Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 35 SPORTSillum .com.mt Casillas ma' Arsenal u De Gea ma' Real Madrid? WIEĦED mill-aqwa goalkeepers li pproduċa l-futbol mondjali f 'dawn l-aħħar snin huwa bla dubju ta' xejn il-captain ta' Real Madrid u tat-tim nazzjonali Spanjol, Iker Casillas. Dan minkejja li f 'dawn l-aħħar xhur huwa naqqas kemmxejn mir-rendiment tiegħu fil- grawnd. Sa minn ftit taż-żmien ilu bdew jiċċirkolaw spekulazzjoniiet f 'sezzjonijiet tal-media sportiva, li Casillas seta' jħalli lill-ġganti Spanjoli ta' Real Madrid, biex jibda avventura ġdida fl-Ingilterra. Fost l-aktar timijiet li qed jissemmew insibu lil Arsenal. M'hemmx dubju li jekk dan iseħħ is-salarju tiegħu ma' Arsenal meta kkumparat ma' dak li għandu bħalissa ma' Real Madrid ikun qed jonqos b'mod sostanzjali. Madanakollu, jidher li dan mhux se jkun qed ixxekkel lil Iker Casillas milli jibda avventura ġdida fil-karriera mill-aqwa tiegħu fil-futbol, li tkun qed tippreżentalu pajjiż, tim u kultura ġodda għalih. Dejjem jekk Casillas iħalli lil Real Madrid, jidher li l-president ta' Real Madrid, Florentino Perez, diġà għandu goalkeeper ieħor f 'moħħu biex jeħodlu postu. Dan mhuwa ħadd ħlief il- goalkeeper żagħżugħ Sponjol ta' Manchester United, David De Gea, li l-prestazzjonijiet tiegħu mar-Red Devils tjiebu b'mod gradwali matul is-snin, u jidher li qed jiġbed l-għajn tal-amministrazzjoni tal-Galacticos, immexxija minn Perez innifsu. Il-captain ta' Real Madrid u tat-tim nazzjonali Spanjol, Iker Casillas Il-goalkeeper Spanjol ta' Manchester United, David de Gea Fgura Utd – Rivelazzjoni assoluta fid-debutt fl-Ewwel Diviżjoni LI l-kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni huwa kampjonat missielet u inċert, mhix xi ħaġa ġdida. Staġun wara staġun, dan il-kampjonat joffri taqtigħa interessanti bejn aktar minn tim wieħed għall-promozzjoni fl-ogħla livell, kif ukoll taqtigħa, ferm aktar ħarxa biex tiġi evitata r-relegazzjoni għat-2 Diviżjoni. Prattikament bi ftit punti issib ruħek mat- timijiet ta' fuq, filwaqt li bil- maqlub, tim malajr isib ruħu fl-inkwiet. Iżda bla dubju ta' xejn, ir- rivelazzjoni ta' dan l-istaġun fl-Ewwel Diviżjoni kienet il-mixja ferm pożittiva li kellhom Fgura UTD, wieħed mill-iżgħar timijiet f 'pajjiżna u debuttanti assoluti fl-1 Diviżjoni. Fgura UTD għal diversi snin ħadu sehem fit-tielet diviżjoni sakemm ħadu l-promozzjoni fl-istaġun 2011/12. Wara sena fit-2 Diviżjoni, is-sena li għaddiet rebħu l-promozzjoni għall-1 Diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb. Iżda dan ma kienx biżżejjed. Meqjus bħala tim li potenzjalment seta' faċilment jiġi relegat lura, Fgura UTD issorprendew lil ħafna meta b'wirja aqwa minn oħra ġabru punti importanti li sal-lum, mhux biss jidhru li se jevitaw ir-relegazzjoni, iżda saħansitra poġġewhom mat- timijiet ta' fuq, sfidanti għall- promozzjoni fil-Premier Div. Il-mixja ta' Fgura UTD kienet ġustament meqjusa sorpriża, meta wieħed iqis li dan it-tim huwa kompost minn ħafna mill-plejers li lagħbu miegħu fit-2 Diviżjoni, b'xi żidiet żgħar fosthom it-tliet barranin Roland John Emeka (attakkant Niġerjan), Abdul Razak Mendi (Midfielder mill-Gana) u Juan Ruiz Perez (Difensur Spanjol) flimkien maż- żagħżugħ Niġerjan Abeeb Williams, li kien jifforma parti mit-tim tal-youths tal-istess klabb. L-età medja tal-plejers hija ta' 23 sena b'sitt plejers li għandhom inqas minn 22 sena. L-ikbar plejer mill-grupp ta' 20 għandu biss 27 sena. It-tim immexxi minn Ramon Zammit, huwa mibni fuq difiża soda li anki l-istaġun li għadda kienet l-inqas li sofriet gowls. It-tim jaddotta stil ta' logħob avventuruż u pjaċevoli. Mistoqsi x'inhu s-sigriet wara dawn ir-riżultati pożittivi, il-kowċ jgħid li ma jħossx li jsir xi ħaġa speċjali. "Il-grupp huwa magħmul minn plejers żgħar li jridu jidhru, u dan jagħmluh b'ħafna xogħol, determinazzjoni u umiltà' kbira. "Fil-fatt, fit-tim ta' Fgura ma jispikka l-ebda isem fuq l-oħrajn. "Is-sigriet mhux fl-ingredjenti, iżda fir-riċetta!" sostna ma' dan il-ġurnal, il-kowċ ferm bravu u ħabrieki tal-istess tim, Ramon Zammit. Bil-maqlub għal timijiet oħra, Fgura UTD ma approfittawx ruħhom mit- transfer window, u ma akkwistaw l-ebda plejer. "Kultant li tbiddel ħafna taħdem kontrik. Aħjar jekk għandek difett, taħdem fuqu, milli tibdel il-plejers barranin, jew tkabbar l-iskwadra." Zammit jemmen ukoll li dan huwa l-vantaġġ li jtuk il-plejers żgħażagħ. "Plejers żgħar fl-età', li għandhom attitudni tajba u li jixtiequ jimxu 'l quddiem, ikunu jridu jitgħallmu u allura jkunu aktar disponibbli. Tattikament tkun aktar versatili u allura tista' taddotta diversi sistemi. L-għatx u d-determinazzjoni li tara f 'għajnejn plejers bħal dawn, hija motivazzjoni minnha nnifisha." Ftit tal-ġimgħat ilu assistejna għal sessjoni ta' taħriġ ta' Fgura UTD, fejn l-għaqda fil-grupp, il-ħbiberija bejn il-membri kollha, id- determinazzjoni u l-umiltà', dehru tassew evidenti. Waqt il-logħob kompetittiv, il- preparazzjoni fiżika u fuq kollox id-dixxiplina tattika, għenu bis-sħiħ lil dan it-tim jaqta' figura isbaħ minn oħra fil-Kampjant ferm bilanċjat u mhux faċli tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, tajjeb ngħidu li l-klabb ta' Fgura UTD, għandu faċilitajiet tajbin fejn isir it-taħriġ, mgħejjuna minn kumitat ferm ħabrieki u determinat. It-tim kollu ta' Fgura United - bla dubju rivelazzjoni assoluta fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni matul dan l-istaġun