Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 29 Ricetta u Tqasqis • Bott ċiċri • Sinna tewm • 3 magħref chives • ½ kuċċarina baking soda • ¼ kuċċarina mustarda • ½ kuċċarina melħ • Mgħarfa meraq tal-lime • Mgħarfa Worcestershire sauce jew soy sauce • Ftit tabasco sauce • Bajda mħabbta • ¼ ta' kikkra ġunġlien • 3 mgħaref dqiq • 2 kikkri żejt taż-żebbuġa (għall-qali) Metodu: Laħlaħ iċ-ċiċri mill-ilma tagħhom u poġġi nof- 1. shom ġo food processor u idħanhom ftit għal madwar 10 sekondi sakemm jiġu f'biċċiet. Ixħet ġo skutella u warrab fil-ġenb. Itfa' l-bqija taċ-ċiċri fil-food processor flimkien 2. mat-tewm, chives, baking soda, mustarda, melħ, meraq tal-lime, Worcestershire sauce jew soy sauce u tabasco sauce. Ħawwad sakemm ikollok paste. Ħallat flimkien din it-taħlita maċ-ċiċri midħuna 3. tal-ewwel u ħawwad b'mgħarfa. Żid il-ġunġlien u ħawwad. Wara, żid il-bajda mħabbta u ħawwad u finalment żid id-dqiq u ħawwad għall-aħħar darba. Meta t-taħlita tkun lesta, aqbad żewġ imgħaref 4. taħlita u fforma f'ballun. Iċċattja l-ballun u itfgħu fuq dixx tal-forn. Poġġi fil-friġġ biex joqogħdu għal madwar 15-il minuta. Saħħan iż-żejt f'taġen u aqli l-burgers għal 5. madwar 2 minuti fuq kull naħa jew sakemm ikollha kulur dehbi. Tista' wkoll titfagħhom fil-forn biex tevita l-qali. Servi ġo panina b'xi daqsxejn insalata. Burger taċ-Ċiċri Il-kapulavur ta' Kardashian L-Unuri għall-Mużika Ewropea Cake Boss jiġi fl- inkwiet KIM Kardashian kienet fuq fomm kulħadd din il-ġimgħa bil- pubblikazzjoni tar-ritratti għar-rivista Paper. F'dawn ir-ritratti meħuda mill-fotografu ta' fama internazzjonali, Jean Paul Goude, Kardashian uriet aktar milli kien mistenni fejn ħadet ritratti mingħajr ħwejjeġ anke wara li fl-2011 kienet ħaditha bi kbira li magażin ieħor ippubblika ritratti tagħha mingħajr ħwejjeġ u saħansitra qalet li mhux se terġa' tippoża mingħajr ħwejjeġ anke jekk jitolbuha Vogue. DIN il-ġimgħa fi Glasgow, l-Iskozja saru l-EMAs, l-Unuri għall-Mużika Ewropea fejn raw bosta kantanti ta' fama mondjali jkantaw waqt dan l-avveniment. Fost ir-rebbieħa, kien hemm Ariana Grande (ritratt), 5 Seconds of Summer, Linkin Park, Katy Perry, Justin Bieber u Nicki Minaj li kienet qed tippreżenta s-serata. Però, l-aktar kantanti li ġabru unuri kienu l-One Direction, li għalkemm ma kinux preżenti għas-serata biex jiġbru dawn l-unuri, kisbu tlieta minn tlettax-il unur. CAKE Boss, Buddy Valastro spiċċa fl-inkwiet mal-Pulizija hekk kif inqabad isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol. Il-Pulizija arrestaw lil Valastro f 'New York, il-Ħamis li għadda fis-1am, meta kien qed isuq il-Corvette safra tiegħu. Il-qoxra tar-rivista Paper Ariana Grande, rebbieħa tal-unur l-Artista Femminili 2014 Buddy Valastro, Cake Boss

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014