Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 | illum 33 SPORTSillum Tisħon il-qiegħa l-futsal lokali MATUL il-ġimgħa li għaddiet, reġa' rritorna l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal. Qrendi kienu mpenjati darbtejn, fejn fl-ewwel logħba tal-ġimgħa għelbu lil Mdina Knights bl-iskor ta' 4-2 u lejn tmiem il-ġimgħa, Qrendi sfaw megħluba minn Luqa bl-iskor ta' 5-0. Logħba oħra interessanti kienet dik bejn Naxxar Lions u Msida, li tat rebħa konvinċenti lil Naxxarin bl- iskor ta' 6-3. Lija Athletic ħadu r-raba' rebħa minn erba' logħbiet, meta għelbu lil Attard bl-iskor ta' 5-1. B'hekk Lija baqgħu fl-ewwel post flimkien ma' Mellieħa. F'aktar logħbiet, Mqabba għelbu lil Siġġiewi bl-iskor ta' 8-5, u B'bugia ġew megħluba minn Sirens bl-iskor ta' 4-1. Matul din il-ġimgħa kellna wkoll erba' logħbiet mill- kampjonat Premier fejn Luxol u Balzan komplew iżommu posthom f 'ras il- klassifika. Luxol għelbu lill-Ħamrun Spartans bl-iskor ta' 6-2, b'doppjetti ta' Florin Anton u William Barbosa u gowl kull wieħed għal Celino Alves u Tarek Ibrahim. Il-gowls Ħamruniżi waslu mingħand Michael Spiteri u Rogeriod Dos Santos Filho. Balzan batew mhux ftit meta għelbu lil Mosta bl- iskor ta' 4-3. Wara ħames minuti Glenn Bonello fetaħ l-iskor għal Balzan. Iżda tliet minuti wara, f 'temp ta' erba' minuti Mosta għamluhom 3-1, permezz ta' Ryan Buhagiar, James Mangion u Timothy Gingell. Balzan mill-ewwel irrispondew u dawru telfa f 'rebħa fl-istess l-ewwel taqsima b'gowls ta' Boicho Marev, Marco Conti u għal darb'oħra Glenn Bonello. Rebħa qawwija ta' Valletta fuq Gżira bl-iskor ta' 13-2. Il-protagonist prinċipali kien Denis Di Maio li skurja mhux anqas minn sitt gowls. Għal Valletta kellna wkoll doppjetta ta' Xavier Saliba, gowls ta' Cedric Sciberras, Brian Degura, Bryan Deguara, Dexter O'Brienu awtogowl ta' Aurelio Burgio. Iż-żewġ gowls ta' Gżira waslu minn Luke Stivala u Alessio Restuccia. Fl-aħħarnett Swieqi United għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 6-4. Għal Swieqi kellna tripletta ta' Zvezdan Vukovic u gowls għal Fredrik Johansson, Dario Zampa u Andrew Sammut Alessi. Qormi naqsu l-iskor permezz ta' Allen Medati, Juan Carlos Veira Peixoto u doppjetta ta' Blendi Gockaj. Azzjoni mil-logħba bejn Valletta u Gżira United l-futsal Titlesta l-manutenzjoni fis-saqaf tal-Padiljun tal-Isport f 'Kordin Malti rebbieħ tad-dinja fil-Blackball "ISSA l-attività sportiva fil-Padiljun ta' Kordin tista' tkompli tul is-sena kollha wara li saret il-manutenzjoni tant meħtieġa fis-saqaf." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt li inawgura l-proġett. Huwa faħħar il-ħidma sfieqa li jagħmel il-klabb sportiv ta' Hibernians li jilqa' fih diversi dixxiplini sportivi differenti, sabiex iżomm ħaj il-padiljun ta' Kordin u semma kif, speċjalment meta tagħmel ix-xita, l-attivitajiet kien ikollhom jiġu sospiżi. Ix-xogħol fuq is-saqaf beda f 'nofs Awwissu li għadda u tlesta ftit tal-jiem ilu. Dan seta' jsir permezz ta' fondi li ngħataw