Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 Qtil ta' żagħżugħ Il-vittma għadda ŻAGĦŻUGĦ ta' 20 sena, Gaetano Romano minn San Pawl il-Baħar, għadda minn martirju qabel miet u dan minħabba l-mod kif il-qattiela għażlu li jwettqu dan id-delitt faħxi. Il-katavru ta' Gaetano kien instab minn missieru stess f 'kamra li kellu fil- maħżen tan-negozju "Cinque Stelle" fi Triq il-Ħġejjeġ f 'San Pawl il-Baħar stess. X'aktarx li Gaetano inqatel fil-lejl ta' bejn it-30 u l-31 ta' Marzu 2009. Il-karba ta' missier Gaetano u l-appelli li għamel biex min jaf xi ħaġa dwar il-qtil ta' ibnu jmur għand il-Pulizija, sal-lum baqgħu ma ġewx imwieġba minkejja li għaddew aktar minn ħames snin. Missier Gaetano ħass li kien se jiġri xi ħaġa Nicola Romano minn Sqallija residenti fi Triq il-Ħġejjeġ f 'San Pawl il-Baħar u li meta nqatel ibnu kellu 67 sena, donnu ħass li Gaetano kien se jiġrlu xi ħaġa. Fil-fatt, Nicola, kien ippjana li jmur btala fil-Marokk flimkien mat-tieni mara li hija ta' nazzjonalità Marokkina u żewġ uliedhom bniet minn din il-mara. Il-Marokkina kienet l-omm tar-rispett ta' Gaetano. Kif kien irrakkontali Nicola stess, diversi drabi qal lil Gaetano li ma kienx sejjer il-Marokk. "Ma nafx għaliex, imma bdejt inħoss li xi ħaġa se tiġri u ma rridx inħalli lil ibni waħdu." Huwa kien qal lil Gaetano biex imur hu l-Marokk minfloku imma t-tifel baqa' jinsisti għax kien qallu li hu (Gaetano) kien se jmur l-Ingilterra fis-sajf. Iż-żagħżugħ baqa' jinsisti ma' missieru biex imur u jħalli kollox f 'idejh. Għal aktar minn darba missieru kien lest li jħassar il-btala fil-Marokk. L-anzjan kien qalli li sa ftit sigħat qabel kellha titlaq it-titjira ma kienx qed iħossu komdu li jħalli lil ibnu warajh. Messaġġi minn qabel inqatel Nicola Romano rrakkonta kif wara l-qtil ta' ibnu ċerti ġrajjiet li seħħew xi żmien qabel bdew jagħmlu sens u li xi ħadd kien diġà qed iwassallu messaġġi. Dawn il-messaġġi ma kinux bil- kitba, imma b'azzjonijiet. Kelb tal-familja Romano kien instab maqtul u saqajh marbutin b'tape u mormi f 'għalqa qrib id-dar ta' Romano. Kien hemm ġranet oħrajn fejn kull filgħodu Nicola kien isib imsiemer qrib il-bieb tad-dar, ħdejn il-garaxx li kien juża bħala maħżen kif ukoll ħdejn il-bieb tan-negozju. Forsi għal Nicola dawn setgħu fissru xi ħaġa jew min-naħa l-oħra lanqas biss għaddielu minn rasu x'setgħu jfissru. Darba minnhom sab krozza wara l-bieb tan-negozju u poġġiha fuq il-bankina għax ma kinitx tiegħu. Iżda minflok inġabret mal-iskart, l-istess krozza reġgħet tfaċċat aktar tard quddiem il-bieb tal-maħżen. Setgħu allura dawn kienu messaġġi lil Nicola, forsi anke messaġġi li fil-kultura Sqallija jintużaw biex iwasslu xi tip ta' twissija? Ma setax isib lil ibnu Peress li baqa' jinkwieta fuq ibnu, Nicola beda jċempillu kważi kuljum mill-Marokk u meta t-tifel waqaf jirrispondi Stupra tfajla f 'tank tal-ilma Gwardjani jisirqu mill-karozzi Mill-Qorti RAĠEL ta' 49 sena mill- Kalkara ma nstabx ħati li stupra tfajla ta' 17-il sena ġo tank tal-ilma li kellu f 'għalqa seba' snin ilu, wara li l-Qorti qalet li x-xhieda tal-allegat vittma kienet inkonsistenti u mhux kreddibli. Paul Vassallo kien mixli wkoll li nhar l-24 Settembru 2007 huwa stupra lit-tfajla, kkorrompieha, żammha kontra l-volontà tagħha, u li kkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur tagħha. It-tfajla qalet lill-Qorti li dakinhar, l-akkużat, mar għaliha d-dar sabiex imorru jnaddfu tank tal-ilma f 'għalqa f 'Ħ'Attard. Hemmhekk, it- tfajla qalet li xorbu ftit inbid, u ftit wara l-akkużat