Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
"KBURI li fil-parlament qed niddiskutu proposta ta' liġi li tressqet mill- Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni." Dan qalu l-Kap Nazzjoanlista Simon Busuttil meta kien qed jindirizza konferenza Nazzjonali fl-lukanda f 'Għajn Tuffieħa bl-isem ta' 'Innaqsu l-Obeżità Flimkien'. Busuttil qal li din hi l-ewwel darba li qed nitkellmu dwar abbozz ta' liġi mressqa kompletament mill-Oppożizzjoni. "Din hi liġi li aħna nemmnu bis-sħiħ fiha u qed naħdmu biex din titwettaq. Din hi liġi dwar stil ta' ħajja ġdid, stil ta' ħajja san." Simon Busuttil spjega li l-abbozz ta' din il-liġi tressaq mid-deputat nazzjonalista Robert Cutajar. "Din hi liġi studjata u liġi li turi kif aħna mill-Oppożizzjoni nistgħu inkunu fuq quddiem nett fuq dan is-suġġett li hu ta interess nazzjonali." Il-Kap Nazzjonalista semma' wkoll kif kien il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni li ressaq proposta sabiex jitwaqqaf grupp ta' ħidma li qed jaħdem fuq il-kundizzjoni tad-dijabete. "Konna aħna wkoll li waqqafna dan il-grupp li hu kompost minn membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra u li hu mmexxi mill-eks Ministru tas-Saħħa, t-tabib Godfrey Farrugia. Dan hu grupp li qed jaħdem qatigħ lil hinn mill-politika partiġġjana sabiex jiżdied l-għarfien tad-dijabete fuq l-aġenda politika nazzjonali." Simon Busuttil temm jgħid li dan ix-xogħol kollu qed isir mill-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni. "Aħna qegħdin verament nuru li qegħdin hawn biex nagħmlu d-differenza. M'aħniex hawn bil-paroli biss iżda llum kulħadd jista jara li l-Partit Nazzjonalista jwettaq bil-fatti dak li jwiegħed u jitkellem dwaru." 6 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 Programm Operattiv I – Politika ta' Koe!joni 2014-2020 AVVI" PRELIMINARI Il-Fond Ewropew g#all-I!vilupp Re$jonali u l-Fond ta' Koe!joni L-Awtorità ta' !estjoni f'Malta g"all-Politika ta' Koe#joni 2014-2020, id-Divi#joni g"all- Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi "dan il-Ministeru g"all-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq t"abbar li dalwaqt se tniedi sej"a g"al proposti ta' pro$etti minn entitajiet pubbli%i ta"t l-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment rispettivi li $ejjin: 1. Assi Prijoritarju 3 – 'It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investiment fl- SMEs ! Prijorità ta' Investiment (PI) 3d – L-appo!! tal-kapa"ità tal-SMEs biex jikbru fis-swieq re!jonali, nazzjonali u internazzjonali u biex jinvolvu ru#hom fil- pro"essi tal-innovazzjoni. 2. Assi Prijoritarju 4 – 'Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju' ! Prijorità ta' Investiment (PI) 4a – Tippromwovi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' ener!ija li hi dderivata minn sorsi rinnovabbli. 3. Assi Prijoritarju 5 – 'Il-protezzjoni tal-ambjent – l-investiment f'assi naturali u kulturali' ! Prijorità ta' Investiment (PI) 6c – Tikkonserva, tipprote!i, tippromwovi u ti$viluppa l-wirt naturali u kulturali. 4. Assi Prijoritarju 11 – 'L-investiment f'infrastruttura TEN-T' ! Prijorità ta' Investiment (PI) 7(i) – Tappo!!a %ona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fit-TEN-T. Nota: G"all-g"an ta' din is-sej"a, se ji$u kkunsidrati biss pro$etti sottomessi li huma mmirati g"at-Titjib tan- Netwerk tat-Toroq TEN-T. It-tnedija tas-sej"a nnifisha, flimkien mad-dettalji tas-Sessjoni ta' Informazzjoni marbuta mag"ha, se ji$u ppubblikati fil-$img"at li $ejjin u se jkunu disponibbli wkoll fuq il-pa$na elettronika: www.eufunds.gov.mt. Il-Formola tal-Applikazzjoni marbuta mag"ha u d- dokumentazzjoni rilevanti (inklu#a l-lista ta' azzjonijiet eli$ibbli) se jkunu disponibbli fuq l- istess link ladarba titnieda s-sej"a. Sadanittant, iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq www.eufunds.gov.mt jew minn fuq il-Helpdesk Online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt. Dan l-avvi# g"andu jitqies b"ala avvi# preliminari sabiex jag"ti #mien addizzjonali lill- applikanti interessati j"ejju l-applikazzjoni tag"hom. Programm Operattiv I – Politika' ta' Koe#joni 2007-2013 Ninvestu fil-Kompetittivita' g#al Kwalita' ta' &ajja A#jar Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew G"all-I#vilupp Re$jonali (FE&R) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tieg�ek L-Alternattiva Demokratika b'kandidat f 'Ħ'Attard "RALPH Cassar għandu esperjenza twila bħala Kunsillier f 'Ħ'Attard. Tkellem dwar l-isfreġju, l-inkonvenjenzi, t-tniġġis u t-tkissir tal-infrastruttura li ġabet u qed iġġib l-estensjoni fiż-żoni tal-iżvilupp tal-2006. Ħadem biex jitħawlu mijiet ta' siġar indiġeni. Ħadem biex isiru attivitajiet li jagħtu t-toroq lura lin- nies, biex ikun hawn aktar faċilitajiet għal min juża r-rota u bankini aċċessibbli għal kulħadd. Ħadem biex matul is-sena jinġabru l-ħwejjeġ għar-riċiklaġġ b'mod regolari u biex nippromwovu s-sistema ta' riċiklaġġ. Ħ'Attard fil-fatt, grazzi għar-residenti tiegħu dejjem fuq ta' quddiem fl-ammonti ta' skart li jiġi riċiklat." Dan qalu ċ-Chairperson ta' AD Arnold Cassola meta introduċa l-kunsilllier u kandidat ta' AD fil-lokalità Ralph Cassar. Cassola qal li Cassar ilu snin twal jaħdem fuq il-problema tal-illegalitajiet u l-ħsara kbira ambjentali fil-barrieri ta' Wied Inċita, flimkien ma' AD u anke fil-Kunsill Lokali. "Kien fuq ta' quddiem biex saru żewġ protesti ġudizzjarji fl-2009 u l-2012, kien involut fl-laqgħat mal-MEPA fuq il-kwistjoni u issa kuntenti ħafna li wara li l-Kunsill ma wasal imkien, Ralph stinka biex tinfetaħ kawża kontra l-MEPA, d-Dipartiment tal-Artijiet u s-sidien li titlob li l-illegalitajiet jieqfu u tibda r-rijabilitazzjoni tal-Wied." Waqt l-introduzzjoni ta' Raplh Cassar il-kandidat f'isem l-AD f'Ħ'Attard Proposta liġi li tiġġieled l-obeżità u tħeġġeġ stil ta' ħajja aħjar - Busuttil "Din hi liġi dwar stil ta' ħajja ġdid, stil ta' ħajja san" - Simon Busuttil