Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 Novembru, ix-xahar tal-kanċer BĦALMA Ottubru hu ddedikat lill-kanċer tas-sider u naraw ħafna ċfuf roża biex iqajmu kuxjenza dwar din il-marda qerrieda, Novembru hu ddedikat lill-kanċer fuq l-irġiel b'mod speċjali dak tal- prostata u dak testikulari, iżda ftit li xejn naraw ċfuf ċelesti. L-ILLUM għamlet l-istħarriġ tagħha u sabet li fl-2012 kien hawn 881 każ ta' kanċer fl- irġiel li jibdew minn subien ta' għaxar snin. Minn dawn it-881 każ, iktar minn nofshom, total ta' 487 mietu, tlieta minnhom taħt l-24 sena. Minnhom kien hemm 163 każ ta' kanċer fil- prostata li 33 minnhom tilfu l-battalja mal-marda. L-ILLUM tkellem ma' Andrew Grech li kien vittma tal-kanċer fit-testikoli fejn tkellem dwar l-esperjenza tiegħu. "Jien bniedem minn dawk li jibqa' jippostponi l-vista tat-tabib. Kien l-20 ta' Lulju 2012 meta mort għand it-tabib tal-familja għax deherli li r-riħ li kelli kien niżilli għal sidri, l-istess bħalma kelli ftit ġimgħat qabel. Waqt li kont hemm semmejtlu li qed inħoss uġigħ f 'riġlejja tax-xelluġ, bħal nerv miġbud li xi drabi qas kien iħallini noqod bilwieqfa sew. Kont ili sejjer hekk għal xahar sħiħ u qatt m'għamilt xejn dwarha. Kont anke nnuttajt li kienet kibritli waħda mit-testikoli u anke ħassejta misluħa għal xi żmien. It-tabib qalli li kelli jew infezzjoni jew tumur. Sa ħames minuti wara ġejt eżaminat u qaluli mill-ewwel li kelli kanċer testikulari. L-għada kellna niċċelebraw għeluq snin it-tifla, marti kienet tassew imħawda wara li kienet għaddiet minn żewġ każijiet fil-familja tagħha. Jien pruvajt inżomm kalm kemm jista' jkun u pruvajna nieħdu pjaċir f 'għeluq snin binti. Fl-14 t'Awwissu ġie konfermat li għandi kanċer fi stadju 2. Tkellimna dwar il-kimoterapija u t-trattament inġenerali tal-marda. Kien żmien ikrah ħafna, qatt ma bsart kemm hi kiefra l-kimoterapija. Waqagħli xagħri. Marti kienet dejjem maġenbi, lejl u nhar. L-infermiera li kelli miegħi kont narahom qishom anġli kienu tassew jieħdu ħsiebi. Fil-5 ta' Diċembru 2012, erġajt għamilt pet CT Scan u ngħatajt l-aħbar li kollox kien sew. "All clear" qaluli. U issa nista' ngħid li ili minn dakinhar ħieles minn dik il-marda qerrieda. Kull tliet xhur nagħmel testijiet tad- demm u kull sitt xhur immur għal scan biex nara li jekk Alla ħares qatt terġa' tfiġġ il-marda ninduna biha mill-ewwel." Statistika li turi l-ammont ta' kanċer fl-irġiel f 'sena Taħt il-5 snin: 2 każi / 0 imwiet 5-9: 0 każi / 0 imwiet 10-14: 2 każi / mewta waħda 15-19: 0 każi / 0 imwiet 20-24: 3 każi / 2 imwiet 25-29: 9 każi / mewta waħda 30-34: 13 każ / 3 imwiet 35-39: 18 każ / 6 imwiet 40-44: 16 każ / mewta waħda 45-49: 24 każ / 7 imwiet 50-54: 43 każ / 19 imwiet 55-59: 85 każ / 39 imwiet 60-64: 119 każ / 60 imwiet 65-69: 158 każ / 72 imwiet 70-74: 122 każ / 59 imwiet 75-79: 125 każ / 77 imwiet 80-84: 87 każ / 64 imwiet 85+: 55 każ / 76 imwiet Total: 881 każ / 487 imwiet Kanċer tal-Prostata Taħt il-5 snin: 0 każi / 0 imwiet 5-9: 0 każi / 0 imwiet 10-14: 0 każi / 0 imwiet 15-19: 0 każi / 0 imwiet 20-24: 0 każi / 0 imwiet 25-29: 0 każi / 0 imwiet 30-34: 0 każi / 0 imwiet 35-39: 0 każi / 0 imwiet 40-44: 0 każi / 0 imwiet 45-49: każ / 0 imwiet 50-54: 2 każi / 0 imwiet 55-59: 19 każ / 2 imwiet 60-64: 30 każ / mewta waħda 65-69: 37 każ / 3 imwiet 70-74: 26 każ / 4 imwiet 75-79: 25 każ / 5 imwiet 80-84: 13 każ / 5 imwiet 85+: 10 każi / 13 imwiet Total: 163 każ / 33 mewta Kanċer testikulari 15-24: 38 każ 25-34: 50 każ 35-44: 43 każ 45-54: 20 każ 55-64: 9 każi 65+: 16 każ Total: 176 każ / 9 imwiet Sors: National Mortality Registry, id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Informazzjoni f 'Malta L-informazzjoni meħuda f 'Lulju 2014 Il-kanċer fit-testikoli huwa l-iktar kanċer komuni fost l-irġiel bejn il-15 u 53 sena, imma jista' jixref f 'kull età u xorta waħda ftit li xejn inqajmu kuxjenza fuqu. Dejjem oqgħod attent għal xi sintomi. Eżamina l-parti tiegħek kull tant żmien. Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek xi dubju u mur għal ultrasound. Il-kanċer fit-testikoli jista' jitfejjaq, ġaladarba jinqabad minn kmieni. Sfortunatament, nofs l-irġiel li jkunu vittmi tal-kanċer testikulari ma jfittux l-għajnuna kmieni biżżejjed minħabba li l-marda tibda tinfirex mingħajr uġigħ ta' xejn. Nefqa ta' kwalunkwe daqs fuq it-testikoli • Tikber it-testikola, jew tibdel il-forma jew id-daqs jew xi • irregularitajiet oħra Uġigħ jew skumdità fl-iskrotum jew fit-testikoli • Uġigħ jew skumdità fin-naħa t'isfel tas-sider jew fid- • dahar Tħoss l-iskrotum tqil jew mimli • Sintomi tal-kanċer testikulari Il-kanċer fit-testikoli huwa l-iktar kanċer komuni fost l-irġiel bejn il-15 u 53 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014