Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
38 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 Kif għażilt il-bodybuilding fost sport ieħor? Jiena kont nilgħab il-waterpolo u l-bodybuilding bdejtu kważi b'kumbinazjoni. Sal-età ta' 17-il sena kont għadni qed nilgħab il-waterpolo u dħalt il-gym ta' 14-il sena biex inrabbi naqra iżjed muskoli speċjalment f 'dahri u fi spallti, minħabba l-għawm. L-instructor t'hemm darba qalli li tkun idea tajba jekk nipprova nkompli nieħu t-taħriġ bis-serjetà minħabba riżultati li bdew jidhru fuqi. Wara inċident li kelli ta' 17-il sena, irtirajt mill-waterpolo u fittixt il-parir ta' dak l-istess instructor u minn dakinhar 'l hawn ma jiddispjaċini xejn li qbadt il-bodybuilding. Ftit tal-ġimgħat ilu int irbaħt l-iktar unur prestiġjuż fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Bodybuilding - dak ta' Mr Malta. X'fisser għalik dan l-unur? Għalija t-titlu ta' Mr Malta jfisser rikonoxximent ta' dak ix-xogħol li akkumulajt f 'dawn l-aħħar 7 snin ta' taħriġ. Bħala tifsira għalija mingħajr it-titlu jew bit-titlu jiena nipprova ma nħallix ir-riżultati jaffetwaw il-mod ta' kif inħossni rigward il-livell li nkun qed infittex u nirsisti għalih. Huwa unur kbir li akkwistajt dan it-titlu, però l-isbaħ tifsira għalija hu li nara t-tbissima ferrieħa fuq wiċċ ommi, missieri u ħija hekk kif ħabbruni bħala r-rebbieħ. U dan ma kienx bizzejjed hekk kif propju ftit tal-jiem wara, irbaħt it-titlu ta' Champion Ewropew fil-Kategorija tal-Juniors over 75kg, u l-overall, waqt li rbaħt ukoll il-fidda fil-kategorija fis-seniors taħt il-100kg. Tina iktar dettalji rigward din l-esperjenza unika fil-karriera tiegħek s'issa. Iva! Bħala assoċjazzjoni aħna ħassejna li kellna ċans tajjeb li niksbu riżultati pożittivi, però dejjem ikun hemm iżjed tensjoni meta nitilgħu nikkompetu barra minn xtutna. L-ewwel kategorija li ħadt sehem fiha kienet dik tal- kategorija ta' taħt il-100kg. Il-livell kien wieħed inkredibbli kif wieħed jista' jimmaġina u jara minn fuq il- filmati u r-ritratti. It-tir tagħna kien li nippruvaw nidħlu għall-aħħar sitta. Il-prestazzjoni li tajt intgħoġbot ħafna mill-ġurija u wara ħafna rounds u taħbit ġejt ippremjat bit-tieni post u l-medalja tal-fidda. Kienet esperjenza li ma nistax niddeskriviha. Ftit tal-ħin wara erġajt ħriġt għall-kategorija ta' taħt it-23 sena fejn il-livell reġa' kien wieħed impressjonanti u li tana daqsxejn ta' kompetizzjoni sewwa. Però, bil-preparamenti li kont għamilt u bit-taħriġ li kelli kont superjuri fil-kategorija tal-juniors u rbaħna l-kategorija b'punteġġ perfett. Wara li smajna l-innu Malti u bkejna xi naqra wkoll, erġajt ħriġt għall-kategorija overall li rbaħt ukoll. Din id-darba żammejt l-emozzjonijiet aħjar u smajna l-innu Malti għal darb'oħra. Kienet esperjenza ta' ferħ u prestiġju kbir. