Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
illum | Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Aħbarijiet 6 Il-Pulizija qegħdin jaħsbuha jekk jiħdux azzjoni Tkompli minn paġna 1 HEKK kif il-Pulizija avviċinaw lil Bajada, din bdiet tkellimhom ħazin filwaqt li bi vjolenza, bdiet tagħti bis-sieq lill-Pulizija. Jidher li l-Bajada ħarbet mill-Pulizija u avviċinat waħda mill-karozzi li kien hemm wieqfa fuq il-ligħts li hemm qabel id-daħla tal-LIDL. Mix-xhieda ta' sid il-karozza, jidher li Bajada heddietu u qaltlu "jew twassalni l-isptar jew inkisser…" B'risposta għas-sorpriża ta' sid il-vettura, Bajada bdiet taqbeż fuq il-bonnet ta' din il-vettura, u qalgħatilha l-wiper, li b'din l-istess wiper imbagħad reġgħet attakkat lill-Pulizija, tant li lil wieħed minnhom kissritlu n-nuċċali tal-vista b'daqqa ta' wiper u saħħansitra tagħtu daqqa ta' sieq bejn saqajh. Wara dan l-aħħar attakk fuq il-persuna tagħhom, iż-żewġ Pulizija arrestaw lil Bajada u ħaduha l-għassa taż-Żejtun. Hekk kif waslu l-għassa huma talbu l-għajnuna ta' tliet kollegi tagħhom, minħabba li Bajada ma kinitx ikkalmat u kien għad kellha atteġġament vjolenti. Hekk kif iddaħħlet l-għassa, Bajada bdiet toffendi lill- Pulizija u tgħajjarhom "Bla bajd", kif ukoll theddidhom li se 'tgħallihom'. Waqt dan kollu, il-Pulizija ma rnexxilhomx iżommu u jikkalmaw lill-mara tant li hi bdiet tagħti daqqiet ta' sieq u ponn lill-uffiċjali u saħansitra rnexxiela tigdem lil wieħed minnhom fi spaltu. Ħames pulizija rġiel kontra mara vjolenti waħda ma kinux biżżejjed, tant li ntalbet l-assistenza ta' tliet uffiċjali oħra, fosthom mara. Hekk kif it-tliet pulizija l-oħra waslu l-għassa taż-Żejtun, huma wkoll sfaw aggrediti minn Bajada, li rnexxielha tweġġa' tnejn minnhom b'daqqiet fil- partijiet ġenitali tagħhom. Fl-aħħar, it-tmien pulizija bejniethom irnexxielhom jimmanettjaw lil Bajada min idejha u saqajha, bit-tama li tikkalma. B'Bajada mmanettjata fl- għassa, sar kuntatt ma' tabib miċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, li mar l-għassa biex jikkuraha, fejn wara irreferiha għal Mater Dei. Immanettjata, Bajada, li s'issa l-Pulizija għad ma kinux jafu min hi u lanqas x'jisimha, talbet biex tkellem lil binha, u meta mistoqsija dwar l-identità u d-dettalji tagħha minn wieħed mill- pulizija, il-mara saħqet li jisimha Diane Bajada u toqgħod il-Mosta. Il-familja tal-mara ġiet informata b'kulma kien ġara u ġew mistiedna jmorru l-għassa taż-Żejtun. Sakemm il-familjari ta' Bajada waslu l-għassa, hija ġiet mogħtija kalmant mit-tabib. L-għassa waslu l-ġenituri tal-mara, flimkien ma' ħuha u binha, li ppruvaw jikkalmaw lill-mara, li f 'ħinijiet minnhom, kienet agressiva magħhom ukoll. Aktar tard, wasal ukoll l-avukat ta' Bajada. Bajada ttieħdet l-isptar għal evalwazzjoni medika, fejn minn informazzjoni li kisbet din il-gazzetta, jirriżulta li hija għadha rrikoverata l-isptar s'issa. L-istess sors stqarret mal- Illum li sakemm Bajada tibqa' l-isptar ma tistax titressaq il-qorti fuq vjolenza kontra uffiċjali tal-Pulizija, fost akkużi oħra. Ironikament iżda, meta hi kellha xi tgħid mal-eks raġel tagħha, dan ġie mixli l-qorti f 'qasir żmien, mingħajr ebda evalwazzjoni jew konferma tal-akkużi minn xi xhieda. GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-ISTOCKS JINBIEGĦU SIGURTA' LIKWIDITA' IMGĦAX KULL SITT XHUR (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Triq il-Mall, Floriana, Malta Investiment Sod Ħruġ ta' €100,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €60,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN _______ (ii) 2.4% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-Ewwel Ħruġ) li jimmatura fl-2041, bil-prezz ta' €101.75 b'YTM ta' 2.307% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 2.321%), jew Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock b'Rata ta' Mgħax Fissa offruti għas- sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej: Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta (i) 1.5% Stock tal-Gvern ta' Malta (Ir-Raba' Ħruġ) Fungibility Issue li jimmatura fl-2022, bil-prezz ta' €107.25 b'YTM ta' 0.266% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 0.266%), u Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta Gvern ta' Malta jimmatura (iii) F'ammonti miż-żewġ Stocks imsemmija hawn fuq b'valur nominali flimkien ta' €100,000,000 L-applikazzjonijiet jiftħu t-Tnejn l-1 ta' Awwissu, 2016 fit-8.30a.m. u jagħlqu fil- ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General: • fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa t-3 ta' Awwissu, 2016 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u • f'nofsinhar tat-Tnejn it-8 ta' Awwissu, 2016 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Il-Prospett u l- formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (www.treasury.gov.mt). L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu fuq fax 2596 7210 jew permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni jew jintefgħu fil-Kaxxa tal- Offerti, t-Teżor – Floriana.