Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 | illum 33 SPORTSillum Riżultati tajbin t-tlielaq tal-ġiri għal Keith Galea WARA li rebaħ il- kampjonat tat-Triathlon għar-raba' darba fil- karriera tiegħu, iċ- champion ta' Malta tat- Triathlon, Keith Galea, kompla jtellaq fit-tlielaq tal-ġiri fejn irnexxielu jġib riżultati tajbin ħafna. Ġimgħa wara l-Kampjonati tat-Triathlon, Galea ħa sehem fl-ewwel tellieqa tal- MAAA Road Running League. Din it-tellieqa kienet twila 5km li saret ġewwa s-Siġġiewi. Minkejja li ma kienx għadu rkupra biżżejjed mill-Kampjonati tat- Triathlon, Galea spiċċa t- tellieqa fil-ħames post f 'ħin ta' 16.46. Ġimgħa wara din it- tellieqa, nhar is-26 ta' Ottubru, Galea ħa sehem fil-Garmin 10km li ġiet organizzata mill-Mellieħa AC ġewwa l-Qawra. Hawnhekk Galea għamel tellieqa sħiħa jissielet għat- tieni post imma fl-aħħar 3km ma setax ikompli jżomm il-pass biex spiċċa t- tellieqa fir-raba' post f 'ħin ta' 34.48. Ftit jiem wara din it- tellieqa Galea ħa sehem fil-University Ring Road 5km u fil-University Ring Road 5km Relay li ġew organizzati mill-Malta University Sports and Leisure li hija fergħa tal- Malta University Holding Company, b'risq il-Malta Hospice Movement. Keith Galea rebaħ it-tellieqa tal-5km f 'ħin ta' 16.45 fejn kiser ir-rekord tal-korsa. Ħuh Dermot spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 17.23. Fir- relay, it-tim ta' DGtri 'A' li inkluż fit-tim kien hemm l-aħwa Galea ddomina din it-tellieqa. Nhar il-Ħadd 2 ta' Novembru, Galea ħa sehem fit-tieni tellieqa tal-MAAA Road Running League. Din it-tellieqa kienet twila 5km ukoll li saret ġewwa l-Maqluba. Hawnhekk Galea kellu riżultat vera pożittiv fejn spiċċa fit-tielet post qalb l-aqwa atletli ta' Malta f 'ħin rekord personali ta' 16.13. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal Galea qal li jinsab sodisfatt ħafna b'dawn ir-riżultati speċjalment l-aħħar tnejn fejn kellu prestazzjonijiet li ma kienx qed jistenniehom daqshekk tajbin. Keith ilu jtellaq kull ġimgħa minn nofs Settembru u wara l-kampjonat waqgħet għejja kbira fuqu. Peress li s-sena d-dieħla se jiffoka naqra iktar fuq il-ġiri, kellu bilfors jagħmel dawn it-tlielaq u allura kellu jtawwal l-istaġun tiegħu b'xahar. Fl-ewwel żewġt itlielaq kien għadu għajjien mill-isforzi li għamel fit-triathlons ta' qabel imma xorta waħda huwa jinsab sodisfatt ħafna għax kiseb riżultati tajbin ħafna qalb l-aqwa atleti ta' Malta. Issa Galea se jieħu perjodu żgħir ta' mistrieħ u wara jerġa' jibda t-taħriġ intensiv tiegħu għas- sena d-dieħla. Galea jixtieq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm, Catalin Stan, lill-isponsors Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon u Starbene 24/7, lill-ġenituri tiegħu, lill-ġenituri tal- mara, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation u lill-Kumitat Olimpiku Malti, tal-appoġġ kollu li jagħtuh. Fl-aħħar nett huwa xtaq jirringrazzja lill- mara tiegħu tal-paċenzja u l-appoġġ kbir li jagħtih ta' kuljum. Keith Galea -azzjoni Ritratt: Jef Cassar Photography Mellieħa AC jorganizza t-tlielaq Garmin ġewwa l-Qawra NHAR is-26 ta' Ottubru, il-Mellieħa AC, b'kollaborazzjoni ma' Garmin (Medcomms Ltd) organizza għal darb'oħra serje mit-tlielaq Road ġewwa l-Qawra, fuq rotta li spiċċat ħdejn l-Akkwarju Nazzjonali ta' Malta. It-tiġrijiet jirriflettu l-missjoni tal-klabb ta' Mellieħa AC li hija ta' inklussività fl-isport, kif għall-ewwel darba huma introduċew tellieqa ta' 5km flimkien mal-10km distanza tradizzjonali. Il-pubbliku kellu wkoll l-għażla li jimxi r-rotta tal-5km. Għat-tfal ġiet organizzata Fun Run ta' kilometru li fiha attendew numru tajjeb mit-taqsima tan- nursery tal-klabb. Kien inkoraġġanti ħafna l-fatt li tara aktar minn 200 adult jieħu sehem fiż-żewġ distanzi, u dan kien l-ogħla numru ta' parteċipazzjoni għal dawn it-tiġrijiet organizzati fil-Qawra mill-istess klabb. Filwaqt li numru tajjeb ta' atleti ta' Mellieħa AC kienu qed jagħtu assistenza matul it-tellieqa, sabiex jiżguraw li kollox imur sew, kien hemm aktar minn 50 parteċipant fit-tellieqa, fejn il-kits sema blu tal-klabb taw dehra sabiħa matul it-tellieqa. L-atleta tal-klabb ta' Mellieħa, Andrew Grech, iddomina mill-ewwel fejn jista' jingħad li r-rotta prattikament għamilha trakka personali tiegħu. Huwa rreġistra l-aħjar personali tiegħu meta spiċċa f 'ħin ta' 32:28, 53 sekondi aħjar mill- aħħar rebħa tiegħu. Jonathan Balzan ta' St Patricks AC u Brian Magri ta' Pembroke Athleta segwew fit-tieni u t-tielet post rispettivaemnt f 'ħin ta' 33:32 u 34:19. L-ewwel tliet nisa fit- taqsima tal-10km kienu Lisa Bezzina (Pembroke Athleta) li wkoll irreġistrat l-aħjar ħin personali ta' 38:50. Lisa ġiet segwita minn Tara Abdilla (La Salle AC) u Angele Sammut (Mellieħa AC). Fit-tellieqa tal-5km, kien Mark Herrera ta' Pembroke Athleta li daħal l-ewwel b'ħin ta' 16:11, segwit minn Ibrahim Kone u Wayne Cassar fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Sandra Schembri (B'Kara St Joseph), Tiziana Zammit (AS Libertas) u Jana Ogrodowski ħadu l-podju femminili. Fl-aħħar tal-avvenimenti saret il-preżentazzjoni tal- premjijiet, kif ukoll raffle li fiha ntrebħu ħames FR15 Garmin Forerunner mill- mudelli l-ġodda li ġew mogħtija lill-ħames rebbieħa. Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem waqt it-tlielaq Garmin ġewwa l-Qawra organizzati minn Mellieħa AC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014