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem fil-kategorija li tieħu sehem fiha, kif huwa differenti minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji u kompetizzjonijiet oħra tal-bodybuilding? Hemm bosta kategoriji fil- bodybuilding fosthom il-bodybuilding innifsu, il-classic bodybuilding li jillimita l-atleti ta' ċertu tul għal ċertu piż biex iżommu dik id-dehra ta' bodybuilder klassiku, il-physique, li huwa dak li nafuh bħala l-beach body. Imbagħad hemm in-nisa li jikkompetu fil- bikini women's fitness li huwa speċi ta' mmudellar b'aktar attenzjoni fuq simetrija u fuq in- nuqqas ta' xaħam fil-ġisem tan-nisa kif ukoll ammont ta' muskoli. Hemm il-women's body- fitness, li jkun simili għall-bikini, però hemm aktar attenzjoni fuq id-daqs tal-muskoli, u fl-aħħar hemm il- women's physique, li jixbah ħafna il-men's bodybuilding. Kollha huma kategoriji li jirrikjedu ħafna taħriġ, però, fl-opinjoni tiegħi l-bodybuilding huwa l-aktar aħrax. Dan għaliex l-atleti tal-bodybuilding mistennija li jkollhom dik li tissejjaħ kundizzjoni bla ġilda jew ta' persentaġġ ta' xaħam baxx ferm. Għal din ir-raġuni, il-bodybuilders ikollhom jagħmlu l-eħrex dieta. Bħala taħriġ fiżiku, nemmen li ftit ikun hemm differenza bejn il-kategoriji, però jkun hemm iktar emfażi fuq l-iżvilupp tal-kobor tal-muskoli fil-bodybuilding, waqt li fil-kategorijja l-oħra, bħall- bikini u l-physique, l-iskop huwa iktar li l-atleti jżommu bilanċ u moderazzjoni għal dehra inqas goffa. X'differenza tgħaddi bejn il- bodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? Il-bodybuilding huwa esibizzjoni tal-apparenza tal-ġisem biss, waqt li l-weightlifting u l-powerlifting huma sports fejn l-għan tal-atleti huwa li jerfgħu ċertu piż b'ċertu mod biex jakkwistaw punteġġ u b'hekk isseħħ il-kompetizzjoni tagħhom. Issa, bejn il-weightlifting u l-powerlifting, id- differenza hija dik li fil-powerlifting il-lifts li jiġu eżaminati huma l-bench press, deadlift u l-isquat, waqt li fil- weightlifting, il-lifts huma clean and jerk u l-isnatch. Għaliex il-bodybuilding mhux sport olimpiku? Hemm ħafna raġunijiet varji għala le. Waħda mill-iktar raġunijiet validi hija li l-bodybuilding ġieli ma jiġix meqjus bħala sport iżda bħala esibizzjoni jew bħala spettaklu. Dan huwa wkoll kawża tal-ħafna kontroversji u konnatazzjonijiet ma' testijiet tad-doping u sustanzi. Il-Kumitat Internazzjonali tal-Olimpjadi isibha diffiċli biex jaċċetta l-bodybuilding bħala sport olimpiku. IFBB, li hija l-għaqda internazzjonali, ilha snin tipprova tikkonvinċi lill-IOC, però s'issa l-bodybuilding għadu mhux sport olimpiku. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Iva, ħafna nies ma jkunux konxji ta' dawn l-atleti, minħabba forsi n-nuqqas ta' attenzjoni mill- media, imma ta' spiss bodybuilders jieħdu sehem barra minn xtutna u ġeneralment ma jmorrux ħażin lanqas. Is-sena l-oħra kopja Maltija rebħet it-titlu mondjali tal- mixed pairs. Qed nirreferi għal Blanche Coppola u Ralph Decelis. Forsi l-kelma mhix regolari, iżda tista' tgħid li kull sena jikkompetu bosta atleti barra minn pajjiżna fil-qasam tal-bodybuilding. Issibu għajnuna finanzjarja mill- Kunsill Malti għall-Isport u mill- Kumitat Olimpiku Malti? Le, s'issa l-ebda atleta ma rċieva għajnuna minn xi entità tal-Gvern. Forsi 'l quddiem tinbidel din il-ħaġa. