Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

il-fabbrika, dewwaqna wkoll il-birra u beda jfehemna kif u ma' xiex għandha tinxtorob. Qalilha wkoll dwar il-problemi li għandu biex iġib il-prodotti agrarji bħax-xgħira minn barra meta jemmen li l-bdiewa Għawdxin jistgħu jkabbru x-xgħir wara li jinqata' t-tadam u hu lest li jixtrih. Miriam Dalli wegħditu li se tagħmel laqgħa mal-bdiewa u mal-għaqda tagħhom u l-ministeru f 'Għawdex biex tara kif il-bdiewa Għawdxin jistgħu japrofittaw minn iżjed xogħol. Samuele qal li għandu f 'moħħu li jkabbar il-produzzjoni tal-birra għal miljun u nofs flixkun fis- sena. Dwar din l-esperjenza Miriam Dalli qalet, "Il- proċess li l-birrerija artiġjanali Lord Chambray tadotta fil-produzzjoni tagħha hu interessanti mil- lat ambjentali. Interessanti l-fatt li din il-birrerija taħdem fuq il-ħsieb li tnaqqas l-iskart li tiġġenera billi tuża affarijiet riċiklabbli. Interessanti l-mod kif l-ilma għall-produzzjoni jiġi riċiklat u kif materjal organiku jiġi użat għal aktar minn darba. Dan huwa l-ħsieb li fuqu hija bbażata d-diskussjoni dwar circular economy fil-Kumitat tal- Ambjent biex jiġi ġġenerat l-anqas ammont ta' skart possibbli. Interessanti tara dan il-ħsieb jiġi attwat fir- realtà minn kumpanija li hija bbażata f 'Għawdex." L-ewwel Boutique Hotel 5 star Minn hawn tlaqna niltaqgħu ma' Mark Grech li hu d-direttur tal-kumpless 'The Duke' u Maria Farrugia li hi l-amministratur ta' dan il-kumpless tax-xiri fejn dawru lill-membru Parlamentari Ewropea ma' kull ħanut f 'dan il-kumpless b'Miriam Dalli issib ħin li titkellem mal-proprjetarji u anke salesgirls ta' kull ħanut b'dawn kollha jgħidulha kemm kienet sena tajba għan-negozji f 'Għawdex din is-sena, bit-turisti Maltin u anke barranin baqgħu jfittxu lil Għawdex is-sena kollha. Mark Grech stieden lil Miriam Dalli biex titla' fejn dawk li kienu penthouses se jinbidlu fl-ewwel boutique hotel 5 star f 'Malta u Għawdex. Lukanda fuq il- kumpless bi 30 kamra kollha spazjużi b'uħud minnhom anke bil-jacuzzi. Ix-xenarju li tgawdi minn dawn il- kmamar jaqtagħlek nifsek, speċjalment jekk kif tqum quddiemek tara s-sbuħija taċ-Ċittadella. Mark Grech qal li din il-lukanda se tkun lesta sa Frar li ġej u se tkun unika u ferm ċentrali. Dwar dan il-proġett Miriam Dalli qalet li t-turiżmu f 'Għawdex qed jiżdied "u maż-żieda fid-domanda jiżdied ukoll il- bżonn ta' aktar postijiet tal- akkomodazzjoni. L-iżvilupp li qed isir fid-Duke's fir- Rabat Għawdex hu xhieda tad-domanda u tal-istabilità ekonomika li teżisti fil- gżira Għawdxija. Boutique Hotel ġdida ta' kwalità fil-qalba t'Għawdex żgur li se tgħin biex ikunu attirati aktar turisti lejn Għawdex. Ħadt gost nara l-fiduċja li l-iżviluppaturi ta' din il- lukanda għandhom u kif qed jinvestu biex joħolqu aktar xogħol fil-gżira Għawdxija." Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum Għawdex 15 fl-innovazzjoni FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA "L-iżvilupp li qed isir fid-Duke's fir-Rabat Għawdex hu xhieda tad- domanda qawwija li hemm u anke xhieda tal-istabilità ekonomika li teżisti fil-gżira Għawdxija" Samuele tal-birra Lord Chambray jitlob lil Miriam Dalli tgħin biex il-bdiewa Għawdxin jibdew jiżirgħu x-xgħir fl-għelieqi tagħhom Miriam Dalli ferm interessata fil-proġett kbir u uniku li Abraham infurmaha li se jsir fiċ-ċentru Gozitano

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016