Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 Sena ta' ħidma fil-Parlament Ewropew ACCESS TO EMPLOYMENT – REMOVING BARRIERS TO EMPLOYMENT – We think you'll like what's coming, because we've changed the rules and made it easier than ever before to qualify for Employment Aid: You open your job doors to those who are more challenged and we will pay you a subsidy of €85 per week per new recruit for 26 weeks or for 52 weeks or for 104 weeks, or a subsidy of €125 per week for as many as 156 weeks in the case of registered disabled persons. Contact us on telephone number 2220 1399 or email address a2e.etc@gov.mt GRANTS TO PROMOTE NEW EMPLOYMENT FOR REGISTERED DISABLED PERSONS: AS FROM 1ST JUNE, 2015. FOR OTHER GROUPS: COMING SOON www.etc.gov.mt JOHN BUSUTTIL GĦADDIET sena minn mindu Alfred Sant, Therese Comodini Cachia u Miriam Dalli daħlu għall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew fi Brussell bħala Membri Parlamentari. Eks Prim Ministru u żewġ avukati miż-żewġ naħat tal-kamra bdew esperjenza ġdida fi sfera politika ferm differenti minn dik li nafu aħna – fil-post fejn fil-fatt tinħema l-politika li tiftaħ it-triq lill-Ewropa kollha. Iddeċidejna nieħdu kumment mingħand dawn it-tlieta dwar l-esperjenza tagħhom f 'din l-ewwel sena. Għat- tlieta l-oħra, David Casa, Marlene Mizzi u Roberta Metsola din hija t-tieni darba li qegħdin jiffurmaw parti mill- Parlament Ewropew fejn qed jirrappreżentaw liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Alfred Sant (S&D) "Sena wara l-elezzjonijiet Ewropej, il-ħidma tal-Parlament Ewropew ħadet il- karattru tagħha wara li ġiet imwaqqfa l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida u wara li ġew stabbiliti l-prioritajiet politiċi għall-Ewropa tal-lum. "Ix-xogħol tal- Parlamentari Ewropew jinfirex fil-wisa' fuq ħafna materji u jaf ikun teknikament kumpless. Min-naħa tiegħi, ikkonċentrajt l-aktar fuq suġġetti li huma marbuta mat- tmexxija taż-żona ewro u fuq kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi li jaffettwaw lil Malta - fuq quddiem net il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea ma tapplikax l-istess politika għal kulħadd, u m'hemmx għalfejn ngħidu, l-immigrazzjoni irregolari. Matul din l-aħħar sena, qist ukoll li hu importanti li nwassal f 'Malta messaġġi dwar ix- xogħol li jinsab għaddej fil-Parlament Ewropew ħalli aktar u aktar nies, mhux lanqas iż- żgħazagħ ikunu jafu kif il-ħidma tal-Parlament tista' taffettwalhom ħajjithom." Miriam Dalli (S&D) "Kienet sena impenjattiva ħafna anke għax bħalissa qed nipparteċipa fuq erba kumitati differenti li huma rilevanti ħafna għal pajjiżna. F'din l-ewwel sena kont qed naħdem fuq sitt dossiers differenti fil-kumitati li nipparteċipa fihom. Għalija kienet sena pożittiva u interessanti ħafna. F'din l-ewwel sena diġà ngħatajt l-inkarigu li nirrapreżenta lil kumitat tal-ambjent fin-negozjati li għamilna bħala Parlament flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill li jirrapreżenta lil gvernijiet tat- 28 stat membru. "Li tkun waħda mill- Membri Parlamentari li rrappreżentaw lill-Parlament f 'dawn in-negozjati hi esperjenza li minnha titgħallem ħafna. Intagħżilt ukoll biex inkun waħda mill- Membri Parlamentari li se jirrapreżentaw lill-Parlament matul il-konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima li se ssir f 'Pariġi u li matulha hu ttamat li jintlaħaq ftehim bejn il-pajjiżi. Dan minbarra l-ħidma tiegħi fil-qasam tal-immigrazzjoni u anke dwar il-Libja fejn anke irrapreżentajt il-veduti Maltin fuq programmi ta' media internazzjonali bħal Euro News, BBC u Al Jazeera fost oħrajn. Għalija l-aktar ħaġa importanti li nitkellem b'vuċi Maltija fil-Parlament Ewropew u mpenjata li nibqa' nagħmel dan għax għalkemm aħna delegazzjoni żgħira kapaċi nagħmlu d-differenza." Therese Comodini Cachia (PPE) "L-ewwel sena ta' ħidma kienet sfida iżda kull sfida hija wkoll opportunità. Kienet opportunità biex inkompli niltaqa', nisma' u nifhem l-aspirazzjonijiet u l-ħtigijiet tal- Maltin u Għawdxin u fl-ambjent Ewropew inressaq il-pożizzjoni tagħhom għad-diskussjoni. Kelli wkoll l-opportunità li naħdem fuq kwistjonijiet li jolqtu lil diversi gruppi fis- soċjeta Maltija. Per eżempju, fuq il-mobbilità tal-istudenti, it-tnaqqis tal-burokrazija għall- kumpaniji żgħar u medji, fuq il-protezzjoni tan- negozji tal-familja, u t-tisħiħ tal-prioritajiet Ewropej fl- edukazzjoni. Fir-rigward tal- immigrazzjoni iffukajt il- ħidma tiegħi fuq kif l-UE tista' tindirizza aħjar it-traffikar u l-kuntrabandu tal-persuni billi anke ssaħħah ir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi oħra. "Aktar milli x'jinbidel fil- parlament ewropew nixtieq li jkompli jersaq iżjed viċin in- nies sabiex jkompli jindirizza kwistjonijiet li jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej fil-ħajja ta' kuljum. Dan jista' jsir billi jien inkompli niltaqa' mal- kostitwenti iżda trid tissaħħah ukoll l-istruttura ta' konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet. Kieku kelli nagħzel disfatta tkun li ma tkunx tista ttella lil kullhadd fi Brussell mall-ewwel. Din hija disfatta għaliex nagħraf f 'dawk li jitolbu li jitilgħu fi Brussell ħeġġa biex jersqu lejn l-istituzzjonijiet." "Ix-xogħol tal- Min-naħa tiegħi, ħafna anke għax bħalissa qed nipparteċipa fuq erba kumitati differenti li huma rilevanti ħafna għal pajjiżna. F'din l-ewwel sena kont qed naħdem fuq sitt fil-kumitati li nipparteċipa fihom. Għalija kienet sena pożittiva u interessanti ħafna. kienet sfida iżda kull u fl-ambjent Ewropew ta' kuljum. Dan jista' jsir billi jien inkompli niltaqa' mal- kostitwenti iżda trid tissaħħah ukoll l-istruttura ta' konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet. Kieku kelli nagħzel karattru tagħha wara li xogħol li jinsab għaddej fil-Parlament Ewropew ħalli aktar u aktar nies, mhux lanqas iż- żgħazagħ ikunu jafu kif il-ħidma tal-Parlament tista' taffettwalhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015