Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 3 IĊĊERMEN ta' Eden Leisure Group's Ian De Cesare ħabbar investiment ta' €31 miljun li se jkun maqsum fuq erba' proġetti separati. Dawn jinkludu l-estensjoni tal- lukanda InterContinental li se żżid 32 kamra, lukanda ġdida, Casino u l-immodernizzar ta' Bay Arena. De Cesare qal li l-lukanda InterContinental Malta se tkun qed tagħlaq il-bibien tagħha fi Frar li ġej għal tliet xhur fejn se jsir il-proġett ta' modernizzar fil-lukanda. Qal ukoll li matul il-perjodu fejn il-lukanda se tkun magħluqa l-ħaddiema se jkunu qed jingħataw taħriġ biex jogħla l-livell tas-servizz offrut lill-klijenti. Meta tkellem dwar il-Casino, De Cesare qal li dan se jkun il-proġett fost l-aktar importanti tal-kumpanija fejn il-Casino se jkun mibni fuq medda ta' 2,000 metru kwadru u se jkun mgħammar bl-aqwa tagħmir li jeżisti bħalissa fl- industrija tal-logħob. Parti oħra tal-proġett se tkun il-lukanda Giorgianis li l-grupp għadu kemm akkwista riċentement u li din se tkun qed tifforma parti mill-katina ta' lukandi internazzjonali magħrufa bħala Holiday Inn Express. De Cesare qal li l-lukanda se titwaqqa u tinbena mill-ġdid u li se jkollha 100 kamra. Meta tkellem dwar Bay Arena, iċ-Ċermen qal li din se tkun mibdula biex tospita fiha sebat ikmamar għal laqgħat u konferenzi lkoll mgħammra bl-aqwa apparat fl-industrija, kif ukoll se jkun hemm sala prinċipali li tospita sa 1,200 ruħ. B'kollox dawn il-proġetti mistennija joħolqu madwar 300 post ġdid tax-xogħol. Din il-gazzetta tkellmet ma' Kevin De Cesare fejn tlabnieh jikkummenta fuq dan l-investiment. "Il-kumpanija setgħet żiedet 150 kamra mal-lukanda eżistenti però għażlet li żżid biss 32 u b'hekk tiffoka aktar fuq il- kwalità offerta milli l-kwantità sabiex timxi fuq ir-rotta li qed jimmira lejha l-Gvern" qal De Cesare. Meta tkellem dwar l-Arena l-kelliem qal li din se tiġi mibdula f 'Ċentru tal-Konferenzi minbarra li se tkun qed tintuża mill-Eden Leisure Group stess. "L-Arena se tkun qed tinkera biex kumpaniji oħra jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet tal- laqgħat u l-konferenzi filwaqt li din se tkun mgħammra bl-aqwa apparat għal dan it-tip ta' xogħol." Tkellem ukoll dwar l-investiment fil-lukanda eks Giorgianis fejn żied jgħid li l-isem diġà stabbilit tal-katina tal-Holiday Inn Express se jservi ta' vantaġġ għall-kumpanija fejn għandu x'jaqsam branding. "L-industrija li qiegħda dejjem tinbidel u għaldaqstant, jeħtieġ li aħna bħala kumpanija nkomplu nikbru mal-istess passi li qed tagħmel l-industrija li aħna noperaw fiha". De Cesare temm jgħid li dan il-proġett għandu jitlesta sal-aħħar tal-2015 filwaqt li ċ-Ċentru tal-Konferenzi mistenni jkun lest sax-xahar id-dieħel. Eden Leisure Group iħabbru investiment ta' €31 miljun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014