anke kritikaw bl-aħrax lil Attard, fosthom iċ-chairman tal-V18 Jason Micallef li saħansitra kien sejjaħ għar-riżenja tiegħu. Il-karriera ta' Bundy tmur lura sew fis-snin, bi programmi kemm fuq ir-radju u t-televiżjoni fuq prattiklament l-istazzjonijiet kollha lokali. Fil-fatt, fl-1986 kien ingħaqad ma' Radju Malta, wara li kien beda jaħdem fl-accounts ma' kumpanija privata. Bundy kien jippreżenta diversi programmi fuq Radio 101 u jorganizza diversi parties għall-massa għall-Partit Nazzjonalista, u allura meta beda jippreżenta fuq il-media tal-Partit Laburista, kien hemm min sejjaħlu traditur. F'intervista li John Bundy kellu mal-ILLUM fi Frar li għadda, kien saħaq li hu telaq minn fuq Radio 101 "minħabba l-attitudni u l-atteġġjament ta' xi wħud. Li bqajt hemm, il-kunflitti li kien se jkolli, kienu se jwasslu biex ninbarazza lill- Partit, u għażilt li nitlaq." Fl-istess intervista, kien qal ukoll li wara li kien xandar il-breakfast show fuq TVM bejn l-2002 u l-2008, ma ngħatalux programm li kien applika għalih, u dakinhar, "l-uniku messaġġ li rċevejt kien email mingħand Joseph Muscat li kien kitibli hekk, 'Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. L-aqwa baħrin huma tal-maltemp. Fejn nista' ngħinek, għidli." Minn hemmhekk, beda jxandar il-breakfast show 'Bonġu Bundy' fuq One, u programm ta' diskussjoni l-Ġimgħa filgħaxija 'Affari Tagħna'. Fl-intervista, Bundy jispjega li dan il- programm kellu jintemm hekk kif tgħaddi l-elezzjoni, u kien keċċa lilu nnifsu mill-istazzjon fit-8 ta' Marzu. Minn adkinhar, Bundy ftit li xejn deher fix-xena televiżiva, u meta fl-intervista ġie mistoqsi jekk qatt stenniex xi ħaġa, Bundy wieġeb, "jien qatt ma stennejt xejn mingħand ħadd. Jien qatt ma tlabt xejn mingħand ħadd, u li għamilt, għamiltu bil- ħila tiegħi." Żied jgħid li, "qatt ma ħabbatt bibien ta' ministri, la qabel, u lanqas issa. Iżda pretendejt li jien nibqa' nagħmel xogħli. Li nista' ngħidlek hu li jien m'iniex fuq ix-xandir, mhux b'kapriċċ iżda minħabba l-għira, il-kattiverja u l-biża' li l-affarijiet isiru sewwa fil-PBS." Meta kien ġie mistoqsi dwar jekk hux fit-tir tiegħu li jmexxi l-PBS, Bundy wieġeb, "Mhux se nwieġbek dwar din. Jien m'għandix xewqat li jispeċifikaw din. Inħalli lil kulħadd fil- libertà tiegħu, jara hu." Kompla jgħid li kulħadd jaf x'esperjenza għandu, u kulħadd jaf kif jagħmel ix- xandir. Dakinhar kien żied jgħid ukoll li, "kulħadd jaf li jien korrett ħafna f 'dak li nagħmel, issa jien ma nikkmanda lil ħadd u mhu se nħabbat il-bibien ta' ħadd. Nixtieq nagħmel dak li naf." Anton Attard John Bundy Ritratt tal-ġimgħa Ritratt: Chris Mangion Tard lgħaxija l-Belt Valletta qed tkun ripetutament assedjata mill-kreaturi kkuluriti ta' Pokémon GO. Nies ta' kull età, qed iduru f 'kull kantuniera tal-belt biex jingħaqdu ma' din l-invazjoni moderna u jaqbdu kemm ji lħu minn dawn il-kreaturi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016