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- President ta' IFBB Malta, Ralph Decelis? Ir-relazzjoni tiegħi mal-President, Ralph Decelis, hija waħda professjonali għall-aħħar. Bħala bodybuilder ta' suċċess kbir, Ralph iservi ta' għajnuna u appoġġ, kif ukoll ta' gwida mhux biss lili, iżda wkoll lill-membri kolla tal- Malta Federation for Bodybuilding and Fitness, MFBBF. X'tikkummenta fuq IFBB Malta b'mod ġenerali u l-għajnuna kollha li din l-assoċjazzjoni ttikom b'diversi modi? L-MFBBF jew IFBB Malta tgħin lill-atleti kemm finanzjarjament meta niġu għal xi kompetizzjoni barra minn xtutna kif ukoll biex tirreġistra u tinforma l-atleti bil-kompetizzjonijiet li jkunu se jsiru barra minn Malta. L-Għaqda tieħu ħsieb sew tal-membri kollha. Ninsab konxju mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Iva, l-ikel bħall-ħut, il-laħam u t-tiġieġ, huma għoljin ħafna meta jiġu kkunsmati b'ammonti kbar. Anke ċertu supplimenti li nieħdu waqt it-taħriġ huma għoljin ukoll, u barra minn hekk hemm spejjeż ukoll relatati ma' vitamini u sustanzi li jgħinu fit-trobbija u t-tkabbir naturali taċ-ċelloli ta' ġewwa l-muskoli. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Id-dieta tiegħi hija waħda varjata u moderata. Kemm jista' jkun nipprova niekol ħafna protejini minn sorsi bnini bħas-salamun u laħam aħmar. Kemm jista' jkun niekol ukoll ħafna ħaxix aħdar ma' kull ikla biex kemm jista' jkun inżomm bilanċ ta' nutrijenti. Inqassam il-ġurnata b'tali mod li niekol 6 jew 7 ikliet moderati kuljum. X'sagrifiċċji u impennji partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Iktar minn sagrifiċċji jiena nħobb nikkummenta dwar impennji, għax id-dieta u t-tbatija nagħmilha għax irrid jien, u ħadd mhu qed jisfurzani. Għal din ir-raġuni, jiena ma nħossnix li nagħmel sagrifiċċji, iżda nagħmel li hemm bżonn biex nakkwista jew nasal fejn nixtieq. L-iktar impennji iebsin li hemm fl-isport huma n-nuqqas ta' ħajja soċjali u n-nuqqas ta' ħin liberu speċjalment qrib tal-kompetizzjoni, fejn inqatta' ħafna u ħafna ħin ġewwa l-gym. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal-bodybuilding importanti u mhux biss? Importanti ħafna għaliex ovvjament f 'dan l-isport tingħata ħafna importanza fuq il-ġisem, allura trid tkun f 'saħħtek u lest fiżikament. Mentalment importanti li żżomm ruħek aljenat u kalm għaliex il-ħruxija tad-dieta stretta speċjalment fil-każ tiegħi fejn nagħmel l-aħħar xahrejn niekol ħut biss tista' taffetwa ħafna l-moħħ b'mod ħażin. L-aħħar ftit xhur huma essenzjali u preparament mgħaġġel u sfukat jaf iħassar dak ix- xogħol u t-taħriġ kollu li jkun sar minn qabel. Il-bodybuilding kif jgħin lill-atleta li jkun qed jipprattikkah kemm SPORTSillum Il-bodybuilder Malti, Champion Cristian Antony Muscat Luke Debono – ta' 22 sena hu bla dubju wieħed mill-aqwa bodybuilders li pproduċa kemm il-bodybuilding lokali kif ukoll dak Ewropew, l-qasam tal-Juniors u mhux biss. Rebaħ it-titlu prestiġjuż ta' Mr Malta ftit tal- ġimgħat ilu, u ftit wara rebaħ ukoll it-titlu ferm importanti ta' Mr Europe.