Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum Sports 29 X'qed jinħema fix-xena tal-futbol internazzjonali... RIYAD MAHREZ - Il-fatt li fil-jiem li għaddew, l-attakkant ta' Leicester City, Riyad Mahrez m'aċċettax kuntratt ġdid li ngħatalu miċ-champions Ingliżi, beda jiġbed l-interess minn diversi klabbs, ewlenin fosthom Arsenal, Barcelona u PSG. Dan il-plejer kien strumentali fir-rebħ tal-ewwel kampjonat fl-istorja mill-Foxes matul is-sena li għaddiet u żgur li jekk huwa jħallihom, ikun qed iħalli vojt kbir fl-attakk tal-Foxes. CARLOS BACCA - Carlos Bacca jinsab pass 'il bogħod milli jħalli lil AC Milan, b'West Ham United huma l-favoriti ewlenin li jakkwistawh, fejn offrew is-somma ta' £26 għalih. Iżda, fl-aħħar sigħat daħlu fit-tellieqa għalih it-tim l-ieħor minn Londra ta' Arsenal, waqt li anki Napoli tefgħu ħarsithom fuqu. MOUSSA SISSOKO - Real Madrid jinsabu interessati fl-akkwist tal-plejer internazzjonali Franċiż Moussa Sissoko, li kellu Kampjonati Ewropej mill-aqwa fi Franza. Dan il-plejer ma tantx jidher ħerqan li jilgħab fiċ-Championship, ma' Newcastle United, u għalhekk jista' jaċċetta li jingħaqad mal-Galacticos, fejn il-Magpies qed jitolbu s-somma ta' £35 miljun. Arsenal huma wkoll interessati f'dan il-plejer. JEROEN ZOET - Manchester City offrew is-somma ta' £7 miljun għall-goalkeeper ta' PSV Eindhoven fl-Olanda, Jeroen Zoet. Dan hekk kif il-kowċ ġdid tal-Blues Pep Guardiola, qed ifittex goalkeeper li jista' jieħu post Joe Hart, li ddiżappunta bil-kbir bejn il-lasti tal-Ingilterra waqt Euro 2016. Intant, Manchester City qed isegwu wkoll il-passi tal-goalkeeper ta' Barcelona, Marc-Andre Ter Stegen. NABIL BENTALEB U CLINTON NJIE - Tottenham Hotspur jinsabu fix-xifer li jbigħu lil Nabil Bentaleb u Clinton Njie. Rigward Nabil Bentaleb, li ilu tiela' ma' Tottenham Hotspur sa mill-akkademja, qabel iffirma b'mod uffiċjali magħhom lura fl-2012, jidher li hemm bosta kalbbs imxerrdin madwar l-Ewropa interessati fih, waqt li Clinton Njie li ngħaqad mal-Ispurs matul is-sajf li għadda mingħand Marseille għas- somma ta' £14 -il miljun, jista' jerġa' jingħaqad ma' Marseille. RAMADAN SOBHI - Fiorentina offrew is-somma ta' £5 miljun għall-plejer Eġizzjan ta' Stoke City Ramadan Sobhi, bl-istess plejer jidher determinat li jingħaqad mal- Viola, hekk kif kien propju hu li esprima din ix-xewqa tiegħu fuq stazzjon televiżiv Eġizzjan. Il-ġerarkija ta' Stoke City tidher kunfidenti li dan it-trasferiment se jkun qed jimmaterjalizza ruħu fil-jiem li ġejjin. JESE RODRIGUEZ - PSG tefgħu ħarsithom fuq l-attakkant Spanjol ta' Real Madrid, Jese Rodriguez. Dan speċjalment biex jimtela l-vojt li ħalla l-iskorer prolifiku, Zlatan Ibrahimovic, li ħalla lill-Pariġini fi tmiem l-istaġun li għadda biex ingħaqad ma' Manchester United fl-Ingilterra. YEHVEN KONOPLYANKA - Tottenham Hotspur tefgħu ħarsithom fuq il-plejer ta' Sevilla fi Spanja,Yehven Konoplyanka, fejn l-Ispurs jistgħu joffru s-somma sostanzjali ta' €25 miljun biex jakkwistaw is-servizzi ta' dan il-plejer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016