mill-gvern wara li dawn kienu allokati fl- aħħar baġit. Kien fl-1986 li nbena dan il-padiljun li jilqa' fih mhux biss attivitajiet ta' sport relatati mal-klabb ta' Hibernians, imma wkoll jintlagħab fih fost l-oħrajn il-kampjonat nazzjonali tal-futsal. Minbarra hekk, il- padiljun jintuża minn diversi entitajiet oħra għall-attivitajiet sportivi li jkunu organizzati tul is-sena. Għall-inawgurazzjoni kien hemm preżenti wkoll il-President ta' Hibernians Basketball Club Charles Degiorgio, il-President ta' Hibernians FC Tony Bezzina u s-Sindku u kunsilliera ta' Raħal Ġdid. Intant, il-Kunsill Malti għall- Isport għandu skema sabiex tgħin lill-entitajiet sportivi li japplikaw għaliha fil- manutenzjoni tal-faċilitajiet. Din hija biss waħda mill- bosta skemi li joffri l-Kunsill Malti għall-Isport, li jinkludu fost l-oħrajn għajnuna biex jinxtara tagħmir sportiv u għajnuna biex ikunu attirati lejn Malta attivitajiet sportivi li jgħinu fit-turiżmu sportiv. Intant, 19-il għaqda li bbenefikaw mill-fondi ta' assistenza msemmija. L-assistenzi ġew ippreżentati miċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport Luciano Busuttil u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius. Waqt l-istess attività ġew ippreżentati wkoll il- premjijiet u s-sussidji tal- aħħar regatta, li saret f 'Jum il-Vitorja, f 'Settembru li għadda. Hawnhekk kienu sebgħa l-klabbs tar-regatta li ħadu xi premju u / jew sussidju. ILPLEJER Malti tal- Blackball, Claudio Cassar, rebaħ it-turnament tal-irġiel tal-kampjonati tal-Blackball Pool li saru f 'Perth fl-Iskozja. Cassar rebaħ il-finali li kienet waħda tassew bilanċjata kontra l-plejer mill-Afrika ta' Isfel Paul Bennet bl-iskor ta' 8-7 wara li kien 7-6 minn taħt. Tajjeb ngħidu li dan il-plejer huwa kklasifikat fl-ewwel post f 'pajjiżu. Barra minn hekk Cassar ikkompeta kontra xejn inqas minn 127 plejer. B'kollox ħadu sehem 700 kompetitur f 'dan l-avveniment ferm importanti fid-dinja tal-pool li ntemm ilbieraħ. Il- kontinġent Malti kien kompost minn 20 atleta li ffurmaw tliet timijiet – wieħed tal-irġiel, ieħor tan-nisa u ieħor ta' taħt it-23 sena. Rimarkabbli huwa l-fatt li din kienet l-ewwel darba li Cassar kien qed jirrappreżenta lil Malta 8Ball Federation li ilha mwaqqfa biss sentejn taħt il-Presidenza ta' Martin Testaferrata li kif mistenni esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan is-suċċess storiku li ġab Claudio Cassar għal pajjiżna. L-organizzaturi ta' dan l-avveniment ISP Scotland rebħu d-dritt li jospitaw dan il-kampjonat li jsir darbtejn fis-sena ġewwa pajjiżhom għall-ewwel darba fejn għelbu x-xewqa ta' Franza u ta' pajjiżna. Claudio Cassar flimkien mal- kontinġent kollu Malti mistenni jirritorna f 'pajiżna llum f 'nofsinhar. Dehra mill-għoli tal-manutenzjoni li saret fuq is-saqaf tal-padiljun tal-Isport f 'Kordin Claudio Cassar propju ftit mumenti wara li sar champion tad-dinja tal- Blackball Ritratt: Joe Borg ISSA ONLINE .cOm.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014