Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
22 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 I d-demokrazija mhix perfetta u wieħed mill-ħafna aspetti li għandha huma in-numri. Il-prinċipju tal-maġġoranza - prinċipju li fl-elezzjonijiet tal- 1981 kien ġab miegħu inkwiet kbir f 'pajjiżna. Kellna sitwazzjoni fejn il- Parlament ħadem bin-naħa tal-Gvern biss, għaliex dakinhar l-Oppożizzjoni ma kinitx tidħol għas-seduti propju minħabba dan il-prinċipju tal- maġġoranza. Iżda biex demokrazija taħdem mhux bilfors li dan il-prinċipju jibqa' sagrosant. Kellna diversi eżempji ta' dan, kemm f 'pajjizna u kif ukoll barra minn Malta. Propju dan l-aħħar fl-Ingilterra rajna riżultati li li kieku seħħew f 'Malta il-Bambin biss jaf x'kien jiġri. Il-UKIP li m'għandi ebda simpatija lejhom, bi 13% tal-voti ġabu siġġu wieħed biss, filwaqt li l-Partit Nazzjonali Skoċċiz, bi ftit anqas minn 5%, ġab aktar minn ħamsin siġġu! Il-Konservattivi ta' Cameron bi ftit aktar minn 36% tal-voti ġabu aktar min-nofs tas-siġġijiet fil-Parlament! Minkejja dan, kemm jekk kien Nigel Farage u anke Ed Miliband, ikkonċedew telfa elettorali u ma qagħdux jiġu b'ħafna zalza u paroli. Is-sistema tassew hija differenti minn tagħna, iżda għażlu li jirrispettaw is- sistema tagħhom kif inhi. F'Malta is-sistema hija differenti - sa fejn hu possibbli. Ħlief għal żbalji umani mhux maħsuba jew pjanati, aħna rridu li l-maġġoranza tal- voti titraduċi ruħha f 'maġġoranza ta' siġġijet fil-Parlament għal dak il-partit li jġib dik il-maġġoranza tal-voti. Iżda dan ma jfissirx li ammont ta' siġġijiet eżatti kif riflessi fin-numri. Li kieku dan kien minnu, kieku l-Partit Laburista fl-1996, bl- ammont ta' kien voti li ġab, suppost kellu maġġoranza ta' tlett siġġijiet u mhux ta' wieħed. Wara irriżulta li dik il-maġġoranza ta' wieħed biss kienet fatali għal dik il-legiżlatura. Rappreżentanza proporzjonali iva, iżda rappreżentanza perfetta mhux bilfors. Qiegħed ngħid dan fid-dawl tad- deċizjoni li għadha kemm ingħatat mill-Qorti Kostituzzjonali dwar il-famużi żewġ siġġijiet li jrid il- Partit Nazzjonalista minħabba żball uman u meta digà kienu marru quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u tilfu l-kawża. Ma rridx nitkellem wisq fuq it-teknikalità legali, iżda dwar l-argumenti jew aħjar spin politiku li qegħdin jinsġu il-mexxejja Nazzjonalisti dwar dwar din id- deċizjoni. Hekk kif inqatgħet din il-kawza fi Frar ta' din is-sena, kemm l-Kummissjoni Elettorali u anke l-Avukat Generali kienu wrew l-intenzjoni li jridu jappellaw minn din id-deċizjoni. Anke il-Partit Laburista, għalkemm ma kienx parti fil-każwa, wera l-intenzjoni li jappella kif fil-fatt għamel. Dakinhar, il-mexxejja Nazzjonalisti bdew bl- ispin billi jitkażaw li ser isir appell - qisu d-dritt tal-appell mhux dritt sagrosant ta' kull ċittadin jew partit politiku. Meta kemm Claudette Buttigieg u Fredrick Azzopardi tilfu l-kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u xorta ħassew li riedu jagħmlu kawża oħra, ħadd ma qagħad jitkaża li ma ridux joqogħdu għad-deċizjoni ta' Qorti Kostituzzjonali. Ħadd ma qal li qegħdin jipprovaw jwebbsu rashom u jisfidaw sentenza tal- Ogħla Qorti tal-pajjiz. Iżda meta il-Partit Laburista għamel l-appell tiegħu, bdew jitkażaw u jġibu lil min jitkaża li sar dan l-appell. Dak li hu sagrosant għalihom, mhux sagrosant għal ħaddiehor. Mhux biss sar l-appell iżda saħansitra intrebaħ fis- sens li dak li lmenta minnu il-Partit Laburista kien minnu. Li tkażaw qabel ma nifhimiex, iżda ma nifhimiex aktar li qegħdin jitkażaw issa għaliex il-Partit Laburista rebaħ l-appell - b'konsegwenza ta' żball għamlu huma meta għamlu l-kawża u bi skop ħallew lill-Partit Laburista barra. Minflok tkażaw li kienet ser issir ingustizzja u ġiet rimedjata. Flok ferħu li l-Ogħla Qorti tal-pajjiż tħares l-interessi ta' kull min ikollu d-drittjiet tiegħu miksura, minflok tawha spin li qiegħed isir xi abbuż! Il-veru abbuż kien meta l-Partit Nazzjonalista għamel kawża bħal dik u intenzjonalment ħalla barra lill- Partit Laburista. Dan meta kien jaf li dan, kif qalet l-Qorti Kostituzzjonali, kellu jkun hemm mill-bidu