Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 16 ta' Novembru 2014 SPORTSillum Luxol jiurmaw klabb ġdid tal-badminton ISSIBT, 13 ta' Settembru 2014 kien jum speċjali għal Luxol Badminton Club bit-twaqqif ta' klabb ġdid tal- badminton, li jifforma parti mill-familja ta' Luxol Sports Club. L-attività saret fil-lokal tal-istess klabb tal-Luxol. Il-moħħ wara dan il-klabb ġdid huwa Stefan Salomone, champion nazzjonali attwali li ġabar miegħu grupp ta' eks champions tal-badminton, plejers b'esperjenza u oħrajn li jippromettu, kif ukoll oħrajn li kienu waqfu mil-logħob u riedu jerġgħu jibdew jilagħbu. Fil-futur il-klabb bi ħsiebu jwaqqaf ukoll nursery. L-għan tal-klabb hu li jieħu sehem fil-kompetizzjonijiet organizzati minn Badminton Malta u li jiġġieled għar-rebħ tal-kampjonat. Is-serata bdiet b'diskors mill-president tal-klabbm, Angiolino Sciberras li ta tagħrif lil dawk preżenti – plejers, qraba, ħbieb u mistednin distinti – dwar kif twaqqaf u l-għanijiet tal-klabb. Radd ħajr lill-plejers għall- impenn tagħhom, minkejja l-problemi li avventura ġdida bħal din iġġib magħha, kif ukoll lill-familjari tagħhom għas-sagrifiċji li jagħmlu. Irringrazzja wkoll lill-Bord ta' Luxol Sports Club għall- ko-operazzjoni u l-għajnuna li taw, kif ukoll lill-isponsors ewlenin li emmnu fil-klabb. Sciberras imbagħad introduċa lil Christopher Spiteri, il-president il-ġdid ta' Badminton Malta. Min- naħa tiegħu dan feraħ lill- klabb għal din l-inizjattiva li turi li l-badminton qiegħed jikber. Hu wkoll xtaq kull suċċess għal din l-avventura, u wiegħed is-sostenn u l-għajnuna ta' Badminton Malta. Kien imiss wara lill- isponsors tal-klabb – Robert Tabone ta' Top Choice u s-sinjura Melania Pellicano ta' Nestlé Fitness – li, filwaqt li xtaqu kull suċċess lill- klabb u ppreżentaw il-ftehim tal-isponsorship, stqarrew kemm kienu ferħanin li qegħdin jingħaqdu ma' Luxol Badminton Club għax għandhom l-istess għan: jiffaċċjaw l-isfida u jimxu 'l quddiem. Wara dan is-segretarju tal-klabb, Joseph Salomone, ippreżenta l-kowċ u l-iskwadra ta' plejers lill- mistednin, intwera l-kit il-ġdid tal-klabb u stieden lil kulħadd jingħaqad flimkien għall-buffet tal-okkażjoni. Fit-tmiem Jason Falzon, f 'isem Luxol Sports Club, qal li jilqa' bi pjaċir il-badminton fil-familja sportiva ta' Luxol u jistenna bil-ħerqa għall-ewwel suċċessi tal-klabb. Wara, fost iċ-ċapċip ta' dawk preżenti, qasam il-kejk. Il-kumitat ta' Luxol Badminton Club jixtieq irodd ħajr lill-plejers u l-familja tagħhom, lill-Bord ta' Luxol Sports Club u lill-isponsors ewlenin – Top Choice u Nestle Fitness għas-suċċess ta' din l-attività memorabbli. Is-Sur Robert Tabone (Top Choice) jippreżenta l-isponsor lis-Sur Angiolino Sciberras (President ta' Luxol Badminton Club) Is-Sinjura Melania Pellicano (Nestlé Fitness) tippreżenta l-isponsor lis-Sur Angiolino Sciberras (President ta' Luxol Badminton Club) Ritratt: Jahel Bria Chris Cassar jirbaħ l-unur tal-Ġerrej tax-Xahar NHAR il-Ġimgħa filgħaxija waqt il- programm ta' tiġrijiet fil-Korsa tal-Marsa saret il-preżentazzjoni ta' tifkira lil Chris Cassar li ġie magħżul bħala l-ġerrej tax-xahar għal Ġunju li għadda. Din il-preżentazzjoni ma kinitx saret qabel peress li l-istaġun tat-tiġrijiet kien wieqaf. Chris Cassar huwa minn Ħal Qormi u għandu 34 sena. Ilu bil-liċenzja tas- sewqan mal-Malta Racing Club mis-sena 1999 u fil-fatt l-ewwel darba li saq f 'tiġrija uffiċjali kien nhar l-4 t'April 1999 biż- żiemel Count Launcher. Però kellhom jgħaddu ftit aktar minn 10 snin sabiex irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu u din kienet biż- żiemel Jean Perrine nhar id-19 ta' Ġunju 2009. Sal-Ħadd li għadda Chris kien rebaħ total ta' 10 tiġrijiet u daħal 40 darba mit-tieni sar-raba' post. Matul ix-xahar ta' Ġunju Cassar saq erba' tiġrijiet fejn ħareġ rebbieħ darbtejn u spiċċa darba t-tieni u darba r-raba'. Waħda mir- rebħiet kienet biż-żiemel Panda des Fleches fil-finali tal-Kampjonat sponsorjat mill-Assoċjazzjoni Franċiża tat-Trott għall- Klassi Silver il-Prix de Cabourg. Nhar il-Ħadd li ġej Chris Cassar jerġa' jkun fl-azzjoni fil-Finali tat-Tazza tal-President biż-żiemel tiegħu stess Original Blue. L-għażla għall-ġerrej tax-xahar tiġi deċiża mill- Kunsill tal-Malta Racing Club wara li l-ġurnalisti sportivi preżenti waqt it-tiġrijiet jissottomettu n-nominazzjonijiet tagħhom. Din it-tifkira ġiet sponsorjata minn M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd u l-prodott tagħhom Johnnie Walker Whiskey grazzi għal Alfred Braddick li huwa l-Marketing Manager tal- Kumpanija. Chris Cassar -azzjoni fuq iż-żiemel tiegħu Original Blue

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014