prova jbusha imma hi ma riditx. Hija qalet li sussegwentament, hija maret taħsel it-tank u f 'ħin minnhom, l-akkużat daħal bil-qalziet ta' taħt ħdejha, beda jmissha u neħħielha l-flokk. It-tfajla sostniet li hi ma riditx ikollha x'taqsam mal-akkużat, iżda dan injoraha u stupraha. Il-Qorti semgħet ukoll li l-akkużat imbagħad ħareġ minn ġot-tank filwaqt li t-tfajla marret tieħu sigarett miegħu u kompliet tnaddaf. Qalet ukoll li l-akkużat saqsiha għas-sess darbtejn oħra, iżda hi rrifjutat kull darba. Intant, Vassallo ammetta li staqsa lit-tfajla għas- sess iżda tenna li wara li rrifjutat, talabha tagħmel atti sesswali fuqu u din aċċettat. Huwa qal li t-tfajla ttantatu u sema' kif meta mar għaliha, hi kienet liebsa flokk skullat "kważi sidirha barra" u bdiet tirrakkontalu l-esperjenzi sesswali tagħha ma' ħaddieħor. Qal ukoll li ma kienx jaf li t-tfajla kellha 17-il sena. Il-Qorti, permezz tal- Maġistrat Audrey Demicoli, qalet li meta tiżen kollox, ix-xhieda tat-tfajla ma kinitx waħda konsistenti u konfliġenti, u li l-verżjoni tal-akkużat kienet aktar kredibbli. Il-Maġistrat qalet ukoll kif ma tistax tifhem kif tfajla li allegatement ġiet stupratha talbet lill-akkużat biex iwassalha d-dar u li kompliet taħdem. Fid-dawl ta' dawn iċ- ċirkostanzi, l-Qorti ma sabet lil Vassallo ħati tal-ebda akkuża u lliberatu minnhom. L-Ispetturi Raymond Aquilina u Ramon Mercieca mexxew il-Prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukati Gianella de Marco u Stephen Tonna Lowell dehru għall-akkużat. ŻEWĠ gwardjani fil- parkeġġ ta' lukanda f 'San Ġiljan ingħataw probation wara li ammettew li serqu minn karozzi li kienu pparkjati fl- Intercontinental Hotel. L-irġiel, Peter Magro ta' 50 sena min-Naxxar u Mikael Cardona ta' 29 sena minn Marsaxlokk, ġew ordnati wkoll li jagħmlu mitt siegħa kull wieħed xogħol fil- komunità. Huwa ammettew li serqu minn tliet karozzi li kienu pparkjati fl-Intercontinental Hotel f 'San Ġiljan, u li għamlu ħsara fil-karozza, filwaqt li Cardona waħdu kien akkużat li sar reċediv u li kiser xi sentenzi tal- Qorti. Il-Qorti semgħet kif bejn it-2 u 3 ta' Novembru tal-2013 serqu GPS minn vettura b'dannu għal Roy Arthur John Hackfield. Bejn il-21 u 22 Diċembru 2013 serqu GPS, camera, kompjuter u oġġetti oħra minn vettura b'dannu għal Davinio Gonzalez Diogracia u Lorraine Dunnett Borg, u li bejn is-17 u t-18 ta' Mejju li għadda serqu wkoll GPS minn vettura b'dannu għal Hikmett Burak. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Arthur Mercieca. Għall-imputati dehru l-avukati Marion Camilleri u Franco Debono. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Fuq il-lemin il-Pulizija mid-DIK imdawrin ma' Nicola Romano. Jidher ukoll il-Maġistrat Giovanni Grixti, it-tielet mix-xellug Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 20 th November, 2014 at 14:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: DETERMINATION OF DEVELOPMENT CONTROL APPLICATIONS: PA 2501/14: Site at, Veċċja Quay, Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar. Refurbishment and upgrading of Veċċja Quay. PA 0826/14: Site at, 210, Triq ix-Xatt, Pieta'. Proposed descheduling of existing Grade 3 building. Demolition of building & proposed construction of semi-basement garage, ground oor maisonette, 5 overlying apartments & penthouse. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reserved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. RESERVATIONS: 2290 2018 14 th November, 2014 www.mepa.org.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014