Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
22 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 IR-RAMBLERS IMWISSIJA AĦNA r-Ramblers konna minn tal-ewwel li ddikjarajna bla tlaqliq li se ningħaqdu f 'din il-koalizzjoni ta' 11-il għaqda ambjentali kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Ħa nagħmilha ċara għal min għadu ma fehemx: mhux kontra l-kaċċa, u mhux kontra l-kaċċa ta' kull tajr, imma kontra dik kiefra tal-gamiem u s-summien meta dawn ikunu sejrin l-Italja ħa jbejtu; u dan għal ġimgħatejn jew tlieta biss fir-Rebbiegħa. Aħna kontra dan għax hu fatt magħruf li fl-aħħar 40 sena in- numru ta' dawn iż-żewġ tajriet naqas bi kważi 80 fil-mija. Jiġifieri, jekk nibqgħu sejrin kif aħna, fi żmien 20 sena il- kaċċaturi mhux se jibqgħalhom gamiem u summien fuqhiex jisparaw. Aħna ambjentalisti u nħobbu dak kollu li hu parti mill-ambjent; u nikkumbattu dak kollu li mhux ambjentalment sostenibbli. Meta ħabbarna li aħna dħalna fil-koalizzjoni, il-kaċċaturi ma ħlewx ħin u wissewna li minn dakinhar stess 'l quddiem lilna r-Ramblers mhux se jħalluna iktar ngħaddu minn fuq l-art tagħhom". Iddikjarawlna gwerra totali; fil-fehma tagħna kellhom jifhmu li dan tagħna kien pass li minnu se jgawdu huma wkoll; basta jistennew sa Settembru u għall- ħames xhur ser ipassu iktar u iktar tajr. Imma għal ħafna kaċċaturi donnu li l-futur ma jeżistix, la għalihom, u anqas u anqas għal dawk ta' warajhom. L-aqwa li jgawdu "d-delizzju" tagħhom huma…u issa. X'jimpurtahom minn ħaddieħor. Għada min rah?! Xi tfisser sewwa l-pożizzjoni li l-kaċċaturi ħadu kontra tagħna r-Ramblers u kontra l-Maltin kollha li jħobbu jimxu fil-kampanja? In-nies dan tħobb tagħmlu l-iktar fl-isbaħ żmien tas-sena, fir-Rebbiegħa, meta n-natura terġa' tieħu l-ħajja, u ssaħħrek bil-kuluri tagħha, fosthom dawk tal- għasafar. Imma x'jiġri u x'isibu n-nies meta joħorġu jimxu bit-tfal żgħar magħhom? Ħafna mogħdijiet u żoni magħluqa b'rixtelli, sparar fil-qrib li jġiegħelhom idabbru rashom għax jistgħu jintlaqtu minn xi tir, klieb tal-kaċċa ġejjin għal fuqhom …u ma jissograwx jieħduha mal-kaċċatur għax dan għandu s-senter, eċċ. Din hi s-sitwazzjoni; u m'għidx kollox. Biex tifhem it-twissija tal-kaċċaturi, u mhux biss għar-Ramblers, trid tiftakar li kwart mill-kampanja li kellna ħamsin sena ilu, f 'Malta u f 'Għawdex, illum tinsab mirduma taħt bini u triqat. Kulħadd jaf, tul ħajjitna stess, kemm ċkienet il-kampanja. U nafu kemm f 'dawn l-aħħar snin nibtu, f 'kull rokna tal-gżejjer tagħna, avviżi bit-twissija bħal "PRIVAT, TIDĦOLX, RTO" biex ma tissograx tersaq 'l hemm. Xi ħadd għandu mnejn jgħid, "Nies oħra, bla mistħija ta' xejn u rispett lejn ħadd, ħatfu art mhix tagħhom u anke bnew fuqha u illum qegħdin jiġġieldu għad-'drittijiet' tagħhom." Imma dik storja oħra li għad irridu ngħidu ħafna fuqha; għal-lum ħa nkomplu fuq il- kaċċaturi. Issa, meta jgħidulek li "iktar minn nofs