Illum previous editions

ILLUM 31 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/709566

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Lulju 2016 | illum prestiġjuż għal Malta fl-Olimpjadi ta' Rio Sports 35 Mhux ħaġa faċli, għaliex it-taħriġ tal-isparar trid tkun ikkonċentrata fuqu, jiġifieri prattikament wara li nlesti mix-xogħol, irrid naqleb għall- konċentrazzjoni massima biss fuq it-taħriġ. Irrakkontalna l-esperjenza tiegħek bħala 'Flag Bearer' kemm waqt il-Loghob tal-Mediterran tal-2013 fit-Turkija kif ukoll fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar fl-Iżlanda fl-2015. Dawk kienu esperjenzi oħra tal- ġenn għalija personali, għaliex meta jkollok il-bandiera f 'idejk tkun qiegħda tirrapreżenta lill-kontinġent kollu fosthom lill-atleti kollegi tiegħek u anke l-pajjiżek wara kollox. X'tikkummenta rigward il-Bidnija Shooting Range? Bħala indoor, il-Bidnija Shooting Range mhix attrezzata biżżejjed biex tospita tournaments bħall- Kampjonati Ewropej jew it-Tazzi tad-Dinja, minkejja li ġieli kien hawn xi tournaments internazzjonali li ġew milgħuba hemm. Pereżempju, aħna rridu nattrezzaw ruħna b'iżjed 'electronic targets' għaliex aħna għadna bil-'manual targets'. Suppost għandu jkun hemm investiment f 'ranges ġewwa, li eventwalment ħa jkunu qed jgħinuna fil-ħidma tagħna. X'inhi d-differenza bejn it-10 Metre Indoor u t-25 Metre Outdoor? Fl-avveniment tal-indoor, għandna pistol li taħdem bl-arja u biċ-ċomb, jissejħu pellets tal-4.5mm. Min-naħa l-oħra, fl-outdoor ikollna pistol differenti b'bullet li aħna nsejħu tal-0.22mm u tinqasam fi tnejn, fejn għandna 30 xott għall-precision u 30 xott rapid. Ninsab konxju mill-fatt li huma tassew ftit in-nisa f 'pajjiżna li jipprattikaw dan l-isport. Nitolbok ittina iktar dettlaji rigward dan, waqt li tħeġġeġ iktar nisa biex jibdew jipprattikaw dan l-isport. Lokalment, kulma qegħdin żewġ nisa f 'dan l-isport, iżda barra minn xtutna, hemm iżjed minn 100 tiratriċi mara. Jien personali nagħmel kuraġġ lil nisa oħra biex jibdew jipprattikaw dan l-isport, fi kwalunkwe età għaliex hemm bżonn ukoll naqtgħu t-tabù li dan l-isport huwa sport maskili. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jitla' l-Bidnija Shooting Range biex hemmhekk jipprova dan l-isport - ma nagħmilx distinzjoni bejn irġiel u nisa. Għalkemm forsi l-isparar huwa iktar meqjus bħala sport tal-irġiel, dan żgur li mhuwiex il-każ. Kull min irid jipprova dan l-isport, il-klabb 'Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club (MARPSC)', jinsab miftuħ għal kulħadd. Kif qed tħares lejn l-esperjenza tiegħek fl-Olimpjadi ta' Rio fil-jiem li ġejjin? Żgur li din ħa tkun esperjenza kbira għaliex li tirrapreżenta lil pajjiżek fl-Olimpjadi huwa dejjem sabiħ. Ta' min jirrimarka li jien ħa nkun l-ewwel parteċipanta Maltija fit-target shooting fl-istorja tal- Olimpjadi. Ovvjament, ħa nimmira li nagħmel l-almu tiegħi u nikseb riżultat prestiġjuż għal Malta. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-isport tal-air pistol wara l-Olimpjadi ta' Rio? Jien se nkompli nittrenja bħas-soltu u dejjem nagħmel l-almu tiegħi biex nitjieb f 'din id-dixxiplina u nibqa' naħdem biex nipprova nġib iktar unuri lejn pajjiżna. F'kull sessjoni tat-taħriġ dejjem se ssib fuq xiex taħdem u tirranġa kemm fit-teknika kif ukoll mil-lat ta' prestazzjoni għal waqt kompetizzjoni. Inħossni li nittrenja kemm nittrenja qatt mhu biżżejjed speċjalment fi sport bħal dan li kemm jista' jkun trid issib il- perfezzjoni. Ritratt: Raphael Farrugia "F'kull sessjoni tat-taħriġ dejjem se ssib fuq xiex taħdem u tirranġa kemm fit-teknika kif ukoll mill-att ta' prestazzjoni għal waqt kompetizzjoni. Inħossni li nittrenja kemm nittrenja qatt mhu biżżejjed." Twieldet fil-25 ta' Marzu tal-1977 u tgħix Ħal Tarxien. Hija waħda minn żewġ nisa Maltin biss li tipprattika l-isport tal-air pistol u li fl-aħħar snin għamlet unur kbir għal Malta, fosthom bir-rebħ tal-midalja tad-deheb fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu fl-2013. Se tkun waħda mis-seba' atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta waqt l-Olimpjadi ta' Rio bejn il-5 u l-21 ta' Awwissu li ġej. Kienet il-'Flag Bearer' kemm waqt il-Logħob tal-Mediterran tal-2013 fit-Turkija kif ukoll fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-Iżlanda fl-2015. Eleanor Bezzina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2016