Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566
illum Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 Sports 28 Rosberg jegħleb lil Hamilton u jirbaħ il-pole tal-Ġermanja 'L-għan ewlieni ta' Balzan FC huwa dak li niksbu post mal-ewwel 4' - Anton Tagliaferro WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fil-kwartieri ta' Balzan FC fl-istess lokalità, dan it-tim ikklassifikat fir- raba' post matul l-istaġun li għadda, ħabbar li kien ġedded il-kuntratti tal- plejers Maltin ewlenin tagħhom, fosthom Lydon Micallef, Justin Grioli, Steve Bezzina, Dylan Grima u l-goalkeeper Christian Cassar. Indirizza din il- konferenza stampa, il- president Malti-Awstraljan ta' Balzan FC li f 'dawn l-aħħar snin irrivoluzzjona lil dan il-klabb, Anton Tagliaferro, li qal li l-klabb tiegħu kien żamm l-istess nukleu ta' plejers Maltin għall-istaġun li ġej, iżda kien saħħaħ l-iskwadra bl-akkwist ta' tliet plejers barranin ta' ċertu livell li huma Bruno Giglio de Oliviera, Anderson Francisco de Barros and Borče Manevski. Dawn it-tlieta diġà lagħbu bil-flokk ta' Balzan fl-ewwel round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League kontra FC Neftchi tal-Azerbaijan, waqt li żammew tliet plejers barranin oħra li huma Elkin Orlando Serrano Valero, u ż-żewġ Montenegrini Bojan Kaljevic u Ivan Janjusevic. Anton Tagliaferro kompla li għalkemm l-iskwadra ta' Balzan hija waħda ferm kompetittiva, m'eskludiex li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jakkwista ikar plejers, hekk kif huwa tenna li fadal ħafna għat-tmiem tas-suq tat-trasferimenti fit-tmiem t'Awwissu. Huwa kompla li l-għan ewlieni tagħhom għall- istaġun li ġej se jerġa' jkun dak li Balzan FC jiksbu post mal-ewwel tlieta jew erbgħa tal- Kampjonat. Huwa kompla li l-wirjiet murija u r-riżultati miksuba minn klabbs Maltin fl- aħħar impenji tagħhom f 'kompetizzjonijiet Ewropej kienu ferm inkoraġġanti, b'Birkirkara jirnexxilhom jagħmluha għat-tielet round ta' kwalifikazzjoni għall- UEFA Europa League, Valletta għat-tieni round ta' kwalifikazzjoni għall- UEFA Champions League, waqt li Balzan FC kienu ferm sfortunati li sfaw eliminati mill-ewwel round ta' kwalifikazzjoni għall- UEFA Europa League, għalkemm fit-tieni leg barra minn darhom f 'Baku fl-Azerbaijan, kisbu rebħa tajba ta' 2-1 kontra FC Neftchi, bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta personali tal- plejer Malti tal-mument, Lydon Micallef, fejn saħansitra fallew ukoll penalty mogħti minn Paul Fenech. Anton Tagliaferro saħaq li dan kollu juri li l-livell tal-futbol Malti għola matul l-aħħar snin, u dan għandu jinkoraġġixxi iktar spettaturi biex jerħulha lejn id-diversi stadia li fihom jintlagħab il-futbol Malti biex isegwu lit-timijiet tagħhom. Huwa kompla li jemmen li l-livell tal-futbol Malti fil-preżent jista' jikkumpara tajjeb ma' dak ta' numru ta' Kampjonati madwar l-Ewropa. Il- president ta' Balzan FC, saħaq li l-uniku dispjaċir li għandu huwa dak li l- attendenzi fl-istadia Maltin għadhom foqra, u li xejn ma jirriflettu l-isforzi kbar li jagħmlu l-klabbs Maltin għall-akbar ġid tal- futbol Malti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa qal li ma jaqbilx mal-kunċett ta' 14-il tim fil-Premier minħabba li l-ispejjeż għall-klabbs involuti telgħu ħafna u se jkun hemm klabbs li jsibuha diffiċli biex jikkompetu mat-timijiet ta' fuq. Huwa afferma li fl-opinjoni tiegħu, il-Kampjonat Premier għandu jkun kompost minn għaxar timijiet bi tliet rounds, hekk kif skont hu permezz ta' kampjonat ta' dan it-tip, ikun qed jogħla l-livell tal- futbol Malti. Il-president ta' Balzan FC, Anton Tagliaferro, jieħu b'idejn Lydon Micallef wara li dan ġedded il-kuntratt tiegħu b'erba' snin oħra NICO Rosberg għeleb lil sieħbu iżda rivali kbir fuq Mercedes Lewis Hamilton biex b'hekk rebaħ il-pole position tal-Ġermanja fuq iċ-ċirkwit ta' Hockenheim. Tajjeb ngħidu li fil-bidu ta' din il-pole, Rosberg kellu ħsara elettronika fil-karozza, iżda mbagħad wettaq reazzjoni mill- aqwa, tant li spiċċa beix irreġistra l-aħjar ħin f 'din il-pole. Lewis Hamilton patta qares għal żewġ żbalji li wettaq fl-aħħar lap, li kawża tagħhom temm il-pole b'0.107 sekondi distakk minn Nico Rsberg. Fit-tielet u r-raba' post temmew is-sewwieqa ta' Red Bull, Daniel Ricciardo u Max Verstappen rispettivament, waqt li ż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Kimi Raikkonen u Sebastian Vettel temmew fil-ħames u fis-sitt post rispettivament. Dawn huma l-postijiet li fihom temmew is-sewwieqa kollha tal-Formula 1 ilbieraħ f 'Hockenheimring, flimkien mal-ħin li rnexxielhom jirreġistraw: Sewwieq Tim Ħin 1. Nico Rosberg Mercedes 1:14.363 2. Lewis Hamilton Mercedes 1:14.470 3. Daniel Ricciardo Red Bull 1:14.726 4. Max Verstappen Red Bull 1:14.834 5. Kimi Raikkonen Ferrari 1:15.142 6. Sebastian Vettel Ferrari 1:15.315 7. Niko Hulkenberg Force India 1:15.510 8. Valtteri Bottas Williams 1:15.530 9. Sergio Perez Force India 1:15.537 10. Felipe Massa Williams 1:15.615 11. Esteban Gutierrez Haas 1:15.883 12. Jenson Button McLaren 1:15.909 13. Carlos Sainz Toro Rosso 1:15.989 14. Fernando Alonso McLaren 1:16.041 15. Romain Grosjean Haas 1:16.086 16. Jolyon Palmer Renault 1:16.665 17. Kevin Magnussen Renault 1:16.716 18. Pascal Wehrlein Manor 1:16. 717 19. Daniil Kvyat Toro Rosso 1:16.876 20. Rio Haryanto Manor 1:16.977 21. Felipe Nasr Sauber 1:17.123 22. Marcus Ericsson Sauber 1:17.238 Nico Rosberg imkien ma' sieħbu fuq Mercedes iżda rivali kbir, Lewis Hamilton