Illum previous editions

illum 2 nov 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/408406

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Nr 419 • 02 ta' Novembru 2014 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST HEKK kif qed joqrob il- jum tal-bagit, hu mistenni li l-Prim Ministru Joseph Muscat iħabbar li bl-iskema tal-bejh taċ-ċittadinanza pajjiżna se jkun qed idaħħal mat-€350 miljun minn din l-iskema. Dan fid-dawl tax- xogħol kollu li qed iseħħ biex jiddaħħlu kemm jista' jkun ċittadini Maltin permezz tal- iskema li ħolqot kontroversja politika kbira. Intant ilbieraħ il-Prim Ministru Muscat wasal lura Malta minn Singapore fejn indirizza konferenza bil-għan li jikseb aktar interess f 'din l-iskema. F'din il-konferenza hu kien il- mistieden speċjali filwaqt li kien ukoll akkumpanjat minn delegazzjoni pjuttost kbira li nkludiet lil Andrè Zarb minn KPMG. Fid-dawl ta' tnaqqis fil- bejgħ tar-retail, id-dħul ta' €350 miljun hu mistenni li jmur biex iħalli togħma tajba fl-ekonomija Maltija. Il-bejgħ ta' passaporti apparti li se jħalli flus lill-Gvern, se jħalli wkoll bagatella kbira lill-avukati Maltin u negozji li qed jitolbu mas-€70,000 biex jipproċessaw kull applikazzjoni għax-xiri ta' passaport Malti. LAMMISSJONI tal-Isqof Scicluna waqt il-programm Xarabank li ma kienx jaf bl-allegat każ ta' Patri Charles Fenech qajmet diversi reazzjonijiet minn nies li huma viċin il-Knisja u l-amministrazzjoni tagħha u dan għaliex l-Isqof Scicluna huwa wkoll eks Prosekutur tal- Vatikan f 'każi ta' abbużi sesswali. Jidher li għalkemm kien hemm numru ta' nies fil- Knisja u l-amministrazzjoni tagħha li huma konxji minn dawn l-akkużi fuq Patri Charles Fenech, u għalkemm minn dak li ħareġ fil-mezzi tax-xandir il-Knisja kien ilha taf b'dan il-każ għal tmien snin sħaħ, Charles Scicluna ddikjara fil-programm ta' nhar il-Ġimgħa li hu sar jaf biss bil-każ mill-mezzi tax-xandir. Fi kliemu, waqt il-programm, Scicluna wera d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-fatt li Patri Charles ma deherx quddiem il-qorti fi tliet seduti u li hu ħażin li wieħed jaħrab milli jidher quddiem il-liġi. Id-domanda li qed isaqsu ħafna hi għaliex l-Isqof Scicluna ma kienx jaf bil-każ jekk il-Knisja ilha konoxxenti tan- nuqqasijiet ta' Patri Charles Fenech għal tmien snin sħaħ? BDIET il-kaċċa għal uffiċjal għoli tal-Pulizija ta' Malta wara li dettalji ġo fajl tal-Pulizija dwar investigazzjoni kriminali tal-fabbrika Ċiniża Leisure Clothing, spiċċaw għand diriġenti tal-Partit Nazzjonalista ġewwa l-Pietà. Sorsi mill-Pulizija qalu li jafu min hu imma m'għandhomx il-provi biex isammruh għalissa. Il-fabbrika Ċiniża ilha topera Malta għall-aħħar 27 sena u kienet magħrufa ma' kulħadd li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema Vjetnamiżi u dawk Ċiniżi ma kinux sodisfaċenti. Madankollu qatt ma sar xejn f 'dawn l-aħħar snin la mill-gvern Nazzjonalista u lanqas mill- gvern Laburista biex ċerti ħwejjeġ jiġu regolarizzati. Is-sors tal-Pulizija qalilna li filwaqt li bdew l-investigazzjonijiet mal- fabbrika, "wieħed irid jiftakar li din il-fabbrika dejjem kellha l-benedizzjoni tal-gvernijiet kollha, safrattant kien hemm bosta ministri li kienu jintlibsu minn din il-fabbrika stess!" Filwaqt li din il-gazzetta taf min hi l-persuna li għaddiet id-dettalji tal-fajl, huwa magħruf li dan il-każ spiċċa fil-mira tal-mezzi tax-xandir wara li numru ta' impjegati ħadu azzjoni legali kontra s-sid ta' din il-fabbrika. Stunar fl-allegat każ ta' Patri Charles Fenech Kaċċa għal uffiċjal għoli fil-Pulizija Bidlu ħafna wċuħ mill- kamra tal-aħbarijiet iżda l-messaġġ baqa' wieħed identiku, negattiv u distruttiv. ALEX SALIBA HEKK kif qed joqrob il- Ministru Muscat wasal jmur biex iħalli €350 miljun għall-ekonomija ta' Malta Ikompli paġna 2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 nov 2014