Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 Id-Dijabete: qattiel sieket VERONICA LYNN MIZZI vmizzi@mediatoday.com.mt FILJUM dinji ddedikat għall-kuxjenza kontra d-dijabete, ġie mniedi dokument għal konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel Strateġija Nazzjonali fuq id- Dijabete mis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne. Din il-kundizzjoni taffetwa 8.5% tal-popolazzjoni adulta Ewropea u mistennija tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin, meta mqabbla mal-10% tal- popolazzjoni Maltija. Fl-istess waqt li tnidiet din il-konsultazzjoni pubblika, ġie ppubblikat rapport Ewropew mill-Federazzjoni Internazzjonali dwar id-Dijabete (IDF) dwar is-sitwazzjoni tad-dijabete fl-Ewropa u l-politika li għandha tiġi addottata dwar dan. Wieħed minn kull tliet persuni li għandhom id- dijabete fl-Ewropa, ma jafux li qed ibatu minn din il-kundizzjoni u dan iwassal biex dawn in-nies ikollhom xi kumplikazzjoni oħra sakemm jiġu ddijanjostikati. Il-piż ta' din il-marda qed jinħass ukoll b'mod finanzjarju, dan meta fl-Ewropa biss hemm 52 miljun persuna li qed tgħix b'din il-kundizzjoni. Ir- rapport maħruġ mill-IDF Europe jgħid kif f 'temp ta' 20 sena, wieħed minn kull għaxar adulti fl-Ewropa se jkollu d-dijabete jekk ma jsir xejn u dan se jwassal għal piżijiet finanzjarji akbar fuq il-pajjiżi Ewropej flimkien ma' piżijiet fuq l-isptarijiet u l-entitajiet tas-saħħa. Għaldaqstant, jeħtieġ iktar riżorsi u edukazzjoni sabiex tiġi kkumbattuta din il- marda. L-istrateġija mnedija għandha l-iskop li l-kura tad-dijabete tinfirex biex ma tibqax biss offruta fl-Isptar imma wkoll fil-komunità u dan flimkien ma' servizz ta' helpline u introduzzjoni ta' xi mediċini ġodda u diversi sistemi ta' kura differenti. Punt li saħquh kemm fir-rapport kif ukoll waqt it-tnedija kien li għalkemm aħna pajjiż Mediterranju, ma tantx naddottaw l-istil ta' tisjir Mediterranju li fih innifsu huwa ta' benefiċċju għas-saħħa. Li kieku jsir dan, ir-rata ta' dijabete tista' tonqos sa b'anke 20%. Dr. Fearne sostna li "żewġ terzi mill-każi tad-dijabete tat-tieni tip jistgħu jiġu evitati jekk jinbidel l-istil ta' ħajja għal wieħed aktar b'saħħtu." F'kummenti ta' Anna Zammit McKeon li hi l-President tal-Għaqda Maltija kontra d-Dijabete (MDA), tkellmet dwar kif din l-għaqda kienet parti minn dan il-proċess ta' konsultazzjoni għal din l-istrateġija nazzjonali kontra d-dijabete flimkien ma' diversi partijiet oħra. Min-naħa tal-għaqda, meta kienu parteċipi f 'focus groups fi ħdan il-Kumitat ta' Tmexxija, ffukaw l-aktar fuq il-bżonnijiet tal-pazjent u tal-familja tiegħu. L-MDA kienet ukoll attiva bħala osservatur fil-laqgħat tal- Grupp Parlamentari dwar id-dijabete. "Min-naħa tal-għaqda, se nħarsu lejn ir-rapport u nagħtu s-suġġerimenti u l-opinjonijiet tagħna dwar dan sabiex ikunu fiċ-ċert li l-oqsma kollha assoċjati mal-immaniġġjar tad- dijabete qed ikunu mħarsa," kompliet Zammit McKeon. Temmet il-kummenti tagħha bit-tama li bil- programmi ta' prevenzjoni u l-implimetazzjoni tal- istrateġija nazzjonali, id-dijabete tkun tista' tiġi kkontrollata b'mod aktar effettiv. SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET JOB COACHES' GĦALL-PROĠETT TAL-FSE 3.113, 'SUPPORTED & SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' MPO Reference No: MPO98/2005/09 ETC Permit No: 97/2014 Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tfittex persuni motivati u lesti biex jidħlu għal impenn ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. Il-persuni magħżula se jkunu impjegati bħala 'job coaches' biex jagħtu taħriġ, għajnuna u appoġġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti. Huma se jkunu impjegati fuq bażi ta' kuntratt definit taħt il-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew 'Supported and sheltered employment training for disadvantaged groups including RDPs' sal-aħħar ta' Ġunju 2015. Matul ix-'Sheltered Employment Training', il-Korporazzjoni se tagħti taħriġ lill-persuni b'diżabbiltajiet differenti bil-għan li dawn itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu f'impjieg. Il-programm se jinkludi taħriġ prattiku f'setturi differenti tas-suq tax-xogħol u żjajjar f'postijiet differenti tax-xogħol. L-applikanti għandhom ikollhom minn tal-anqas tlett 'O' levels (minn gradi 1 sa 5 jew A sa C) u sena esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`, JEW l-'MCAST Foundation Certificate in Care' jew ekwivalenti f'termini ta' livell u kontenut tal-kors, JEW minn tal-anqas tlett snin esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. L-applikanti għandhom ikunu litterati fit-teknoloġija tal-informatika u kapaċi jikkomunikaw tajjeb kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż. L-esperjenza ta' xogħol trid tkun verifikata b'ittra ta' referenza jew b'kopja tal-Formola tal-Bidu tal-Impjieg tal-ETC. L-ismijiet ta' żewġ persuni li jistgħu jitkellmu għall-applikanti għandhom ikunu sottomessi mal-ittra t'applikazzjoni. Persuni interessati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljata, bil-posta reġistrata jew bl-idejn lil: Il-Kap tad-Dipartiment People Management & Corporate Services Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Uffiċċju Prinċipali Ħal Far BBG 3000 L-applikanti għandhom jikkwotaw il-kodiċi HR/11/14 fl-ittra t'applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard minn nhar L-Erbgħa 26 ta' Novembru 2014. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu rikonoxxuti u se jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalita`. Is-CVs tal-applikanti se jinżammu mill-ETC għal referenza futura. Dawk l-individwi li ma jixtiequx li s-CV tagħhom tinżamm mill-ETC għandhom jibagħtu ittra fuq l-indirizz t'hawn fuq u jirċievu lura s-CV tagħhom wara l-proċess ta' reklutaġġ. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett ko-nanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ko-nanzjament: 85% Fondi UE, 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Wieħed minn kull tliet persuni li għandhom id-dijabete fl-Ewropa, ma jafux li qed ibatu minn din il-kundizzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014