tal- kawża. Hemm għalfejn nitkażaw, iżda għal raġunijiet differenti minn dik tal-ispin Nazzjonalista. Nitkażaw għaliex intlabet lobgħa biex teskludi kompletament mid-dibattitu legali lill-Partit Laburista. Il-pjan ma seħħx għaliex ġie sfrattat mid-deċizjoni tal- Qorti Kostituzzjonali. Għamlu inġustizzja u jridu wettqu oħra bl-ispin billi issa anke qed jakkużaw lill-Partit Laburista li qiegħed jimmanipula lill-Qorti Kostituzzjonali. Għal min jifhem f 'dan il-qasam, dawn ix-xorta ta' akkuzi huma blasfemi. Biex jitfgħu dell ikrah il-Partit Laburista qegħdin ukoll jitfgħu dan id-dell fuq l-ogħla istituzzjonijiet. Flok baxxew rashom għad-deċizjoni, baqgħu u jibqgħu għaddejjjin bl-ispin li hija għal kollox anti-demokratika. Biex jinżlu tajjeb mal-partitarji tagħhom, riedu jgħidu xi ħaġa u flok għazlu li jkunu dinjitużi għażlu li jkunu bla rispett. Flok jgħidu li kienu huma li żbaljaw, jipprovaw ikomplu jidħku bin-nies. Dak li qalet il-Qorti Kostituzzjonali meta ħassret l-ewwel sentenza ma jiftax dell ikrah fuq il-Partit Laburista, iżda fuq min jew bi traskuraġni jew b'intenzjoni, ħalla barra lill-Partit Laburista fejn manifestament kellu interess dirett. Bħalma qalet il-Qorti Kostituzzjonali: jekk il-Partit Nazzjoanlista kien qiegħed jilmenta li d-distakk tas- siġġiet kellu jkun ta' sebgħa u mhux disgħa bejnu u l-Partit Laburista, dan tal-aħħar, kellu kull interess li jinsisti li d-ditakk għandu jkun ta' disgħa. Fir-realtà mhux ser tagħmel wisq differenza kbira fejn għandu x'jaqsam l-aħħar riżultat elettorali. Jekk il-Partit Laburista jkollu seba' u mhux disa' siġġijiet xorta jkollu maġġoranza xxamplata u jista' jmexxi b'kull kumdità. Anke b'distakk ta' sebgħa siġġijiet jibqa' distakk storiku. Ir-riżultat tan-numri tal-voti ser jibqa' dak li hu: distakk ta' 36,000 vot. Fi ftit kliem mhu ser jiġi alterat xejn li huwa ta' sustanza. Iżda hemm prinċipju importanti ħafna fin-nofs: li ħadd ma jista' jagħmel kawża u jiddibatti l-interessi ta' dak ix-xi ħadd li ma jkunx fil- kawża. Kieku jsir hekk allura żgur li jkun manipulazzjoni legali. Dan gara lill-Partit Laburista f 'kawża li damet 'l fuq minn sentejn għaddejja. Għalhekk, lil hinn mill- ispin li qedgħin jagħtu l-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista, il-Qorti Kostituzzjonali tat ċamata lill-Partit Nazzjonalista għaliex qaltlu, jekk hux bi ħsieb jew mod ieħor, li messu mill- bidu għamel il-kawża ukoll kontra l-Partit Laburista. Il-Qorti kostuituzzjonali bil-pulit tat ċamata ukoll lill-Ewwel Qorti, għaliex ħareġ ċar li kellha l-poteri li jekk ħadd ma ried isejjaħ lill-Partit Laburista fil-kawża, issejjaħlu hi. Għalkemm l-interessi tal-Partit Laburista kien manifestament evidenti sa mill-bidu tal-kawża, għal raġunijiet li tafhom hi biss, il-Qorti għażlet li ma teżerċitax dan il-poter u ħalliet lill-Partit Laburista barra hi ukoll. Fl-awla tal-Qorti ġew diskussi l-interessi tal-Partit Laburista - b'dan il-partit però, jitħalla jittewweb fuq l-għatba tal-Qorti. Issa li s-sentenza thassret kollox irid jibda mill-gdid. Dan kollu gara minhabba nuqqas tal-Partit Nazzjonalista u minn fuq qiegħed jilmenta mid-dewmien. Kull darba l-aggressur huwa ukoll il-vittma. Anke fil-kawza qegħdin jilmentaw li ma kienx hawn elezzjonijiet hielsa u liberi u bil-kemm ma jridux jagħtu l-ispin li kien hemm il-Partit Laburista fil-Gvern u mhux huma meta saru dawn l-elezzjonijiet. Bil-kawza li qegħdin jagħmlu lanqas jintebħu li b'dak li qegħin jallegaw qegħdin jitfgħu dell ikrah fuqhom infushon, meta jgħidu li dawn l-elezzjonijiet ma kinux ħielsa u liberi. Lanqas it-tabib Jekyll ma kellu doppja personalità ta' din ix- xorta. Ladarba qed insemmi lit-tabib, wara din l-ispin żgur hemm xi "spin doctor" li ma jafx xi tfisser il-kelma demokrazija. Issa li s-sentenza giet imħassra, trid tinstema' mill-ġdid u u quddiem imħallef ieħor - imħallef li jrid jiddeċiedi jekk fl-2013 kellniex elezzjonijiet ħielsa u liberi bi preġudizzju għall- Partit Nazzjonalista meta dawn l-elezzjonijiet saru taht dik l-Amministrazzjoni! Dik spin! L-ispin TONI ABELA Il-PL b'seba' siġġijiet xorta jkollu maġġoranza xxamplata biex imexxi b'kumdità