il-kampanja li fadal mhix tagħna lkoll, imma hi tal-kaċċaturi",tistagħġeb xejn, emminhom, anke jekk int dan qatt ma stħajjiltu possibbli. Ħafna kaċċaturi xtraw biċċa art tagħhom, oħrajn krewha, min ħadha b'ċens, min bi qbiela, u xi wħud ħaduha mingħand il- gvern biex taparsi jikkultivawha imma imbagħad kulma żergħu fiha kienu skrataċċ vojta u ċ-ċomb li kien fihom. Imma nsomma għandhom xi dritt (jekk mhux xi mgħawweġ) fuq dawn l-artijiet kollha. U aħna nemmnu li min ma xtarax jew kera, fittex, sab biċċa art mhix maħduma, waħħal lasta bi twissija u għamilha tiegħu. U ħadd ma kellmu, lanqas id- dipartiment tal-gvern li għandu jieħu ħsieb li dan ma jsirx. Issa la taf int u lanqas nafu aħna r-Ramblers liema huma dawn l-artijiet. U lanqas il- gvern stess ma jaf liema huma - tneħħi dawk il-meded kbar li b'ġenerożità kbira tawhom il-gvernijiet tal-aħħar 30 sena - bħal fil-Miżieb u fl-Aħrax tal-Mellieħa. U allura xi jrid jagħmel min iħobb imur jimxi fil-kampanja u ma jistax ikun jaf minfejn jista' jgħaddi u minfejn le. Xi dritt veru għandhom dawn il-mijiet ta' avviżi? Hekk jitwieled l-inkwiet mal- kaċċaturi. Kellna inċidenti fejn kaċċatur heddidna bis-senter, oħrajn fejn kellha tindaħal il-pulizija biex ma jinqalax inkwiet serju – wieħed ma jridx jinsa li dawn kollha jkollhom senter modern, mhux xi wadab 'tat-tradizzjoni'; u nirċievu mingħand in-nies, membri u mhux tal-għaqda tagħna, li jgorru magħna fuq inċidenti simili li kellhom huma. Ilna s-snin nitolbu l-gvernijiet jagħmlu xi ħaġa fuq dan; x'għamlu dawn il-gvernijiet? Taw iktar saħħa 'l kaċċaturi, b'aġevolazzjonijiet ġodda. Is-senter għandu s-saħħa…. u l-vot ikompli jsaħħu! Xi ħadd forsi jgħid li aħna għandna għalihom. Li għandna għal xi wħud minnhom, bħal min jispara fuq tajr protett, jew imur ikisser xi masġar, jew jidħol jagħmel l-ħsara f 'xi riserva, jew jiżboħ xi torri tal-kavallieri, għal dawn, iva, ngħiduha b'wiċċna minn quddiem. Imma mhux kontra l-kaċċaturi li jġibu ruħhom ta' nies, li jossevaw il-liġijiet. Naħseb li fil-gżejjer żgħar tagħna ftit huma dawk li m'għandhomx lil xi ħadd fil- familja, jew xi ġar, jew ħabib, jew oħrajn li jaf li joħorġu għall- kaċċa, u jaf kemm huma nies tal-affari tagħhom. Kif jista' xi ħadd ipoġġi l-kaċċaturi kollha f 'keffa waħda? Imma lill-kaċċaturi li għandna rapport tajjeb magħhom ngħidulhom: jekk tikkaċċjaw fir-Rebbiegħa qed tagħmlu ħsara lill-ambjent u lilkom nfuskom u, iva, se nieħduha kontrikom ukoll. Ngħidulhom hekk għax dawn m'għandhomx iġibu l-iskuża li jagħmlu hekk għax inkella jidhru koroh ma' sħabhom, jew għax jibżgħu li jagħmlulhom xi ħaġa; għandhom, minflok, huma stess jippruvaw ifehmu lil sħabhom kemm qegħdin jagħmlu ħażin. Li messhom jistħu jsejħu lilhom infushom 'konservazzjonisti' meta jafu li dan it-tajr naqas fil-bosta u xorta qegħdin joqtluh meta sejjer ibejjet. Mela, fil-11 t'April, mhux bi sforz, imma b'sens ta' dmir, mur ivvota, u