Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 02 ta' Novembru 2014 Il-Casino Notabile se jiġi rrestawrat "IXXOGĦLIJIET ta' restawr fuq il-Casino Notabile se jibdew dalwaqt u dan ix-xogħol se jkun possibbli permezz ta' allokazzjoni ta' madwar €400,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Dr Ian Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Casino Notabile fejn ħabbar li din il-ġawhra arkitettonika fl-entrata tal-Imdina se tkompli tikkumplimenta x-xogħol ta' restawr li sar u li qed isir fuq l-iswar tal-istess belt. Borg saħaq kif matul is-snin kien hemm diversi proposti dwar kif il-Casino Notabile għandu jiġi riġenerat, b'diversi persuni u entitajiet jaqsmu l-ħsieb tagħhom dwar għalxiex għandu jibda jintuża. "Minħabba l-problemi li hemm fl-istruttura attwali tiegħu, l-ideat ta' dawn in-nies s'issa qatt ma setgħu jiġu materjalizzati iżda b'dan l-investiment u wara ħafna stennija dan il-wirt arkitettoniku se jkun restawrat kif jixraqlu post bħal dan" tenna s-Segretarju Parlamentari. Minn naħa tiegħu s-Sindku tal-Imdina Peter dei Conti Sant Manduca esprima s-sodisfazzjon tiegħu li, wara stennija twila li ilha numru ta' snin, dan il-proġett sa fl- aħħar se jsib il-finanzjament neċessarju mill-Gvern ċentrali sabiex din il-binja storika terġa' tingħata l-ħajja. €400,000 mill-Fond Ewropew se jkunu ddedikati għal dan ir-restawr Jitћabbru diretturi artistiċi ġodda Salvat wara 22 siegħa maqbud taħt l-art IXXENA artistika u kulturali lokali hija mistennija tieћu spinta 'l quddiem fil-mixja lejn il-Belt Valletta bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura hekk kif tћabbru tliet pożizzjonijiet importanti fl-arti. Dr Michelle Castelletti riċentament ġiet appuntata direttur artistiku tal-Malta Arts Festival, Dr Toni Sant tћabbar bћala d-direttur artistiku tal-Kavallier ta' San Ġakbu Ċentru gћall- Kreattività filwaqt li Mario Philip Azzopardi se jieћu r-rwol ta' direttur artistiku tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mill-1 ta' Jannar 2015. It-tliet ћatriet huma mistennija li jdaћћlu enerġija ġdida fix-xena artistika lokali, billi jipprovdu punti strateġiċi li jiltaqgћu filwaqt li jibqgћu distinti, u b'hekk joћolqu strateġija kulturali u artistika koerenti fil-mixja tal-Belt bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan ilu jseћћ gћal madwar din l-aћћar sena. Dr Castelletti hija mistennija li ġġib l-istess enerġija u viżjoni li wriet matul il-karriera tagћha. Wara li kisbet Masters fid- Direzzjoni Mużikali (second study, composition) mill- Ingilterra, Dr Castelletti nћatret bћala Festival Manager tas-Sounds New Contemporary Music Festival ġewwa Canterbury. Dr Toni Sant se jkun l-ewwel direttur artistiku tal-Kavallier ta' San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattività. Sant beda l-karriera tiegћu bћala xandar professjonali f 'Malta u ћadem bћala produttur/ preżentatur kif ukoll bћala direttur fuq numru ta' produzzjonijiet gћar-radju u televiżjoni bejn l-1986 u 1998. Mario Philip Azzopardi, id-direttur artistiku ġdid tal-Fondazzjoni Valletta 2018, huwa prattikant artistiku, direttur, amministratur, produttur u kreatur oriġinali ta' prodotti u avvenimenti. Waqt li kien il-Kanada, Mario Philip kiseb esperjenza konsiderevoli fl-Amerka ta' Fuq u t'Isfel kif ukoll fl-Ewropa, fejn kien wieћed mill-pijunieri li ћadmu fl-esperiment li kien il-produzzjoni ta' programmazzjoni Amerikan barra. Dan l-aћћar, Mario Philip waqqaf Staġun Teatru Malti, kumpanija privata li tikkummissjona, tiżviluppa, u tipproduċi drammi oriġinali bil-Malti. KOLLOX spiċċa b'wiċċ il- ġid għal Natale Fenech ta' 66 sena minn Tas-Sliema li nhar il-Ġimgħa spiċċa waqa' ġo ħofra fonda fl-inħawi ta' Pembroke, liema ħofra kienet tant fonda li tasal sal- livell tal-baħar. Fenech ġie salvat mill- membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li kien ilu madwar 22 siegħa maqbud taħt l-art. Mill-ewwel sinjali wara li ttella' mill-ħofra Fenech deher xi ftit konfuż tant li staqsa għall-kelb tiegħu u ħlief għal xi sinjali ta' ipotermija deher li kien jinsab tajjeb. Kien propju raġel barrani li sema' lil Fenech isejjaħ għall- ajjut waqt li kien miexi fl- inħawi. Ir-raġel kien qed idur l-inħawi bil-kelb tiegħu meta sema' l-għajjat ta' Fenech u talab l-għajnuna tar-residenti fil-viċin li sejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li waslu fi ftit ħin fuq il-post fejn ġie salvat ir-raġel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014