Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 Il-Bumunqar aħmar ikompli jinfetta l-palm JEKK wieħed jiddeċiedi li jmur passiġġata fil-Park Nazzjonali f 'Ta' Qali, għandu jinnota għadd mhux żgħir ta' siġar tal-palm infettat bil-ħanfusa tal-Bumunqar Aħmar tal-Palm. Wieħed jista' jara li hemm għadd mhux żgħir, għaliex barra dawn li jidhru fir-ritratt, hemm xi wħud li diġà bil- weraq tal-palm niexfa u s-siġra tidher mejta għal kollox, u hemm oħrajn li jidher fiċ- ċert li sa jgħaddu mill-istess destin għax diġà bdew jidhru sinjali li ġew attakkati minn din il-ħanfusa. B'kollox hemm mat-tmien siġar żgur li jridu jinqalgħu llum qabel għada, u jekk se tibqa' tirrenja l-indifferenza se nispiċċaw li f 'dan il-park ma tibqax siġra waħda tal-palm! Min hu inkarigat minn dan il-post ma ħax id-deċiżjoni immedjata li jinqalgħu dawn is-siġar infettati hekk kif dehru l-ewwel sinjali li huma ġew attakkati minn din il-ħanfusa qerrieda. Li kieku sar hekk forsi ma kinux jiġu attakkati aktar siġar tal-palm speċjalment, dawk li jkunu viċin siġra infettata. Din il-ħanfusa ilha li daħlet f 'pajjiżna sa mill-2007, jiġifieri seba' snin ilu u s'issa, wara dawn is-snin kollha, għadha ma nstabitx soluzzjoni effettiva kif tiġi kkontrollata. Din il-gazzetta tappella biex jinqalgħu mill-aktar fis possibbli dawn is-siġar morda ħalli l-ħsara ma tkomplix tinfirex mal-park kollu u b'jekk forsi jiġu salvati dawk is-siġar tal-palm li s'issa għadhom ma messithomx l-istess xorti. Intant, mitlub jikkummenta fuq il-problema tal-bumunqar aħmar, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u Sajd u Drittijiet għall- Annimali, Roderick Galdes qal li l-kontroll u moniteraġġ tal-bumunqar l-aћmar tal- palm qed isir mid-Direttorat gћas-Saћћa tal-Pjanti, skont il-Pjan ta' Azzjoni 2014. "Id-direttorat qiegћed jagћmel l-isforzi kollha meћtieġa biex isir kontroll u jingћata tagћrif fuq il- Bumunqar l-aћmar. Il-miżuri jinkludu spezzjonijiet fuq siġar tal-palm, qtugћ ta' palm infettat, moniteraġġ ta' nases bil-'pheromones' li ġew imqiegћda f 'diversi nћawi f 'Malta u Għawdex, kif ukoll linji gwida fuq kif għandu jsir bexx preventiv kif ukoll kurattiv fost oħrajn" qal Galdes. Hu kompla jgħid li l-problema tal-bumunqar l-aħmar tinsab kważi f 'kull pajjiż tal-Mediterran. "Malta tikkollabora bis-sħiħ ma' dawn il-pajjiżi l-oħra għal riċerka fuq miżuri effetti ta' kontroll, li jiġu implimentati minn żmien għal żmien." Galdes temm jgħid li biex jingћata tagћrif dwar il-bumunqar l-aћmar, id-direttorat ilu gћaddej b'kampanja ta' informazzjoni gћal diversi snin permezz ta' laqgћat li jsiru għall-pubbliku, programmi fuq ir-radju, stqarrijiet, fuljetti informattivi kif ukoll informazzjoni fuq is- sit tad-direttorat planthealth. gov.mt 11-il każ ta' cyber bullying fl-2013 IDDIPARTIMENT għas-Servizzi tal-Istudent fi ħdan id-dipartiment tal-edukazzjoni qed jipprovdi servizz ta' kontra l-ibbuljar u jindirizza dan il-fenomenu billi jipprovdi laqgħat kemm mal-istudenti kif ukoll mal-ġenituri fejn dawn jiġu mitluba u fejn ikun hemm bżonn. Waqt dawn il-laqgħat, jiġu diskussi fatturi differenti dwar kif wieħed għandu jżomm lilu nnifsu aġġornat. Dan ħareġ minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo b'risposta għal mistoqsija parlamentari magħmula minn Clyde Puli fejn talab lill-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal, fosthom cyber bullying. Il-Ministru Bartolo saħaq dwar l-importanza tal- bżonn tal-użu responsabbli tal-mezzi soċjali, miżuri ta' privatezza li għandhom jiġu rispettati, u li jiġu spjegati wkoll l-implikazzjonijiet legali. "L-istudenti jiġu mgħallma kif jafu jirranġaw il-privatezza tagħhom fuq il- mezzi soċjali bħal Facebook u Askfm. Fil-każ ta' fastidju tiġi emfasizzata l-importanza li l-istudent iżomm u jipprintja l-evidenza kollha minflok iħassar materjal u kummenti offensivi. L-istudenti jiġu mħeġġa biex jitkellmu minnufih u jevitaw li jaqgħu fit-tentazzjoni li jirrispondu lura għax b'hekk isiru ħatja huma wkoll" qal Bartolo. Qal ukoll li waqt il-laqgħat għal ġenituri sfortunatament ħafna drabi jirriżulta li l-ġenituri jkunu jafu jużaw il-kompjuter inqas mit-tfal tagħhom. "Għaldaqstant, nemfasizzaw l-importanza tar-responsabbiltà u l-obbligu legali li huma mistennija jħarsu. Issir referenza għall-programmi preventivi li jsiru fuq bażi nazzjonali mill-programm Be Smart Online fi ħdan l-MCA. Tiġi spjegata wkoll il-ħidma bejn is-servizz tagħna u s-Cybercrime Unit tal-pulizija. Meta jiġi referut każ, l-appoġġ jingħata kemm lill-vittma kif ukoll ngħinu lill-aggressur jifhem is- serjetà tal-imġiba tiegħu" temm jgħid il-Ministru. Ħafna ġenituri ma jafux jużaw il-kompjuter daqs uliedhom Min hu inkarigat minn dan il-post ma ħax id-deċiżjoni immedjata li jinqalgħu dawn is-siġar infettati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014