ivvota: LE. Fil-futur se tkun kburi li kont fost dawk li għamlu dak li hu sewwa. Jekk tgħaddi tal-kaċċaturi, mit-12 t'April 'l quddiem ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! Se ssir taf il-kaċċaturi boloh kemm kapaċi jkunu ħafna iktar boloh! X'arja ser irabbu; anke mal-gvern, ikun min ikun. JOE AGIUS Ix-xogħol fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Fondazzjoni Anton Buttigieg ILFONDAZZJONI Anton Buttigieg immexxijja minn Dr. Aaron Farrugia iffirmat l-ewwel Memorandum of Understanding tagħha mas- soċjetà Erremme Recruitment Limited, u dan bil-għan li jservi ta' pjattaforma għal impjiegi ġodda u mobilità ta' xogħol għan-nies li jgħixu fil- lokalitajiet li jinsabu fl-ewwel distrett elettorali. Permezz ta' dan il-progett bl-isem ta` INworkforce, iż- żewġ naħat se jkunu qed joffru numru ta' servizzi fosthom ħolqien ta' profil ta' dawk kollha li qed ifittxu impjieg ġdid jew xogħol aħjar, għajnuna lil dawk l-entitajiet li qed ifittxu ħaddiema biex jaħdmu magħhom u fl-aħħarnett, gwida tal-karriera kemm għal dawk li għadhom qed jistudjaw u kif ukoll għal dawk li jkunu jridu jiksbu ħiliet u esperjenzi ġodda. Is-servizz se jkun qiegħed jingħata mill-uffiċċju tal- Fondazzjoni Anton Buttigieg ġewwa l-Ħamrun. Iċ-Chairperson tal- Fondazzjoni Aaron Farrugia wera x-xewqa tiegħu li dan il-proġett joħloq aktar opportunitajiet għal kull min irid jaħdem jew itejjeb l-impjieg tiegħu - xi ħaġa li għandha twassal għal livell ta' għixien aħjar ghal komunità, u allura waħda mill-miri ewlenin tal- Fondazzjoni. F`kummenti li ta, Aaron Farrugia qal li filwaqt li fl- 2014, Malta, flimkien mal- Ġermanja, kellha l-akbar żieda fl-opportunitajiet ta' xogħol fost il-pajjizi kollha Ewropej, inħass xorta waħda l-bżonn li l-Fondazzjoni, toffri dan is- servizz speċifikament għan-nies tal-ewwel distrett elettorali; dan minħabba li x-xogħol huwa prijorità. "Filwaqt li l-Fondazzjoni se tkun qed taħdem qrib l-entitajiet tal- Gvern li huma wkoll qed joffru servizzi simili, u filwaqt ukoll li se tkun tippromwovi l-iskemi preżenti, l-għan tal-Fondazzjoni jibqa' li tiffaċilita id-dħul fis-suq tax-xogħol lil dawk li fil-mument m'għandhomx impjieg u lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg aħjar minn dak li għandhom." Farrugia qal ukoll li l-Fondazzjoni se tkun qed tagħti gwidi dwar karrieri kemm lill-istudenti kif ukoll dawk li jħossu li jixtiequ jitħarrġu f 'settur ġdid, bil-għan li jkabbru l-opportunitajiet tagħhom ta' impjieg. Temm jgħid li s-servizz se jingħataw minn nies esperti fil-qasam u mingħajr ħlas. Il-Fondazzjoni Anton Buttigieg tfittex li taħdem qalb il-komunitajiet, il-familji u n-nies tal-ewwel distrett, jiġifieri l-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Floriana, il-Marsa, il-Pietà u Santa Venera. Żewġ proġetti oħra mistennija li jitħabbru fil- futur qarib. Ftehim favur ix-xogħol mill-Fondazzjoni Anton Buttigieg