Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 19 fil-bajjiet. "It-tindif tal-bajjiet ma jsirx biss fis-sajf," qalli Ramon. "Fix-xitwa nneħħu madwar 3,500 tunellata alka fejn 70% tagħha nagħtuha lill-bdiewa u raħħala. Il-bdiewa jużawha għaż- żergħa tal-patata u r-raħħala għal taħt l-annimali. Iżda anke hawn niddependu min-natura għax meta jagħmel ir-riħ jerġa' jdaħħlilna l-alka. "Imbagħad fis-sajf ix-xogħol jitrippla għax it-tindif jikber fil-bajjiet kollha. Id-dipartiment hu anke responsabbli għall-għamara tal-bajjiet bħal slielem, pontoons u twapet. Fil-fatt għamilna 240 sellum mal-kosta kollha u issa wasalna biex nerġgħu npoġġu l-1,200 bin għall-iskart fil-bajjiet għax dawk inneħħuhom fix-xitwa. "Din id-darba se nużaw bins suwed u ħodor u fuqhom se jkun hemm deskrizzjoni mitkuba ta' dak li tista tarmi f 'wieħed u fl-ieħor. Barra hekk ħa npoġġu 400 tank għall-faħam tal-BBQs, għax irridu nifhmu li hu ħażin li tpoġġi l-faħam jaħraq fil-bins tal-plastik għax dawn jinħallu. Is-sena l-oħra inħarqu 170 tank li jiswew €25–il wieħed, li b'kollox ġew jiswew €4,250." Ramon qal ukoll li anke d-dgħajjes għandhom iġibu l-iskart magħhom għax dak li jitfgħu fil-baħar kollu mal-kosta jispiċċa. "Tant hu hekk li għall-ewwel darba d-dipartiment xtara dinghy ħalli mmorru niġbru bil-kopp l-ħmieġ li jinġema' ħdejt ix-xtut, meta qabel kien jinġabar biss bil-kop minn fuq l-art u kien jibqa ħafna minnu viċin." Dak kollu li qalli Ramon hu interessanti, iżda jibqa' fatt li f 'pajjiż fejn għad hawn nies li jħammġu barra minn darhom, egoisti u irresponsabbli irid ikun hemm infurzar tal-liġi. Il-bqija se nibqgħu nnaddfu dak li ħaddieħor iħammeġ. "L-ewwel fażi kienet li nedukaw, it-tieni fażi kienet il-kameras u l-infurzar għal min jikser il-liġi u issa jmiss l-infurzar permezz ta' unit ta' infurzar li jien nemmen li għandu jkun taħt id-direttorat, fejn il-ħaddiema jkollhom poter li jħarrku u jitilgħu jixhdu quddiem il-Qorti. Ġieli jċemplulna nies anonimi iżda ma jkunux iridu jitilgħu jixhdu l-Qorti u l-każ jaqa'." L-iskart hu problema kbira f 'din il- gżira u wasal iż-żmien li l-gvern jieħu bis-serjetà din il-problema li mhux biss inaddaf, iżda jara li ħadd ma jħammeġ. Huwa importanti li bħala Maltin inkunu responsabbli mhux f 'darna biss, iżda anke barra minn darna - fejn l-ODZ għandu jibqa' li mhux biss mhux mibni, iżda wkoll ma jintużax għar-rimi ta' kull skart li jdejjaqna. Hemm siti fejn wieħed jista' jieħu kull skart biex jeħles minnu bla ħlas. Wieħed jista' jċempel ukoll 1718 biex jiġu għall- iskart li jrid jitneħħa jew anke biex jiġi rrapurtat xi skart li jkun qed jintefa' illegalment. Wieħed jista wkoll jidħol fuq il-paġna ta' Facebook 'Garby & Tidy'. mormija barra illegalment Wara 23 sena jaħdem fid-direttorat tat-tindif, Ramon Deguara ingħata l-kariga ta' direttur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015