Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 11 80,000 xitla jsebbħu Misraħ San Ġorġ fit-tieni Infjorata MISRAĦ San Ġorġ fil- Belt Valletta bħalissa jinsab imżejjen b'Infjorata magħmula minn aktar minn 80,000 xitla kkuluriti li qed tiġbed l-attenzjoni ta' dawk kollha li jkunu għaddejjin mill-viċinanzi. Din hija t-tieni sena li qed issir l-Infjorata waqt il-Valletta Green Festival bil-għan li jitqajjem għarfien dwar l-aspetti ekoloġiċi tal- Belt Valletta. Ix-xtieli li qed jintużaw tkabbru matul l-aħħar tnax il-ġimgħa mill- Environmental Landscaping Consortium (ELC) u t-tapit tal-fjuri ġie ddisinjat minn Daniel Mercieca fuq simboli meħuda mit-Tempji Megalitiċi li huma parti mill-wirt kulturali Malti. Fi tmiem il-Valletta Green Festival, li qed jittella mill- Fondazzjoni Valletta 2018 b'kollaborazzjoni mal- Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u l-ELC, ix-xtieli kollha se jkunu qed jitħawwlu f 'diversi ġonna madwar Malta u Għawdex. rikreazzjoni fl-Imtarfa Borg spjega li Malta għandha allokazzjoni ta' madwar €12 miljun għall-perjodu 2014- 2017 u l-applikanti ta' dan il- fond ċentralizzat jistgħu jkunu NGOs, entitajiet pubbliċi u anki entitajiet privati. L-applikazzjonijiet se jibqgħu miftuħa sal-1 ta' Ottubru 2015. Huwa ħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-ambjent ta' pajjiżna sabiex jersqu 'l quddiem bil-proġetti tagħhom u li eventwalment se jingħataw l-fondi meħtieġa sabiex jimplimentaw l-istess pjanijiet. Preżenti wkoll kien hemm is-Sindku tal-Imtarfa, is-Sur Daniel Attard li esprima s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-proġett sa fl-aħħar se jkun lest u li n-nies tal-Imtarfa se ikollhom post fejn jistgħu jistrieħu, bħalma jeżistu diġà f 'postijiet oħra. L-Infjorata hija magħmula minn 80,000 xitla kkuluriti li qed tiġbed l-attenzjoni ta' dawk li jkunu għaddejjin minn ħdejha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015