Illum previous editions

illum 16 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/416742

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€0.90 Nr 422 • 16 ta' Novembru 2014 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST PAĠNA 24 "L-imperfezzjoni tiġbidna lejha daqskemm timbuttana" - Immanuel Mifsud facebook.com/MalataRestaurant O p e n i n g H o u r s 0RQGD\6DWXUGD\/XQFK 'LQQHU Please contact us for our festive set menus. 3DODFH6TXDUH9DOOHWWD 5HVHUYDWLRQV T: 21233967 – M: 79207521 E: LQIR#PDODWDPDOWDFRP Malata Restaurant is now taking bookings for staff parties & Christmas events. Mistennija miżuri ta' inċentiv għall-kumpaniji fil-baġit Il-Gvern se jinforza l-impjiegi ta' persuni b'diżabbiltà FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt GĦALKEMM il-liġijiet ta' pajjiżna ilhom sa mill- 1967 jeżiġu li kumpaniji li jħaddmu aktar minn 20 ruħ iħaddmu magħhom 2% nies b'diżabbiltà, tul is-snin din il-liġi ftit li xejn kienet implimentata jew infurzata biex toffri mpjiegi lil persuni b'diżabbiltà. Il-gvern hu mistenni li bħala miżura biex jgħin fl-integrazzjoni sħiħa ta' persuni b'diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol, se joffri inċentivi speċjali lil min iħaddem li fost oħrajn jinkludu eżenzjoni mill-ħlas tal-bolla kif ukoll kreditu ta' taxxa għal kul impjieg diżabbli. Din il-miżura se tkun għalhekk qed toħloq opportunitajiet ta' impjiegi lil dawk in-nies li dejjem jinqabżu minħabba d-diżabbiltà tagħhom. Hu mistenni wkoll li l-gvern, apparti li se jkun qed joffri dawn l-inċentivi, se jkun qed jinforza din il-liġi billi min ma jkunx konformi se jintalab iħallas kontribuzzjoni li tammonta għal €2,400 għal kull persuna li suppost iħaddem liema kontribuzzjoni se tmur f 'fond speċjali li se jintuża favur l-integrazzjoni ta' aktar persuni b'diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol. Il-Gvern se jinforza l-impjiegi ta' Rabta ċara bejn il-PN u l-bloggs – JPO Jirbaħ l-uniku tifel "META rriżenjajt mill-Partit u ddeċidejt li nkun membru parlamentari Indipendenti fil- Parlament lil Gonzi għidtlu li ma kellix f 'moħħi li nwaqqgħu mill-gvern, 'basta Daphne ma tattakilix lil min inħobb' Kont għidtlu li jekk Daphne Caruana Galizia tattakkali lil min inħobb jien inwaqqgħu mill-Gvern. Dan kien fl-20 ta' Lulju 2012 u dakinhar stess Daphne ħarġet fil-blogg tagħha li l-blogg tagħha hu 'Jeffrey Free Zone'. Dan hu prova ċara x'kuntatt hemm bejn il-PN u l-blogger. Juri biċ- ċar li hemm rabta diretta." Dan qalu Jeffrey Pullicino Orlando f 'intervista esklussiva mal-ILLUM. Hu kien qed jissostanzja l-argument li bejn il-PN u l-blogger Daphne Caruana Galizia hemm rabta diretta. Jeffrey Pullicino Orlando semma wkoll każ fejn Richard Cachia Caruana qallu biex imur il-Bidnija għand Daphne biex tiktiblu artiklu li kellu jidher f 'The Times. Kien akkumpanjat minn Gordon Pisani sal-Bidnija u kitbitlu l-artiklu li deher f 'ismu. LITALJA tirbaħ b'159 punt, Malta fir-raba' post b'116 punt. Ilbieraħ f 'pajjiżna nżammet it-tnax-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest. F'serata li kienet deskritta bħala l-aqwa finali li qatt saret kemm ilu jeżisti dan il- festival, Malta, ħarġet ta' nies quddiem l-Ewropa kollha. Il-finali kien preżentat minn Moira Delia. Ir-riżultat finali juri kif l-uniku tifel fost il- parteċipanti kollha rebaħ dan il-festival. Fil-fatt, Vincenzo Cantiello mill-Italja, rebaħ bil-kanzunetta Tu Primo Grande Amore. Din kienet l-ewwel sena li l-Italja ħadu sehem fil-Junior Eurovision Song Contest. Waqt il-voti, Malta tat 10 punti lill-Italja, filwaqt li 12-il punt tal-Maltin marru għand l-Armenja, li ġiet fit-tielet post. Il-kanzunetta Maltija, Diamonds, ġiet fir-raba' post b'116-il punt. Dan huwa t-tieni l-aħjar riżultat għal Malta, fl-istorja tal-Junior Eurovision Song Contest. Bla dubju l-aqwa riżultat kien is-sena l-oħra, b'Gaia li b'The Start, Malta kisbet l-ewwel post b'130 punt. Fl-2008, Daniel Testa, bil-kanzunetta Junior Swing, ukoll kien kiseb ir-raba' post, iżda kien ġab 100 punt. Ara l-intervista sħiħa paġni 14,15 Vincenzo Cantiello

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 November 2014